Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħruġ organizzat minn skejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il skola matul Ottubru 2008 sa Mejju 2009 organizzat outings? Fejn ħadu lil dawn it-tfal skola, skola? Il-ħarġa kienet kulturali, edukattiva, sportiva jew xi ħaġa oħra? Kemm ħallsu kull student u studenta għal kull ħarġa li l-iskola tagħha organizzat u kemm toħroġ flus l-iskola għal kull ħarġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari tista’ tinġabar kif appena jinfetħu l-iskejjel peress li bħalissa l-iskejjel huma magħluqa bil-vaganzi.

studenti — sigaretti, alkoħol u droga

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk inqabdux żgħażagħ li fil-pusess tagħhom kellhom sigaretti, alkoħol jew droga matul Ottubru 2008 u Mejju 2009? Kemm kien kbir dan in-numru ta' studenti u f'liema skola kienu jmorru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Matul il-perjodu Ottubru 2008 u Mejju 2009 ma sar l-ebda rapport ta’ żgħażagħ li jattendu l-iskola li fuqhom kellhom id droga. L-Anti-Substance Abuse Unit li jsegwi l-proċeduri miktuba fid-dokument Tackling Substance Abuse (Ministry of Education 2001) fi ħdan id-Direttorat Servizzi għall-Istudenti ma jirċevix rapporti fuq sigaretti u alkoħol. Fejn hemm każijiet ta’ pussess ta’ sigaretti u alkoħol dawn jiġu ndirizzati fuq livell ta’ Kulleġġ/skola.

każijiet ta' bullying fl-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' bullying fuq tfal matul Ottubru 2008 u Mejju 2009 ? F'liema skola kienu dawn il-każijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minn Settembru 2008 sa Ġunju 2009 kienu rreferuti 286 każ lill-Unit Kontra l-Ibbulljar fi ħdan is-Servizzi għall-Istudent. Dawn il-każijiet ġew referuti minn ġenituri li uliedhom jattendu f’dawn il-Kulleġġi. Kulleġġi Sta Margarita 16 San Benedittu 19 San Ġorg Preca 58 Sant Injażju 38 Santa Klara 31 Maria Reġina 19 San Nikola 23 Santa Tereża 28 San Tumas More 28 Għawdex 2 Skejjel tal-Knisja 22 Skejjel Indipendenti 2
Leg 11 PQ #9944 Sitting 139 2009-07-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ħaddiema u salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu salarju kull ħaddiem li hemm jaħdem mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-sena 2008? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema f'kull kategorija? Jista' jikkonferma jekk din l-Awtorità għandhiex full compliment tal-istaff ? Jekk le, kemm jonqosha ħaddiema biex isir full compliment u f'liema kategorija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — Triq il-Ħtajriet - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fi Triq il-Ħtajriet fil-Mosta reġa' waqaf u issa jidher li qisu waqaf għal kollox? Jista' jgħid meta beħsiebu jkompli dan ix-xogħol u jekk huwiex se jitlesta qabel terġa' tibda x-xitwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-proġett ta’ Triq il-Ħtajriet kien imqassam fuq numru ta’ fażijiet li x-xogħol fuqhom tista’ tgħid li huwa komplut kollu ħlief għall-aħħar fażi fejn din it-triq tagħqad ma’ Vjal il-Qalbiena Mostin. It-tender għax-xogħol f’din il-parti tat-triq ser jiġi ppublikat fil-gimgħat li ġejjin

Sptar Mater Dei — Sezzjoni fejn jiġu kkurati persuni VIP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi sezzjoni partikolari fl-Isptar Mater Dei li fiha jiġu trattati l-persuni prominenti u VIPs, liema post kien jeżisti fl-Isptar San Luqa? Jekk tneħħa għaliex tneħħa dan il-post u x'qiegħed isir biex jakkomodaw dawn it-tip ta' persuni li jkunu rikoverati fl-isptar il-ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Isptar Mater Dei ma teżistix sezzjoni partikolari li fiha jiġu trattati l-persuni prominenti u VIPs. Persuni prominenti li jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei jistgħu jiġu akkommodati f’waħda mill-ħafna single rooms li jeżistu f’kull speċjalità dejjem jekk il-kundizzjoni tal-pazjent tkun tippermetti.
Leg 11 PQ #9938 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies li jaħdmu fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Pagi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jaħdmu nies direttament mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn huma full time u kemm hemm part-time? Kemm hemm li huma bil-paga fixed? Kemm hemm li huma mħallsin skond kemm-il darba jissejħu? Hemm xi ħaddiema li huma mħallsin mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha 446 persuna jaħdmu magħha li minnhom 434 jaħdmu fuq bażi ta' full time, 4 part time u 8 apprentisti. Dawn il-persuni kollha jitħallsu paga fissa.
Leg 11 PQ #9939 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kemm jiswa l-operat ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jiġi jiswa lill-Gvern u allura lill-poplu Malti u Għawdxi l-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'pagi u salarji? Kemm hija l-kera tal-post fejn qed topera? Kemm qed jonfoq flus oħrajn il-poplu biex lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżommha tiffunzjona?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Infiq fuq liġijiet u regolamenti -

