Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7460 u jgħid kemm sar qliegħ minn fuq id-diesel/petrol/pitlorju, dawl u ilma matul x-xhur:
a) Settembru 2008?
b) Ottubru 2008?
ċ) Novembru 2008?
d) Diċembru 2008?
e) Jannar 2009?
f) Frar 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule — Karozza tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7597 u jgħid kemm huma frekwenti l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Dawn il-karozzi tal-linja jkunu low floor jew normali? Dawn ikunu aċċessibbli biex anzjani li jkollhom problemi ta' mobilità jkunu jistgħu jaċċessawhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, u kemm kienet l-ispiża fis-sena 2008, biex issir il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jingħata rendikont ta' din l-ispiża lokal lokal?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Anzjani jistennew biex jidħlu ġewwa istituzzjoni tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu f'istituzzjoni tal-Gvern fl-aħħar t'April 2009? Kemm kien hemm minn dawn li ilhom jistennew għal iktar minn sentejn, tliet snin u erba' snin? Jista' jgħid liema huma dawk l-anzjani li ilhom jistennew l-iktar biex jidħlu f'istituzzjoni tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li sa l-aħħar t'April 2009, kien hemm 1,666 anzjan jistennew biex jidħlu f'istutizzjoni tal-Gvern.
Iż-żmien tas-stennija huwa hekk :-
Żmien ta' stennija Numru ta' applikanti
Anqas minn sentejn
(April 2007 sa issa) 1098
Aktar minn sentejn
(April 2006 - Marzu 2007) 222
Aktar minn tlett snin
(April 2005 - Marzu 2006) 113
Aktar minn erba' snin
(April 2004 - Marzu 2005) 52
L-aktar li ilhom jistennew
(Marzu 2004 u qabel) 181
Total 1666.
(Ara korrezzjoni fil-Papers Laid 3010 li tpoġġit fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 151, fis-27 ta' Ottubru 2009)
Residenza San Vinċenz de Paule — residenti aktar minn ħames snin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li ilhom jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule iktar minn ħames snin? Kemm għandhom żmien dawn l-anzjani u jekk humiex nisa jew irġiel?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-politika ta' Age in Place għadhiex titħaddem? Għaliex anzjan li jgħix f'Raħal Ġdid qed jintbgħat jgħix ġo home li tkun 'il bogħod mill-post fejn ikun għex u trabba?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li meta l-anzjani japplikaw biex jidħlu ġo residenza tal-Gvern, dawn jindikaw il-preferenzi tagħhom. Wara li l-applikazzjoni tiġi aċċettata mill-Bord, l-applikant jiġi mqiegħed fil-waiting list ta' dik ir-Residenza partikolari. Meta l-każ ikun jeħtieġ kura immedjata jintużaw b'mod temporanju is-sodod fid-Djar Privati li huma fl-Iskema tal-Private Public Partnership.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema post ta' stennija waslet il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u li tixtieq tidħol f'residenza għall-anzjani?
Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7535 u 7627.
Kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3692.
Skejjel ta' l-Istat — Mitluba donazzjonijiet mill-ġenituri
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex xi skejjel tal-Istat qed jitħallew jitolbu donazzjonijiet lill-ġenituri għal affarijiet differenti? Hija konxja minn din il-prattika? Kemm kull skola tista' tiġbor minn kull ġenitur? Għal liema raġuni l-iskejjel jistgħu jitolbu donazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-iskejjel xi drabi jiġbru xi flus għal kawża ġusta, per eżempju ‘Milied Flimkien’ li tgħin lil persuni li jgawdu mid-donazzjonijiet tal-Community Chest Fund.
L-iskejjel dejjem jippruvaw iżommu d-donazzjonijiet għal minimu sabiex ma jkunx hemm piż għal ġenituri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju li meta persuna tidħol l-emerġenzja fl-Isptar Mater Dei qed iddum sigħat twal sakemm tinqeda? Hemm xi studju għaddej li jelenka x'jikkawża dan id-dewmien? X'sejjer jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa ħalli din l-istennija tonqos?
Jista' l-Ministru jindika jekk l-armi li semma li jistgħu jidħlu f'Malta humiex kollha għall-isport, jew hemmx minnhom maħsubin għall-użu tad-difiża personali? Hemm ħsieb li tiddaħħal liġi li tippermetti l-ġarr tal-armi tan-nar għad-difiża personali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-armi liċenzjati skont l-Att dwar l-Armi (Kap 480), huma ntiżi għal skopijiet sportivi, inkluż kaċċa jew ta' kollezzjoni. Mhux permess ġarr ta' armi tan-nar għal difiża personali, lanqas ma hu maħsub li tiddaħħal tali Liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkulaw li hawn pazjenti li għandhom parkinsons disease f'Malta u Għawdex? Kemm hemm minn dawn il-pazjenti li għandhom 'il fuq minn 60 sena u kemm hemm pazjenti li għandhom taħt 60 sena? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minn dawn huma rġiel?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li minn informazzjoni li għandu l-gvern għad-dispoziżżjoni tiegħu, hawn madwar 1, 623 kartuna safra maħruga lill-pażjenti li jbatu minn Incapacitating Parkinson’s Disease.
Minn dawn hawn:
- 1, 479 il-fuq minn 60 sena li minnhom 709 huma nisa u 770 huma rġiel.
- 144 taħt is-60 sena li minnhom 61 huma nisa u 83 huma rġiel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi grupp ta' ħaddiema li x-xogħol tagħhom huwa biss li jsewwu l-ħsarat li jinqagħlu fil-main roads? Jista' jgħid kemm huwa kbir dan in-numru ta' ħaddiema li jridu jagħmlu t-tiswijiet fuq it-toroq ta' Malta kollha? Jista' jgħid kemm tiġi tiswa l-manutenzjoni tat-toroq kull sena? Jista' jgħid min imur jara t-toroq wara xi ħabta biex jissorvelja li t-toroq huma tajbin u 'l bogħod minn iktar periklu speċjalment wara li jinxtered żejt u petrol u diesel?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jeżistix grupp ta’ ħaddiema ma dan il-Ministeru kif indika l-Onorevoli Nterpellant. Ix-xogħol isir minn kuntratturi imqabbdin mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport. Is-sena l-oħra ix-xogħol ta’ manutenzjoni sewa viċin il-miljun Ewro. Din is-sena diġa intefqu €700,000 u hemm flus oħra ibbaġitjati. Wara xi ħabta, uffiċjali tal-Awtorita’ jispezzjonaw il-post meta dawn ikunu infurmati mill-Pulizija jew entitajiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux studji fejn juru x'inhuwa l-aħjar materjal biex jisewwew it-toroq tagħna? Jekk jeżisti, jista' jipprovdi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kieku kellu jintuża konkos flokk cold asfalt huwiex aħjar u għandux life expectance iktar twila mill-mod li bih qed jisewwew it-toroq sekondarji tagħna bil-cold asfalt li sfortunatament għandu ħajja qasira u malajr jerġa' jinqala wara li jkun sar? Minħabba f'hekk ħafna flus qed jintużaw biex isir il-patching li jservi għal ftit ġranet biss speċjalment jekk jingħata waqt li tkun niżla ix-xita.
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant qed jitlobni opinjoni professjonali għal professjoni li mhix tiegħi. Jien infurmat li skond l-esperti tal-ADT il-cold asphalting huwa aħjar mill-konkos biex isir patching tat-triq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7435, 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7435, 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7436, 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.