Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7440 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija waħda vasta wisq u titlob ħafna ħin u riżorsi sabiex tinġabar.
Leg 11 PQ #8231 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7440.
Leg 11 PQ #8899 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8231 u 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7440.
Leg 11 PQ #9939 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kemm jiswa l-operat ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jiġi jiswa lill-Gvern u allura lill-poplu Malti u Għawdxi l-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'pagi u salarji? Kemm hija l-kera tal-post fejn qed topera? Kemm qed jonfoq flus oħrajn il-poplu biex lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżommha tiffunzjona?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena tammonta għal €6,368,152 u tinkludi l-ammont ta' €4,186,221 f'pagi u salarji u €39,446 kera. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kera annwali tal-postijiet minn fejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taqdi l-funzjonijiet tagħha.

Kemm ivvjaġġaw persuni bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw persuni lejn il-gżira Għawdxija fl-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? Jista' jagħti statistika ta' kemm kienu vvjaġġaw nies bejn iż-żewġ gżejjer matul is-sena 2008 u 2007 fl-istess perijodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Isptar Mater Dei — teatri tal-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiedx l-użu tat-teatri tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? Jekk iva, x'kienu r-riżultati miksuba permezz ta' din iż-żieda? Kemm żdiedu l-interventi minħabba f'hekk?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Statistika ta' kemm ġie jiswa l-bini ta' l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika finali ta' kemm gie jiswa' finalment l-bini tal-iSptar Mater Dei ? Jekk dawn l-ispejjeż humiex kollha imħallsin jew jekk inkella għadx fadal dejn x'jiġi imħallas? Kemm kienet originarjament l-ispiża u jekk sarx studju li identifika fejn kellhom jitħallsu iktar flus għal dak li kien proġettat li ghandu jsir b'irħas? Għaliex kien hemm differenza bejn dak li kien maħsub li sejjer jsir u fil-fatt dak li sar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Sptar Mater Dei — Nefqa ta' flus f'manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'manutenzjoni bejn Marzu 2007 sa Marzu 2008 fl-iSptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li n-nefqa f'manutenzjoni għall-Isptar Mater Dei bejn Marzu 2007 u Marzu 2008 kienet €4,194,583.

Persuni li għandhom għassa magħhom 24 siegħa kuljum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li għandhom għassa magħhom 24 siegħa kuljum f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid kemm dan is-servizz qiegħed jiġi jiswa lill-Kaxxa ta' Malta u min jrid jagħti l-ordni ħalli cittadin jingħata din l-protezzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar min għandu protezzjoni u l-modalitajiet ta' tali protezzjoni.
Leg 11 PQ #9577 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #9928 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Salarju ta' Development Control Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom il-post ta' Development Control Commission? Kemm għandhom salarju annwali dawn il-ħaddiema kull wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħaddiem tal-MEPA ma għandu pożizzjoni fuq id-DCC.
Leg 11 PQ #9943 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kbir il-pool ta' ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kif jiġu maħtura dawn il-persuni? Min jaħtarhom? Kemm għandu żmien l-appointment li jingħataw? Xi professjonijiet għandhom dawn il-ħaddiema li jiddeċiedu dwar l-għoti ta' permess jew iż-żamma tiegħu? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern jew ma' din l-Awtorità kull ħaddiem minn dawn u jekk dawn il-ħaddiema humiex fuq bażi ta' kuntratt jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet ta' żvilupp huma meħuda mill-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp (DCCs) u mill-MEPA Board. Dawn huma membri maħtura skont Art 3 ta' l-Att 356 dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. Dan jirregola min jista' jinħatar, minn min, għal kemm żmien u kif jista’ jitneħħa mill-kariga. Dawn il-ħatriet huma għal tlett snin skont il-provvedimenti tal-liġi u jistgħu jingħataw estensjonjiet skont il-ħtieġa. Il-membri jitħallsu onorarja. Għall-ħatra huma jingħataw ittra ta' ħatra (letter of appointment) u, jekk għandhom kuntratti ta' xogħol, dawn huma ma’ min jipjeghom. Għalhekk, fejn hemm indikat li l-persuna għandha kuntratt, dan għandu jinfthiem f'dan is-sens kif ukoll li hu kuntratt għal perjodu definit. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Kif ħabbart, bħala parti mir-riforma tal-MEPA il-ħsieb tal-Gvern hu li l-Membri tad- DCC Boards isiru full-time .

garaxxijiet underground — kaxxa tal-main tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbidlux ir-regolamenti biex il-kaxxa li tintuża fejn jitpoġġa l-main u l-arloġġ tad-dawl f'garaxxijiet underground, trid tkun tal-plastic u mhux tal-injam jew materjal ieħor? Liema materjal ta' kaxxi protettivi għall-mains tad-dawl jigu aċċettati meta l-main tad-dawl ikun taħt saqaf? Fuq liema regolamenti jimxu dawn id-direttivi u meta l-aħħar li nbidlu? Fejn jista' wieħed jaċċessa dawn ir-regolamenti jekk jeżistu bil-miktub?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-aħħar regolamenti tal-elettriku jghidu li l-meters u service boxes għandhom ikunu magħluqa go kompartamenti tal-metal u għandhom ikunu allokati f’post konvenjenti fis-sular t’isfel. Madankollu għal raguni ta’ safety, dawn il-kompartamenti jridu jkunu insulated u skond ir-regolamenti l-kompartamenti jridu jkunu tal-plastic. B’mod ġenerali x-xogħol ta’ l-elettriku għandu jsir skond ir-Regolamenti tal-Installazzjoni tal-Elettriku – BS 7671:2008 li għadhom fis-seħħ u dawn jistgħu jittieħdu mill-Malta Standards Authority.

Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — courses ta' tagħrif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm organizzat courses ta' tagħrif is-Sezzjoni tas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għall-pubbliku in ġenerali matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu dawn is-suġġetti ? Kemm attendew nisa u rġiel? Kemm attendew persuni għalihom mis-settur pubbliku u mis-settur privat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2008, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol organizzat 30 kors. Il-parteċipazzjoni kienet tikonsisti fi 268 parteċipant mis-settur pubbliku, 222 mill-privat u 20 mill-Non-Governmental Organisations. Ipparteċipaw 510 li kienu jikkonsistu fi 243 raġel u 267 mara. Numru ta' Korsijiet Partecipanti Settur Pubbl. Partecipanti Settur Privat Partecipanti NGO's Irgiel Nisa 30 268 222 20 243 267 Informat ukoll li t-taħrig kien ġeneralment ta’ livell ta’ għarfien (awareness) u kien jikkonsisti f’diversi temi bħal Evalwazzjoni tar-Riskju, ir-Rappreżentant tas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ħaddiema, it-Tqandil Manwali, l-Istress, ir-Radjazzjoni, kif ukoll l-Ewwel Għajnuna.

Persuni li ddaħħlu l-isptar wara aċċident

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru aċċidenti u konsegwenza ta' hekk iddaħħlu persuni l-isptar mweġġgħin fl-ewwel seba' xhur tas-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li skond in-numru ta’ Discharges li kien hemm bejn Jannar u Ġunju 2009 mill-Isptar Mater Dei, jidher li n-numru ta’ pazjenti li kienu nvoluti f’xi inċidenti li rriżulta f’korriment huwa hekk:- Discharge Diagnosis ICD-10 Code Number of Discharges between Jan-Jun ‘09 Transport Accident V01-V99 88 Falls W00-W19 180 Other External Causes of Injury W20-X59 41 Assault X85-Y09 31 Event of Undetermined Intent Y10-Y34 101 (NB: L-informazzjoni li ngħatat hawn fuq hija provviżorja) Ta’ min jinnota li mhux dejjem jitniżżel it-tip ta’ inċident għax jista’ jagħti l-każ li l-korriment li jkun sofra il-pazjent jitniżżel biss bħala discharge diagnosis.
Leg 11 PQ #10479 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Promozzjonijiet fiċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu promozzjonijiet fiċ-ċivil fl-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? F'liema setturi u dipartimenti kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant kien hemm 1458 promozzjoni ta’ Uffiċjali Pubbliċi minn grad / pożizzjoni għal grad / pożizzjoni ogħla fis-Servizz Pubbliku fi ħdan is-Setturi u Ministeri / Dipartimenti kif elenkati fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-promozzjonijiet saru b’riżultat ta’ sejħiet t’applikazzjonijiet minn ġewwa s-Servizz (u f’ċerti każijiet minn barra) jew wara perijodu ta’ servizz sodisfaċenti skond id-diversi ftehim li jirregolaw kull klassi tas-Servizz kif miftiehma bejn il-Gvern u l- Unions .
Leg 11 PQ #10480 Sitting 143 2009-09-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies li daħlu mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu nies mal-Gvern fl-ewwel seba' xhur tas-sena 2009? F'liema dipartimenti daħlu u b'liema skali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju, 2009 ġew impjegati 613 persuna mas-Servizz Pubbliku. Dettalji tal-Ministeri u d-dipartimenti li ġew impjegati fihom, u l-iskali tas-salarji tagħhom jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid ukoll illi matul l-istess perijodu, 735 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #9930 Sitting 142 2009-09-29 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira — Caravan site

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira hux se jsir caravan site? X'kundizzjonijiet se jkun hemm għal dawk li jridu jagħmlu użu minn din iż-żona? Jista' jgħid jekk dawk li kellhom caravan li kien poġġut is-Salina humiex ser jingħataw preferenza biex jagħmlu użu minn din is-site? Kemm ġejja tiswa l-kera biex jagħmlu użu minn dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pjan Lokali tal-Majjistral (North West Local Plan) ma jidentifikax siti partikulari għal caravans fil-lokalitajiet imsemmijja. Il-Pjan jagħti linji gwida ġenerali fil-policy NWRE2 lil dawk l-applikanti li jkunu jridu jiżviluppaw sit għal caravans fiż-żona tal-Pjan. Bħalissa, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema erba' (4) applikazzjonijiet għal caravan sites. Tnejn (2) fil-Mellieħa, waħda (1) fin-Naxxar u waħda (1) Marsascala. Peress li dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti, għad ma nistgħux ngħidu x'kundizzjonijiet se jkollhom imposti, dejjem jekk jiġu approvati. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika ta' l-istess Awtorità minn applikazzjonijiet pendenti li fil-proposta hemm il-kelma caravan.