Jista' l-Ministru jgħid kemm naqsu l-waiting lists għall-operazzjonijiet matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2009? Kemm kienu fil-bidu tas-sena u kemm kienu wara ħames xhur il-waiting lists għall-operazzjonijiet tal-kataretti u tal-hip/knee replacements?
Nies kwalifikati li jistgħu jaħdmu — informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu bejn l-età ta' 15 u 35 sena, 36 u 59 sena u minn 60 sena 'l fuq? Kemm hemm nies f'kull kategorija li jikkwalifikaw li jekk iridu jistgħu jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mogħtija hija dik ta’ Novembru 2008 peress li dik hija l-aħħar li ġiet ppublikata mill-NSO.
Tabella A turi kemm kien hemm nies jaħdmu f’Novembru 2008 maqsuma skond l-etajiet kif jiġu miġbura mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ.
Tabella A
Eta'
Total
16-34
64,273
35-44
31,716
45-54
31,658
55-64
16,695
Total
144,342
Tabella B turi kemm hemm nies f’kull kategorija li jikkwalifikaw li jekk iridu jistgħu jaħdmu.
Tabella B
Eta'
Total
16-34
114,293
35-44
51,062
45-54
59,845
55-64
59,691
Total
284,891
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-full complement fl-Armata u jekk l-Armata għandhiex il-full complement? F'liema ranks hemm nuqqas u meta hemm il-ħsieb li dan jimtela'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-establishment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna uffiċjal u suldati mqassmin kif muri fit-tabella hawn taħt:
Ranks
Full Complement
Brigadier
1
Colonel
6
Lt Colonel
13
Major
35
Captain
32
Subaltern
42
WO 1
28
WO 2 RQMS
4
WO 2
62
SSgt
125
Sgt
169
Bdr
309
LBdr
387
Gnr
741
Officer Cadets
N/A
Recruits
N/A
Jeżistu vakanzi f’diversi ranks fosthom ta’ Maġġuri, Subalterni, Warrant Officer 2, Staff Sergeants, Bumbardiera, Lance Bumbardiera u Gunners. Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda jsiru fuq bażi regolari u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li aktar tard din is-sena hemm pjanat li jiġu ngaġġati aktar rekluti li għadhom kemm temmew il-proċess ta’ selezzjoni wara sejħa għall-applikazzjonijiet li saret fil-gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Ottubru 2008.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji kienu jsiru u qed jsiru preżentament il-promozzjonijiet fl-Armata? Jista' jgħid meta saru l-aħħar promozzjonijiet u jekk dawn il-kriterji msemmija kenux użati fl-aħħar promozzjonijiet li ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji li fuqhom jingħataw il-promozzjonijiet fl-Armata huma rregolati mill-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta li jistabbilixxu li l-promozzjoni għandha ssir skond rakkomandazzjoni bbażata fuq effiċjenza, anzjanità, kwalifiki u għażla biex timtela vakanza.
L-aħħar promozzjonijiet ġew ippublikati f’Mejju ta’ din is-sena u saru b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2008.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-flotta tal-mobile squad tal-pulizija bħalissa? Jista' jgħid huwiex ikkonsidrat li dan in-numru huwa suffiċjenti għall-bżonnijiet tal-pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Mobile Squad tal-Pulizija għandha 20 vettura għad-dispozizzjoni tagħha u dawn huma preżentement kkunsidrati biżżejjed sabiex jaqdu d-doveri ta' din l-Iskwadra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ġodda ġew identifikati matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2009 bħala persuni li għandhom l-HIV positive? Kull wieħed li jiġi identifikat HIV positivekemm jiġi jiswa bħala kura fix-xahar u jekk dik il-kura tingħatax b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2009, fil-laboratorjii tal-isptar Mater Dei ġew identifikati tmien kampjuni ta’ demm li kienu seropositive. Minn dawn ħamsa kienu HIV 1 u tlieta kienu HIV 2. Wieħed irid jinnota li billi dawn it-testijiet jiġu rikjesti fuq bażi anonima, jista’ jkun li wħud minnhom ikunu tal-istess pazjent.
Informat ukoll li mhux kull pazjent li jirriżulta HIV positive ikollu bżonn trattament. Dan jingħata b’xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa skond l-iskema tas-Schedule V u skond protokolli approvati mid-Dipartiment tal-Pharmaceutical Policy and Monitoring. Dan it-trattament jiswa madwar €910.20 fix-xahar għal kull pazjent.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma il-Gvern ħoloq in-numru ta' impjiegi li jgħid li ħoloq matul is-sena 2008? Kemm attwalment ġew maħluqa impjiegi matul din is-sena u kemm minn dawn l-impjiegi kienu fuq bażi ta' full-time u fuq bażi ta' part-time?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies jaħdmu mal-Gvern matul is-sena 2008? F'liema setturi dawn idaħħlu jaħdmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi kien hemm 1337 persuna li ġew ingaġġati għall-ewwel darba matul is-sena 2008, maqsumin f’dawn il-kategoriji:
210 fis-settur tas-saħħa;
471 fis-settur tal-edukazzjoni;
239 fi gradi klerikali u amministrattivi;
21 fuq bażi ta’
back to back
;
111 fis-segretarjati privati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari peress li l-kuntratti fil-Ministeri preċedenti ġew terminati ma’ l-elezzjoni; kif ukoll
277 f’kategoriji oħra.
Ta’ min jgħid ukoll illi matul l-istess perjodu, 1782 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi mill-ewwel ħames xhur tas-sena 2009 s'issa? F'liema setturi dawn kienu? Kemm minn dawn l-impjiegi kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar informazzjoni ppublikata mill-NSO hija dik ta’ Novembru 2008 u b’hekk ma’ tistax tingħata risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies għal courses fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ? Kemm minn dawn in-nies sabu xogħol relatat mal-kors li ħadu? X'età kellhom il-persuni li marru jieħdu l-kors mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jindika għal liema perjodu jeħtieġ din l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ikalkulat kemm ħarġu żgħażagħ illitterati mill-iskola, fis-sena skolastika li spiċċat Mejju-Ġunju 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning mhux f’pożizzjoni li jikkalkula n-numru ta’żgħażagħ illitterati li ħarġu mill-iskejjel.
Skond l-aħħar ċensiment tal-2005 persuna literata hija persuna li taf tikteb u taqra sentenza sempliċi fuq il-ħajja tagħha ta’ kuljum.
L-istudenti li joħorġu mill-iskejjel sekondarji jieħdu magħhom ċertifikat li juri kif marru fl-eżamijiet li jagħmlu fl-aħħar tas-sena. Fil-preżent id-Direttorat tal-
Quality and
Standards in Education
qiegħed jaħdem biex kull tifel u tifla li jispiċċaw mill-iskola obbligatorja jkollhom ċertifikat li juri kif marru mhux biss fuq livell akkademiku iżda wkoll jippreżenta l-ħiliet, il-kapaċitajiet u dawk l-aspetti li jkunu żviluppaw waqt li jkunu jattendu l-iskejjel tagħna. Dan ikun jista’ jservi ta’ passaport għal aktar studju jew biex jidħlu fil-kamp tax-xogħol.
Tista' l-Ministru tgħid x'ser u x'qed isir sabiex tonqos il-problema gravi ta' tfal li joħorġu mill-iskola ta' 16-il sena mingħajr ħiliet bażiċi ta' qari u ħiliet oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li jaslu fis-sekondarja u għandhom diffikultajiet serji fil-qari u fil-kitba qegħdin jingħataw taħriġ li jiffoka aktar fuq il-bżonnijiet tagħhom. Għal dan il-għan l-għalliema jagħtu lezzjonijiet addizzjonali li jiffukaw fuq il-Malti, l-Ingliż u/jew il-Matematika skond il-ħtieġa.
Id-Direttorat tal-Kwalita’ u Standards ta’ l-Edukazzjoni wkoll qed jagħti taħriġ lil dawk l-għalliema li huma risponsabbli biex jgħinu l-istudenti jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi.
Din is-sena id-Direttorat ħejja wkoll strateġija -
National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education
biex l-għalliema jgħarfu d-diffikultajiet li xi tfal qed jiffaccjaw fl-iżvilupp tal-qari u tal-kitba u b’hekk jagħtuhom l-għajnuna meħtieġa f’waqtha. Tul din is-sena skolastika id-Direttorat stieden lill-għalliema jattendu taħrig wara l-ħin ta’ l-iskola sabiex ikunu aktar imħarrġa biex jgħinu lil dawk it-tfal li qegħdin jaqgħu lura. L-għan hu li tiġi megħluba l-problema qabel ma t-tfal jersqu għas-settur sekondarju.
Minn Settembru li ġej kull skola hija mistennija li tiffokka aktar fuq l-iżvilupp tal-kitba u tal-qari għat-tfal kollha.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għada qed tinġabar.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor Interpellant jifhem li d-domanda tiegħu tinvolvi ħafna riċerka li jiswew il-flus u ħin. Kunsegwentament inkun grat jekk jispjegali l-għan tad-domanda biex inkun nista nevalwa jekk l-eżercizzju hux ġustifikat.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fil-Ministeru, fid-Dipartimenti u fl-Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi hemm żewġt irġiel u tliet nisa li għalqu l-età ta’ l-irtirar. Dawn huma kif ġej:
Waste Separation Promoter fil-WasteServ Ltd.
L-Uffiċjal Eżekuttiv u Part-time Secretary fl-Awtorità dwar ir-Riżorsi.
Konsulent fil-Ministeru.
Impjegata fuq il-program ta’ Fondi FP7 mal-Kunsill Malti tax-Xjenza u Teknoloġija.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hi responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hi responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Nterpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.