Residenza San Vinċenz de Paule — Karozza tal-linja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8477 u 7597 u jgħid kemm huma frekwenti l-karozzi tal-linja li jgħaddu minn ħdejn ir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Dawn il-karozzi tal-linja jkunu low floor jew normali? Dawn ikunu aċċessibbli biex anzjani li jkollhom problemi ta' mobilità jkunu jistgħu jaċċessawhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Kliniċi tal-gvern — pażjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8474 u 6824 u jgħid kemm raw pazjenti l-kliniċi tal-gvern li joffru servizz lil pazjenti bi bżonnijiet u assistenza ta’ psikjatra matul is-sena 2008? Kemm hemm waiting time sabiex jarak psikjatra f’waħda minn dawn il-kliniċi? Kemm huwa l-persentaġġ tal-Maltin li huma kkalkulat li jbatu minn problemi psikjatriċi? Jista' jpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna mietet sakemm kienet qed tistenna li ssirilha l-operazzjoni tal-kataretti matul is-sena 2006, 2007 u 2008 separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8151 u jgħid jekk inbediex xi eżerċizzju ġdid illi jonqsu in-nies minn fuq il-waiting list li hemm ġewwa l-Qasam tas-Saħħa, waiting list għall-operazzjonijiet u interventi mediċi oħrajn? Meta, jekk sejjer issir, xi riforma din sejra tkun fis-seħħ? Meta jaħseb li sejjer jsir it-tibdil neċessarji ħalli waiting list jonqsu b'nota magħġla iktar milli kien qed jonqsu bih sas-sena 2008? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8154 u jgħid kemm-il kilometru kwadru ta' toroq għandna f'Malta? Jista' jgħid kemm-il kilometru ta' art oħra hija miksija bl-asfalt wkoll? Kemm jiġi dan il-persentaġġ mill-ispazju kollu tal-pajjiż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar San Vinċenż de Paule — sehem fit-tmexxija tal-post
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8153 u jgħid jekk l-pazjenti u l-anzjani li hemm ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule għandhomx sehem mit-tmexxija tal-post? Jista' jgħid jekk għadhomx sehem fit-tfassil tal-programmi ta' kura u tal-programmi edukattivi li jiġu organizzati? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8156 u jgħid: Fl-Ingilterra huwa stmat li Stg 500 miljun f'pinnoli mhux kunsmati mill-pazjenti wara li jkunu ttieħdu minn fuq l-National Health Services.Jista' jgħid jekk għandux jew jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju ta' kemm jiġu kkunsmati l-pilloli li jittieħdu b'xejn minn fuq il-kartuna r-roża u s-safra? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kemm jiġi jiswa pazjent li jieħu l-mediċini b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8157 u jagħti statistika ta' kemm jiġi jiswa kull pazjent kull sena li qiegħed jieħu l-mediċina b'xejn minn fuq l-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8471, 6707, 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-Gvern f'dan s-settur?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8230, 7435, 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8230, 7435, 6710, 5090, 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8252 u jgħid jekk huwiex konxju li meta persuna tidħol l-emerġenzja fl-Isptar Mater Dei qed iddum sigħat twal sakemm tinqeda? Hemm xi studju għaddej li jelenka x'jikkawża dan id-dewmien? X'sejjer jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa ħalli din l-istennija tonqos? Jista' dan it-tagħrif jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8437 u jgħid f'liema post ta' stennija waslet il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament u li tixtieq tidħol f'residenza għall-anzjani? Jista' t-tagħrif miġbur jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, u kemm kienet l-ispiża fis-sena 2008, biex issir il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jingħata rendikont ta' din l-ispiża lokal lokal?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8340 u jgħid kemm hemm anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Fejn kien il-post tal-oriġini tagħhom lokal b'lokal? Jista' jpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Residenza San Vinċenz de Paule — residenti aktar minn ħames snin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8341 u jgħid kemm hemm anzjani li ilhom jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule iktar minn ħames snin? Kemm għandhom żmien dawn l-anzjani u jekk humiex nisa jew irġiel? Jista' jpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-applikazzjonijiet li daħlu għal clerks, secretaries, accounts clerk mal-Korporazzjoni Enemalta? Meta sejrin ikunu jafu jekk intagħżlux jew le dawk li bagħtu l-applikazzjoni? L-applikazzjonijiet qed jidhru separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-applikanti kollha li applikaw għall-postijiet vakanti ta’ Clerks, Secretaries u Accounts clerks bdew jiġu nfurmati mit-12 ta’ Mejju 2009 jekk kienux intgħażlu jew le.
Jista' l-Ministru jara li s-subway li hemm ġewwa Triq Sant Anna l-Furjana, tingħata face lift u li jkun hemm xi ħadd jissorveljaha u li jara li tinżamm nadifa minn kull tip ta' irwejjaħ u depożiti oħrajn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8249 u jgħid kif jitqassmu s-slots biex jitniżżlu studenti għat-test tas-sewqan? Veru li bħalissa hemm sitwazzjoni inġusta li l-iskejjel mhux jingħataw l-istess ammont ta' students' slots biex jitniżżlu għat-test? Jista' jagħti rendikont ta' kif tqassmu l-islots matul is-sena 2007, 2008 bejn l-iskejjel eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-slots għat-test tas-sewqan li jkollha l-ADT jitqassmu b'mod proporzjonali bejn l-iskejjel tas-sewqan skont in-numru ta applikazzjonijiet li jkollha kull skola.
Din is-sistema tiżgura trattament ekwu għal kull skola tas-sewqan għaliex skola li jkollha aktar applikazzjonjijiet tingħata iktar slots b'mod proporzjonali.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni mitluba dwar it-tqassim ta slots għas-snin 2007 u 2008.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8233 u 7443 u jgħid kemm hemm proġetti tal-kunsilli lokali jistennew il-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikunu jistgħu jibdew? Jista' jagħti lista ta' dawn il-proġetti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7443.