Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7436, 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7443 u jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7442 u jgħid kemm hemm kuntratturi differenti li joffru is-servizzi tagħhom lil kunsilli lokali fejn jidħol tiswija ta' toroq, tindif u servizzi rigward il-ġonna pubbliċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 7442 u 8234 qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Separate Cover:
Jista' l-Ministru jgħid kif jitqassmu s-slots biex jitniżżlu studenti għat-test tas-sewqan? Veru li bħalissa hemm sitwazzjoni inġusta li l-iskejjel mhux jingħataw l-istess ammont ta' students' slots biex jitniżżlu għat-test? Jista' jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-islots matul is-sena 2007, 2008 bejn l-iskejjel eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8126.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbediex xi eżerċizzju ġdid illi jonqsu in-nies minn fuq il-waiting list li hemm ġewwa l-Qasam tas-Saħħa, waiting list għall-operazzjonijiet u interventi mediċi oħrajn? Meta, jekk sejjer issir, xi riforma din sejra tkun fis-seħħ? Meta jaħseb li sejjer jsir it-tibdil neċessarji ħalli waiting list jonqsu b'nota magħġla iktar milli kien qed jonqsu bih sas-sena 2008?
Residenza ta' San Vinċenz de Paule — St. Joseph Wing - Swali 7/8
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal x-xogħol gos-swali 7/8 - St.Joseph Wing ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Meta jaħseb li sejjer jkun lest dan ix-xogħol? Kemm ġej jiswa? Kemm ġie jiswa s'issa? Jista' jgħid kemm ilhom għaddejjin bih dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol qiegħed jsir mill-ħaddiema tad-dipartiment jew mill-kuntrattur privat?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li x-xogħol fuq is-swali 7-8 f'San Vincenz de Paule jikkonsisti f'titjib u modernizzar ta' dawn is-swali. Ix-xogħolijiet jinkludi :-
- Tibdil tas-sistema tad-dawl
- Titjib fis-sistema tal-ilma
- Titjib fis-sistema ta' bibien u bdil ta' aperturi
- Twessiegħ ta' bibien u bdil ta' aperturi
- Kisi, tibjid u żebgħa
- Sistema ta' arja kundizzjonata
- Suffetti u sistema ta' nurse call
- Titjib fil-kmamar tal-banju kemm tar-residenti kif ukoll tal-istaff.
Ix-xogħol li nbeda ftit xhur ilu, qed jieħu kemm xejn iktar ħin peress li l-ewwel trid titlesta nofs is-sala, imbagħad jiġu trasferiti r-residenti għal dik il-parti li hija lesta biex wara jitkompla ix-xogħol fuq in-nofs l-ieħor.
Informat ukoll li għalissa mhux possibli tingħata informazzjoni dwar kemm jiswa dan il-proġett peress li għad hemm numru ta' tenders li jridu jiġu evalwati u aġġudikati. Fuq dan il-proġett hemm jaħdmu kemm kuntratturi privati kif ukoll ħaddiema tad-dipartiment.
Sptar San Vinċenż de Paule — sehem fit-tmexxija tal-post
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-pazjenti u l-anzjani li hemm ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule għandhomx sehem mit-tmexxija tal-post? Jista' jgħid jekk għadhomx sehem fit-tfassil tal-programmi ta' kura u tal-programmi edukattivi li jiġu organizzati?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru kwadru ta' toroq għandna f'Malta? Jista' jgħid kemm-il kilometru ta' art oħra hija miksija bl-asfalt wkoll? Kemm jiġi dan il-persentaġġ mill-ispazju kollu tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Fl-Ingilterra huwa stmat li Stg 500 miljun f'pinnoli mhux kunsmati mill-pazjenti wara li jkunu ttieħdu minn fuq l-National Health Services. Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux jew jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju ta' kemm jiġu kkunsmati l-pilloli li jittieħdu b'xejn minn fuq il-kartuna r-roża u s-safra?
Kemm jiġi jiswa pazjent li jieħu l-mediċini b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm jiġi jiswa kull pazjent kull sena li qiegħed jieħu l-mediċina b'xejn minn fuq l-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża?
Bdil tas-sistema ta' kemm pazjent idum rikoverat l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sejjer ibiddel is-sistema ta' kemm pazjent idum rikoverat l-isptar? Kemm kienet l-average stay ta' kull pazjent fis-sena 2008 ġewwa l-iSptar Mater Dei? Jista' jgħid xi jkun qed jifhem meta jgħid li l-familja trid tagħti s-sehem tagħha dwar ir-recovery tal-pazjent wara intervent mediku?
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fondi fl-aħħar 5 xhur fuq kampanja ta' promozzjoni tas-saħħa? Liema kienu dawn il-kampanji u jekk jaħsibx li intlaħaq l-għan tagħhom? Liema kampanja beħsiebu jħabbar fix-xhur li ġejjin?
Awtorità dwar it-Trasport — Sidien ta' karozzi antiki
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu joħroġ il-permess li kienu ftehmu dwaru l-Awtorità dwar it-Trasport u s-sidien tal-karozzi antiki li kien imlaqqam jew iġib l-isem ta' undocumental vessels, liema karozzi kienu ġew restawrati mis-sidien differenti fix-xhur li għaddew? Dan il-ftehim kien sar xi sena u 3 xhur ilu u s-sidien nefqu ħafna flus biex irrestawrar dawn il-karozzi u peress li issa għad m'għandhomx permess ma jistgħux joħorġu bihom fit-triq.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'sejjer isir minnhom il-ħaddiema li hemm mal-kumpannija GO u li x-xogħol tagħhom huwa dak ta' security? Jista' jgħid x'inhu l-ftehim tal-Gvern mal-kumpannija oriġinarjament fuq dawn il-ħaddiema? Jista' l-Gvern jgħid t-termini tal-kundizzjonijiet tal-ftehim li għamel mal-GO?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ftehim li kien ġie ffirmat fis-17 ta Mejju 2006 bejn il-Gvern u l-Emirates International Telecommunications (Malta) Limited kien jipprovdi biex l-Kumpanija tuża s-saħħa tal-Voti tagħha fil-Kumpanija (GO) biex ma jkunx hemm tkeċċija ta’ ħaddiema ‘redundancies’ għall perjodu ta tlett (3) snin mid data tal-ftehim. Preċizament din il-kundizzjoni kienet fi klawsola 10.1.6 tal Ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi f'Malta u Għawdex li għandhom 'il fuq minn 50 sena? B'liema kategorija jinqasmu dawn il-karozzi jekk huwiex bis-saħħa tal-magna jew jekk huwiex b'xi mod ieħor jekk jiġu kategorizzati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn nies reġistrati bħala nassaba matul is-sena 2008? Kemm kien hemm kaċċaturi reġistrati matul is-sena 2008? Kemm kien hemm min kellu l-liċenzja għal fniek?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi għar-rigward it-tieni u t-tielet domanda, fil-Mistoqsija Parlamentari numru 8042 diġa` ngħatat l-informazzjoni marbuta ma' persuni li huma liċenzjati. Għar rigward ta' kemm hemm persuni reġistrati bħala kaċċaturi, din qed tinġabar bħal ma hija dik dwar l-ewwel domanda u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6996 u 6274 u jgħid min u kif jitfasslu s-sejħiet biex jittieħdu l-promozzjonjiet fil-qasam tas-saħħa? Min jiddeċiedi kemm hemm bżonn u minn liema professjoni? Huwa aċċettat li professjoni tkun qed tikkmanda professjoni oħra li fil-job description tagħha m'hemm l-ebda kelma li għandha tagħmel dan? Allura min jiddeċiedi min jikkmanda lil min?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7205 u jgħid kemm huwa mbassar li jżuruna turisti matul is-sena 2009? Il-gvern qed jippjana xi għajnuna u sapport għal dan is-settur ħalli r-riċessjoni internazzjonali ma taffettwax lil din l-industrija? Kemm hemm proġetti turistiċi ġodda għal matul is-sena 2009? Kemm huwa l-baġit tal-Gvern biex jirreklama lil Malta bħala destinazzjoni turistika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-industrija tat-turiżmu internazzjonali għaddejja minn żmien diffiċli kawża tar-riċessjoni globali. F’dawn iċ-ċirkostanzi huwa diffiċli wieħed jagħmel tbassir. Il-Gvern żied il-baġit tal-MTA bi tlett miljun u nofs euro għas-sena 2009 u permezz tas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, kontinwament jistħarreġ u jimplimenta miżuri sabiex jaġevolaw lis-settur. Il-Gvern u l-Awtorità tat-Turiżmu qed iwettaq numru ta’ inizjattivi li għandhom iħallu impatt pożittiv fuq l-industrija. Fost dawn ta’ min isemmi: l-moratorju ta’ sena fuq ħlas ta’ pagamenti kapitali lill-banek mil-lukandi, l-iskema ta’ sussidju fuq l-imgħax għall-self intiż għal proġetti ta’ tiġdid jew estenzjonijiet ta’ lukandi, l-iskema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea għall-Intrapriżi turistiċi, skema ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea għat-taħriġ għal min jaħdem fl-industrija u numru ta’ proġetti oħra f’diversi lokalitajiet. Maltul l-2009 il-fondi li għandha l-MTA għall-marketing tal-Gżejjer Maltin huwa ta’ ftit inqas minn wieħed u għoxrin miljun euro.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7202 u jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?