Legislature:
Category:
Reset
Active:

postijiet li se jitqassmu sal-aħħar tas-sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet li huma lesti u li se jitqassmu sal-aħħar tas-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar ta’ din is-sena ser ikunu qed jitlestew 96 appartamenti li imbagħad ser jitqassmu matul is-sena id-dieħla.

Mosta — Blata l-Għolja - trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trasport pubbliku jistax jibda jgħaddi miż-żona tal-Blata l-Għolja, fil-Mosta biex jiġbor u jwassal in-nies li jgħixu hemm b'mod regolari u organizzat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-talba qiegħda tiġi ikkunsidrata fil-qafas tar-riforma tat-Trasport Pubbliku.

Università ta' Malta — evalwazzjoni tal-korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk issirx evalwazzjoni tal-korsijiet li qed toffri l-Università ta' Malta? Hemm studji riċenti li jgħidu u jindikaw x'inhuma l-korsijiet li l-iktar li għandu bżonn dan il-pajjiż għall-ġid tal-ekonomija tiegħu? Jistgħu dawn l-istudji jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università għandha sistema fejn minn żmien għal żmien tevalwa l-kwalità tal-korsijiet mgħallma kemm għall-kwalità akkademika tagħhom kif ukoll għal xi aġġornamenti li jkunu meħtieġa. Apparti dan, kull sena, 1-Università timpjega eżaminaturi barranin, li uħud minnhom jiġu anke mistiedna jżuru l-Università, sabiex jipparteċipaw fl-eżaminijiet u jiltaqgħu mal-istudenti. Is-Senat tal-Università huwa finalment responsabbli sabiex japprova 1-korsijiet kollha li toffri 1-Università wara li jkun sodisfatt li huma ta’ kwalità u anke li jirrispondu għall-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż. F’dan l-inkarigu, is-Senat huwa mgħejjun minn entità akkademika bl-isem ta’ Programme Validation Committee (PVC). F’dan ix-xogħol, il-Programme Validation Committee, li huwa kumitat li jiltaqa’ kull ħmistax, huwa assistit mill-Academic Programme Quality and Resources Unit (APQRU), grupp ta’ sitta minn nies li jaħdmu kontinwament fuq dan il-proċess. Fl-evalwazzjoni perjodika tal-programmi ta’ studju, 1-istudenti nfushom għandhom parti importanti permezz ta’ kwestjonarji li huma jintalbu jimlew anonimament meta jispiċċa kull semestru. Għalkemm 1-Università dejjem lesta tikkonsidra li żżid korsijiet fejn l- istakeholders soċjali, nkluż il-Gvern, jindikaw l-ħtieġa tagħhom, hija trid bilfors taħdem fil-parametri finanzjarji li l-iStat jipprovdilha. Bħala eżempju, 1-Università ghadha kemm bdiet korsijiet ġodda fI-istudju tal-Assigurazzjoni, kors fuq il-Loġistika tat-Trasport (Nies u Merkanzija) u kors ta’ Master’s dwar Studji Maltin. Waqt li l-Università ta’ Malta ma għamiltx studji biex tara liema korsijiet għandu bżonn il-pajjiż, il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Għolja (NCHE) tikkordina u tagħmel studji f’dan il-qasam. Nistgħu nsemmu wieħed mill-aħħar rapporti bit-titlu Skills for the Future (Frar 2009) li jippreżenta r-riżultat tad-djalogu wiesgħa fost dawk kollha involuti fis-settur edukattiv fuq il-ħiliet futuri tal-pajjiż. Kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korsijiet fl-Università — evalwazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk issirx evalwazzjoni dwar il-korsijiet li jingħataw mill-Università, il-mod kif dawn jiġu mfassla u liema suġġetti għandhom jiġu mgħallma? Min jorganizza dawn l-evalwazzjonijiet u min jirċievi r-riżultati tal-evalwazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università għandha sistema fejn minn żmien għal żmien tevalwa l-kwalità tal-korsijiet mgħallma kemm għall-kwalità akkademika tagħhom kif ukoll għal xi aġġornamenti li jkunu meħtieġa. Apparti dan, kull sena, 1-Università timpjega eżaminaturi barranin, li uħud minnhom jiġu anke mistiedna jżuru l-Università, sabiex jipparteċipaw fl-eżamijiet u jiltaqgħu mal-istudenti. Is-Senat tal-Università huwa finalment responsabbli sabiex japprova 1-korsijiet kollha li toffri 1-Università wara li jkun sodisfatt li huma ta’ kwalità u anke li jirrispondu għall-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż. F’dan 1-inkarigu, s-Senat huwa mgħejjun minn entità akkademika bl-isem ta’ Programme Validation Committee (PVC). F’dan ix-xogħol, il- Programme Validation Committee , li huwa kumitat li jiltaqa’ kull ħmistax, huwa assistit mill- Academic Programme Quality and Resources Unit (APQRU), grupp ta’ sitta minn nies li jaħdmu kontinwament fuq dan il-proċess. Fl-evalwazzjoni perjodika tal-programmi ta’ studju, 1-istudenti nfushom għandhom parti importanti permezz ta’ kwestjonarji li huma jintalbu jimlew anonimament meta jispiċċa kull semestru.

Livell ta' tagħlim primarju u sekondarju

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex jiġi monitored il-livell ta' tagħlim li qed jieħdu l-istudenti tagħna fil-livell primarju u sekondarju? Huwa kuntent id-Dipartiment tal-Edukazzjoni b'dan il-livell? Ġew proposti xi affarijiet li għandhom isiru biex il-livell ta' l-edukazzjoni jitjieb? X'kienu r-riżultati miksuba wara li ġew implimentati dawk is-suġġerimenti li ppropona d-dipartiment?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-monitoraġġ tal-livell ta’ tagħlim li qed jieħdu l-istudenti tagħna fil-livell primarju u sekondarju isir bi tliet modi prinċipali: a) permezz tal-viżti regolari li jagħmlu l-Uffiċjali Edukattivi fil-klassijiet u fl-iskejjel; b) permezz tal-appoġġ kontinwu lill-għalliema u l-viżti fil-klassijiet li jagħmlu l-kapijiet tal-iskola; c) permezz tal-awditjar tal-iskejjel mid-dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalita’ fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalita’ u l-Istandards fl-Edukazzjoni. L-elementi f’a) u b) minn dejjem kienu jsiru, u kienu jwasslu għal titjib lokalizzat skont il-bżonn. Madankollu il-Gvern ħass il-bżonn ta’ livell ieħor ta’ monitoraġġ li jikkomplimenta l-awtonomija l-ġdida li l-iskejjel beda jkollhom premezz tat-twaqqif tal-Kulleġġi. Fil-fatt, skont il-liġi tal-edukazzjoni kif emendat fl-2006 l-għodda uffiċjali għall-assigurazzjoni tal-kwalita’ hija l-awditjar tal-iskejjel. Fis-sewwa, dan diġa’ kien qed isir fl-iskejjel fi program pilota li mess 10 skejjel statali primarji u sekondarji matul l-2006 u l-2007. Dan il-proċess kien jinvolvi monitoraġġ estensiv f’temp qasir li kien iwassal għal rapport li jiġi diskuss fil-partijiet differenti tiegħu mal-kap tal-iskola u l-istaff. Kien proċess li kien jixpruna bidliet importanti fl-iskejjel fejn sar, skont il-proposti li saru. Xi eżempji ta’ rakkomandazzjonijiet kienu: · żvilupp fil-komunikazzjoni mal-ġenituri u/jew bejn l-istaff; · żvilupp f’ċerti aspetti ta’ spazju fiżiku u riżorsi edukattivi; · żvilupp f’ċerti proċessi amministrattivi bħal fit-tiswir tal-Pjan ta’ żvilupp tal-Iskola (SDP); · żvilupp f’ċerti aspetti ta’ preparazzjoni u kif jingħataw il-lezzjonijiet. Din l-esperjenza kienet essenzjali biex issa titwaqqaf b’mod permanenti sistema ta’ awditjar fuq skala nazzjonali li eventwalment hi maħsuba li tkopri l-iskejjel kollha fis-settur tal-edukazzjoni obbligatorja. Din is-sistema li se tibda titħaddem f’din is-sena skolastika, tibda mill-awditjar intern tal-iskejjel innifishom bħala parti mill-Pjan ta’ Żvilupp tal-Iskola (SDP). L-awditjar estern fil-fatt huwa maħsub li jikkumplimenta l-awditjar intern tal-iskola, biex il-proċess kollu ta’ monitoraġġ jibqa’ fidil mal-prinċipju li l-bidla vera sseħħ minn ġo l-iskola, mhix imbuttata minn barra.
Leg 11 PQ #10596 Sitting 147 2009-10-13 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

toroq lokali li se jsiru xogħlijiet fuqhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif intgħażlu t-toroq lokali li se jsiru xogħlijiet fuqhom matul is-sena 2009, li n-numru tagħhom se jlaħħaq mal-162? Jista' jgħid kif tqassmu dawn it-toroq bejn il-lokalitajiet differenti? Jekk dan it-tqassim ta' toroq huwa parti minn pjan, jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-pjan, meta ser jispiċċa u kemm ilu sejjer? Kemm hemm toroq involuti b'mod globali, fejn jinsabu u liema huma? Jista' jgħid kemm fadal snin b'dan il-pjan li mexjin fuqu u jekk jeżistix il-ħsieb li l-mod li bih qed jitqassmu t-toroq illum, jiġi mibdul?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-toroq li ġa saru jew ser jsiru xogħlijiet fuqhom matul s-sena 2009 intgħażlu mill-Kunsilli Lokali stess skont il-pjani ta’ ħidma li huma jagħmlu u dan peress li dawn huma xogħlijiet fuq toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali. Ta’ min isemmi, li għall-ewwel darba, din is-sena il-flus li ġew allokati lill-Kunsilli Lokali għall-manutenzjoni u tindif tat-toroq ġew ‘ring fenced’ jiġifieri dawn il-flus iridu jintużaw biss għal l-iskop li ngħataw sakemm ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni bil-miktub tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jintużaw għal skopijiet oħra. L-awtorizzazzjoni tkun tista’ tingħata wara talba ġustifikata li tkun saret mill-Kunsill.

Somma għall-manutenzjoni jew kisi ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ingħatat is-somma ta' €4.8 miljun għall-proġetti ta' manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid ta' toroq għas-sena 2009 u mhux somma ikbar jew iżgħar?

Response (GATT, AUSTIN)

L-Onor. Interpellant jifhem li l-prijoritajiet tal-Gvern jridu jiġu bilanċati.

Tarznari Maltin — żviluppi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fuq it-Tarznari Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, bħalissa t-Tarzna ta' Malta għaddejja minn proċess ta' privatiżżazzjoni. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq xi informazzjoni partikolari, nistiednu jkun iżjed speċifiku ħalli nkun nista' nwieġbu.

ħaddiema li telqu t-tarzna — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li telqu t-tarzna u ġew impjegati, ġewx impjegati f'settur relatat mas-sengħa li kellhom jew inkella sabux xogħol f'xi sengħa differenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #10557 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pensjoni tal-Armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif tiġi maħduma u fuq liema kriterji tittieħed il-pensjoni tal-armata? Veru li din il-pensjoni ma tiġix aġġustata kull sena u ma tiżdiedx biex tagħmel tajjeb għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja? Hemm il-ħsieb li l-mod kif is-suldati jieħdu l-pensjoni jinbidel? Jekk iva, kif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pensjoni ta’ l-Armata tiġi maħduma abbażi ta’ snin ta’ servizz u s-salarju li wieħed ikollu. Persuna fl-Armata hija ntitolata għall-pensjoni meta jew tkun għalqet il-ħamsa u għoxrin (25) sena ta’ servizz jew tkun laħqet l-età massima li wieħed jista’ jibqa’ jservi jiġifieri ta’ ħamsa u ħamsin (55) sena. Madankollu, suldat jista’ jkun eleġibbli għal pensjoni wara li jkun serva għal perijodu ta’ għaxar snin jew aktar u ġiet ċertifikata minn Bord Mediku li minħabba xi kundizzjoni medika, is-suldat ma jkunx jista’ jibqa’ jeżerċita xogħol militari. Il-pensjoni meħuda mit-Teżor qatt ma tiġi aġġustata u dan jgħodd għal kull min jieħu xi tip ta’ pensjoni mit-Teżor. Sa issa m’hemmx ħsieb li l-mod kif s-suldati jieħdu l-pensjoni jinbidel.

Studenti li se jiggradwaw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm studenti kienu daħlu f'kull grupp ta' studenti li sejrin jiggradwaw din is-sena, fakultà fakultà? Dawk l-istudenti li waqfu milli jkomplu dawn il-korsijiet, f'liema sena kienu waqfu milli jkomplu l-kors tagħhom? Kemm kien hemm resits f'kull fakultà matul kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kors tal-Mediċina — kwalifiki

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-kwalifiki li student għandu bżonn biex jidħol għall-kors tal-mediċina? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn il-kwalifiki jinbidlu fil-futur qarib?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kwalifiki meħtieġa biex student jidħol fil-kors tal-Mediċina jidhru fil-prospectus tal-Università. Dawn huma li ġejjin: Iċ-ċertifikat tal-matrikola mill-inqas bi grad C u jekk mhux diġà inklużi f’dan iċ-ċertifikat, l-Ingliż, il-Malti u l-Matematika mill-inqas bi grad 5 fil-livell tas-SEC. Barra dan hemm ukoll bżonn dawn is-suġġetti: Bijoloġija u Kimika bi grad B jew aħjar fil-livell avvanzat tal-MATSEC u suġġett mil-lista li ġejja bi grad B jew aħjar fil-livell intermedjarju tal-MATSEC: Accounting , Applied Mathematics (Mechanics) , Għarbi, Computing , Ekonomija, Engineering Drawing and Graphical Communication , Ingliż, Franciż, Ġeografija, Ġermaniż, Grieg, l-Istorja, Information Technology , Taljan, Latin, Malti, Filosofija, Fiżika, Pure Mathematics , Reliġjon, Russu, Soċjoloġija u Spanjol. L-istudenti jridu jgħaddu minn dawn it-tliet suġġetti kollha flimkien f’sessjoni tal-eżamijiet waħda u għandhom ikunu minn Bordijiet tal-Eżamijiet minn pajjiż wieħed. Peress li dawn il-kwalifiki jidhru li qed jipprepraw tajjeb lill-istudenti għall-Kors tal-Mediċina, ma hemmx ħsieb li jinbidlu fil-futur qrib, għalkemm mhux eskluż li ssir diskussjoni fil-fond dwar il-kwalifiki meħtieġa biex studenti jidħlu għal dan il-kors.

Karozzi reġistrati TFI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati bil-pjanċa TFI ? X'benefiċċji għandhom dawk li jkollhom karozza reġistrata bil-pjanċa TFI? Min jista' japplika għaliha? X'life time għandha din l-pjanċa u allura wara kemm tiġi riveduta il-pożizzjoni oriġinali li tapprova l-pjanċa TFI ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hawn 806 vetturi liċenzjati bil-pjanċa TFI. Il-vetturi li jkollhom il-pjanċi bit-TFI għandhom it-taxxa tar-reġistrazzjoni mnaqqsa. Jista’ japplika kull ċittadin li jikkwalifika taħt il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni d’Diżabilità u kull applikazzjoni trid tintbagħat lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni d’Diżabilità. Il-pjanċa bit-TFI tibqa valida sakemm is-sid li fuqha tkun ħarġet l-eżenzjoni jibqa s-sid ta’ dik il-vettura. Malli sid il-vettura jiddeċiedi li jbiegħ it-tali vettura, din l-eżenzjoni ma tibqax tapplika u trid titħallas it-taxxa tar-reġistrazzjoni addizjonali.

Żieda fuq il-liċenzja tal-vetturi bir-riforma l-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa proġettat li sejjer idaħħal il-Gvern fi flus fis-sena 2009 mis-sena 2008 wara li bdiet tiġi implimentata ż-żieda fuq il-liċenzja tal-vetturi bir-riforma l-ġdida?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Persuni li żaru lill-gżira Għawdxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm żaru persuni lill-gżira Għawdxija matul ix-xhur ta' Mejju, Ġunju u Lulju 2009 u kemm kienu żaru l-istess gżejjer matul l-istess perijodu fis-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10481.

Stazzjon televiżiv Education 22

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema ministeru huwa responsabbli mill-istazzjon televiżiv Education 22? Tista' tagħti rendikont ta' kemm-il darba l-Prim Ministru, ministri u segretarji parlamentri għamlu programmi jew dehru fuq programmi u taw intervisti matul Settembru 2008 u Awwissu 2009? Tista' tgħid kemm-il darba ġew intervistati biex jagħtu l-veduti tagħhom kelliema tal-Oppożizzjoni wara li jkunu taw il-veduti tagħhom il-kelliema tal-Gvern fuq l-istess stazzjon?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Education 22 jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Fil-perijodu msemmi mill-Onorevoli interpellant kien hemm intervisti/kummenti mingħand Ministri jew Segretarji Parlamentari 10 darbiet. Kien hemm intervista waħda ma’ kelliemi ta’ l-Oppożizzjoni. Dawn kienu intervisti/kummenti li fihom il-Ministri kienu jagħtu aktar tagħrif fattwali dwar inizjattivi li kienu qed jittieħdu mill-Ministeri rispettivi tagħhom b’risq il-pubbliku. L-intervisti/kummenti ma kienux dwar materji ta’ kontroversja pubblika.

Tarzna ta' Malta — Ħaddiema Maltin u barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema Maltin kienu qed jaħdmu fit-Tarzna ta' Malta fl-aħħar ta' Lulju 2009? Jista' jgħid kemm kien hemm ħaddiema barranin jaħdmu fit-Tarzna ta' Malta f'dan l-istess perijodu ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar ta' Lulju 2009 kien hemm 399 ħaddiem it-Tarzna . Kollha kienu Maltin.

Tarzna ta' Malta — flus lejn il-pajjiż

Question

Jista' l-Ministu jgħid kemm ġabet flus lejn il-pajjiż bix-xogħol li kienet qed tagħti bħala servizz lill-klijenti tagħha barranin li kienu jagħmlu użu mill-istess servizzi li kienet toffri t-Tarzna ta' Malta fil-perijodi ta' bejn 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000 u bejn l-2000 u l-2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.