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm infaqna bħala poplu Malti u Għawdxi f'amministrazzjoni biex liġijiet, regolamenti u relazzjonijiet ta' Malta bħala membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea jinżammu għaddejjin u fil-ħin? Tista' din iċ-ċifra tiġi fregmentata għal salarji ta' persuni f'dipartimenti, persuni li x-xogħol tagħhom huwa EU desk u kull parti oħra li qed nonqfu l-flus biex tinżamm is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9941 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjal pubbliku li jsostni s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku fuq bażi part-time kif ukoll fuq bażi full-time jew bażi ta' kuntratt jinsab jaħdem maċ-Ċivil jew mal-kunsilli lokali jew f'xi entità oħra tal-Gvern u x-xogħol direttament tiegħu/tagħha huwa li jara li jsegwi u jsostni s-sħubija ta' Malta bħala membru sħiħ fil-Unjoni Ewropea? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema? F'liema entitajiet/dipartimenti/ ministeri / kunsilli jinsabu? Kemm hemm ħaddiema minn dawn f'kull post? Kemm huwa is-salarju globali tagħhom? Jekk hemmx l-ħsieb li jidħlu iktar ħaddiema biex jagħmlu dan x-xogħol għaliex jinstabu under staff?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-aġenda tal-Unjoni Ewropea illum hija mwaħħda ma’ dik nazzjonali u għalhekk, id-distinzjoni li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant ma tistax issir. Pero’ hemm ċertu entitajiet li huma aktar iffokati minn oħrajn fuq aspetti tal-Unjoni Ewropea, fosthom, Is-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea, Id-Diviżjoni għall-Ko-Ordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prioritajiet, id-Dipartimenti tal-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea f’kull Ministeru, il- European Union Programmes Agency (EUPA), it- Technical Attachés eċċ. Għar-raġuni fuq imsemmija, mhux indikat tingħata l-informazzjoni mitluba għax anke hawn ġieli jsir xogħol relatat ma’ aġenda purament nazzjonali.
Leg 11 PQ #9942 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ħaddiema li jiddeċiedu dwar ħruġ ta' permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jagħmlu parti mill-pool ta' ħaddiema li jiddeċiedu jekk il-permessi joħorġux jew le fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jaħdmux part-time jew full time ma' xi kumpannija privata? Jekk iva, kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ma' xi kumpannija privatament wara l-ħin tax-xogħol tagħhom f''din l-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9943 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kbir il-pool ta' ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kif jigu maħtura dawn il-persuni? Min jaħtarhom? Kemm għandu żmien l-appointment li jingħataw? Xi professjonijiet għandhom dawn il-ħaddiema li jiddeċiedu dwar l-għoti ta' permess jew iż-żamma tiegħu? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern jew ma' din l-Awtorità kull ħaddiem minn dawn u jekk dawn il-ħaddiema humiex fuq bażi ta' kuntratt jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9928 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Salarju ta' DCC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom il-post ta' DCC? Kemm għandhom salarju annwali dawn il-ħaddiema kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9930 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira — Caravan site

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira hux se jsir caravan site? X'kundizzjonijiet se jkun hemm għal dawk li jridu jagħmlu użu minn din iż-żona? Jista' jgħid jekk dawk li kellhom caravan li kien poġġut is-Salina humiex ser jingħataw preferenza biex jagħmlu użu minn din is-site? Kemm ġejja tiswa l-kera biex jagħmlu użu minn dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz tal-ewwel għajnuna fil-bajjiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema bajjiet se jkun hemm servizzi tal-ewwel għajnuna u min se jmexxi dan is-servizz? Liema professjonijiet se jkunu preżenti għall-ewwel għajnuna u kemm se jkun hemm man power f'kull bajja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Cleaning services fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jonfoq fi cleaning services fil-qasam tas-saħħa? Jista' jifregmenta n-nefqa settur b'settur, fl-ex sptar, fl-Isptar Mater Dei, fi kliniċi u fi sptarijiet oħrajn? Jista' jgħid kemm qiegħed jiġi jiswa lill-Gvern kull ħaddiem li qed jaħdem f'dan is-settur mal-kuntrattur? Jista' jgħid jekk dan is-settur għandux il-full complement u kemm hemm ħaddiema jaħdmu fih?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9935 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Permessi għall-camping

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn hawn permess li jsir camping f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk dan il-permess huwiex għall-kampijiet tal-canvas jew għall-caravans ukoll? Hemm xi ħlasijiet relatati ma' dan il-permess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Santa Margerita l-Mosta — Triq Dawret il-Wied - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-bus shelter li hemm fi Triq Dawret il-Wied fiż-żona ta' Santa Margerita l-Mosta jinbidel u jsir aktar modern u bla periklu għat-tfal tal-iskola u n-nies li jagħmlu użu minnu? Dan il-bus shelter qiegħed bil-maqlub ta' dak li hemm bżonn fejn id-daħla tiegħu tinstab fuq triq dislivellata u għalhekk mhuwiex aċċessibbli u jista' jkun ta' periklu għal min jaċċessah?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.