Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8232, 7436, 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8232, 7436, 6708, 5200, 4455, 3917, 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8231 u 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3692.
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5091, 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3692.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dawn il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, jinsabu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numri 7443 u 8233, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7443 u jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7443.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 7449 u jgħid meta u x'qiegħed iżomm biex wara 20 sena Triq il-Familja Cumbo, Mosta tingħata wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhix inkluża fil-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ li huma dipendenti fuq il-fondi u l-prijoritajiet li jkun hemm.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7447 u jgħid x'qiegħed iżżomm biex wara 20 sena Triq Silvestru Fiteni il-Mosta, tingħata wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhix inkluża fil-program ta’ bini ta’ toroq li ħejjiet l-Awtorita’ li huma dipendenti fuq il-fondi u l-prijoritajiet li jkun hemm.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7444 u jgħid: Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdid, x'passi qed jieħu l-gvern biex jsaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn jkunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.7444.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija palramentari 6839 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm min-nies li daħlu fil-pajjiż b'mod irregolari matul is-sena 2008:
a) iżżewġu f'Malta?
b) kellhom tfal?
ċ) ħallew ħajjithom?
d) suppost kienu parti minn dan il-grupp imma m'hemmx traċċi ta' x'sar minnhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet bl-ispeed cameras fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2009? Jista' jgħid kemm minn dawn l-flus taċ-ċitazzjonijiet tal-ispeed camera qed jintużaw biex issir il-manutenzjoni tat-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma jew jivverifika jekk il-multi li jaqilgħu sewwieqa li jkunu għaddejjin b'iktar mill-ispeed stabbilit mill-esperti tal-Awtorità dwar it-Trasport u jaqilgħu ċitazzjoni bl-ispeed camera dawn iċ-ċitazzjonijiet humiex jingħataw skont l-ispeed li jkun għaddej bih is-sewwieq? Jiġifieri jeżistu xi multi differenti skont l-ispeed li bih ikun għaddej is-sewwieq? Jekk jeżistu dawn ir-rati ta' multi differenti, jista' jippubblikahom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien ninfurmat li skont it-Tieni Skeda li tinsab mal-Ordinanza dwar ir-Regolament tat-Traffiku (Kap 65), jeżistu żewġ multi fir-rigward ta’ sewqan b’veloċità eċċessiva,
Sa 15-il kilometru fis-siegħa il fuq mill- limitu , multa ta' €34.94 u sewqan ta' aktar minn 15-il kilometru fis-siegħa fuq il-limitu multa ta' €69.88.
Fid-dawl li t-traffiku fil-baħar tal-qxur u laneċ mhux reġistrati madwar Malta u Għawdex qed jiżdid, x'passi qed jieħu l-gvern biex jsaħħaħ is-sigurtà tas-sajjieda tagħna meta dawn jkunu qed jaqdu dmirijiethom u joħorġu jistadu fl-ibħra tagħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Awtorità Marittima ta’ Malta, skond ir-regolamenti u l-poteri applikabbli, għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex issaħħaħ l-infurzar tagħha sabiex twaqqaf u żżomm milli joperaw opri tal-baħar fl-ibħra territorjali u interni ta’ Malta li jinstabu mhux reġistrati mal-ebda reġistru Malti jew barrani, jew inkella jkunu mingħajr ebda marka uffiċjali tar-reġistrazzjoni. Dan l-infurzar qiegħed isir b’kooperazzjoni mal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta kif ukoll b’kolloborazzjoni mad-Dipartiment tas-Sajd bil-mezzi disponibbli kemm minn fuq l-art kif ukoll mill-baħar. Passi legali jittieħdu kontra sidien, operaturi u kaptana li jinqabdu jiksru l-liġijiet u r-regolamenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta jippjana jew hemmx il-ħsieb li mediċina biex tgħin lil pażjenti li jbatu mid-dimentia u anke alzheimer disease tibda tingħata b'xejn fuq il-karta is-safra?
Residenza San Vinċenż de Paule — attivitajiet għal anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fil-qasam tal-anzjani li x-xogħol tagħhom huwa li jagħmlu attivitajiet kulturali u soċjali lill-anzjani fir-Residenza San Vinċenż de Paule u fil-homes? X'inhi l-professjoni ta' dawn il-ħaddiema u x'attivitajiet jorganizzaw lill-anzjani? Kemm huma spissi dawn l-attivitajiet? Kemm anzjani pparteċipaw fiha matul is-sena 2008?
Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6707, 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-Gvern f'dan s-settur?
Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6824 u jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi?