Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' social cases li kien hemm fl-isptar pubbliku jistennew biex jiġu trasferiti għal residenza oħra matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-medja ta' social cases li kien hemm fl-Isptar San Luqa bejn l-2005 u l-2007 u tal-Intermediate Care Patients li kien hemm fl-Isptar Mater Dei minn l-2008 sallum, jidhru fit-tabella hawn taħt. Din it-tabella tagħti l-medja ta' kuljum ta' pazjenti li kienu qegħdin jistennew biex jiġu trasferiti għal Residenza jew Sptar ta' Rijabilitazzjoni. Qabel il-migrazzjoni ta' l-Isptar San Luqa lejn l-Isptar Mater Dei, dawk il-pazjenti li kellhom bżonn ta' kura fit-tul (long term care) kienu jiġu irreġistrati bħala social cases. Fl-Isptar Mater Dei, pazjenti li jkunu spiċċaw mill-kura għall-kundizzjoni tagħhom iżda jkollhom bżonn ta' rijabilitazzjoni qegħdin jiġu reġistrati bħala Intermediate Care Patients. Għalhekk wieħed ma jistax jqabbel in-numru ta' social cases bejn l-2005 u l-2007 mal-Intermediate Care Patients mis-sena 2008 'l quddiem.
Sena(Sptar San Luqa) Medja ta' social cases kuljum
2005 73
2006 72
2007 68
Sena(Sptar Mater Dei) Medja ta' Intermediate Care Patients kuljum
2008* 58
2009(Jannar sa Awwissu) 101
*Lejn l-aħħar ta' Novembru 2007 ġew miftuħa ħames swali fl-Isptar Karen Grech biex jilqgħu pazjenti li għandhom bżonn ta' rijabilitazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha mwaqqfa l-iskema tal-home help? Jista' jgħid kienx hemm xi studju kontinwu biex jara kif din l-iskema tal-home help qed tiżviluppa? Jista jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir rievalwazzjoni tas-sistema home help?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-iskema tas-Servizz tal-Home Care Help ilha mwaqqfa mill-1989. Din is-sena saret evalwazzjoni dwar id-domanda għal dan is-servizz u l-bżonnijiet ta' dawk il-persuni li permezz tiegħu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu biex jagħtu s-servizz tal-home help, jekk humiex short of staff u jekk teżistix waiting list għal dan is-servizz?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li mad-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità hemm 283 Part-Time Social Assistants jaħdmu biex jagħtu s-servizz tal-Home Help. Bħalissa hemm nuqqas ta' 20 Part-Time Social Assistants u hemm 152 households jistennew li jingħatalhom is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fejn wera li ċ-ċentri tas-saħħa jistgħu jnaqqsu mill-pressjoni li hemm fl-emerġenza ta' l-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jwettaq xi riforma ħalli ċ-ċentri tas-saħħa jitjiebu iktar fis-servizzi li jipprovdu u jżidu aktar minn dawn is-servizzi matul is-sena 2009?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-magna li tieħu l-MRI's mhux qed taħdem u ma tistax tieħu MRI's tar-ras?
Jista' jgħid kemm hi l-
waiting list
għat-testijiet tal-MRI? Jista' jgħid jekk f'każ li l-MRI's ma jkunux jistgħu jittieħdu fl-isptar pubbliku, huwiex isir xi arranġament li jittieħdu testijiet tal-MRI fil-privat ta' dawk il-każijiet li jkunu urġenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-magna li tieħu l-MRIs qiegħda taħdem u tista' tieħu MRIs tar-ras. Iż-żmien ta' stennija għal MRI jiddependi mill-kundizzjoni klinika tal-pazjent. Każi urġenti jsiru dak in-nhar stess, waqt li l-inqas każi urġenti, bħal MRI tal-irkoppa, jistennew madwar ħames xhur.
Informat ukoll li f'każijiet ta' MRIs urġenti li ma jkunux jistgħu jittieħdu fl-isptar Mater Dei, hemm arranġamenti biex dawn it-testijiet isiru privat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mediċini (eżempju mediċini tal-qalb, tal-pressjoni, tax-xaħam fid-demm eċċ.) kien hemm out of stock matul il-sena 2007, 2008 u 2009? Kemm damu out of stock kull perjodu li kienu out of stock?
Mosta — Santa Margerita - żieda fit-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiżdied is-servizz tat-trasport pubbliku fiż-żona ta' Santa Margerita fil-Mosta, minħabba l-fatt li kif inhu bħalissa jista' joħloq xi inkonvenjent lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-talba qiegħda tiġi ikkunsidrata fil-qafas tar-riforma tat-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' toroq li hemm fuq il-waiting list biex issirilhom manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak?
Kemm ilhom jistennew it-toroq li hemm miktubin biex issir manutenzjoni fuqhom u meta huwa ppjanat li kull triq tiġi rranġata kif jixraq għaż-żmenijiet tal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed issib oġġezzjoni biex jinbena l-istand fejn ipoġġu n-nies biex jaraw logħba boċċi fil-pitch tal-boċċi li jinsab wara l-Knisja tal-Mosta? Jekk hu veru li l-Awtorità qed tagħmel l-oġġezzjonijiet tagħha, fuq liema raġunijiet qed tagħmilhom? Għaliex m'għandux jinbena post fejn il-poplu jkun jista' jinġabar sabiex jara dan il-logħob tradizzjonali u jkun jista' jsegwi din il-logħba mingħajr ma jkun fil-periklu li jintlaqat b'xi boċċa? Jekk l-Awtorità mhux qed issib oġġezzjoni, min huwa responsabbli sabiex dan l-istand jinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-25 ta’ Frar 2009 intbagħtet ittra lill-perit tal-applikazzjoni sabiex jibgħat aktar informazzjoni dwar l-aċċess għal ġewwa l-ġnien pubbliku biswit il-viewing stand, minħabba li l-aċċess ta’ dan l-istess stand huwa mill-ġnien. Din l-informazzjoni intgħalbet mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD).
Il-pjanti ġodda waslu l-MEPA fis-16 ta’ Ġunju, 2009 u dawn intbgħatu lill-KNPD fid-19 ta’ Ġunju, 2009. Il-KNPD, f’korrispondenza datata 17 ta’ Lulju, 2009 avżaw li l-pjanti xorta ma fihomx id-dettalji li talbu fil-bidu. Din ir-risposta intbgħatet lill-perit fl-24 ta’ Lulju, 2009 u pjanti ġodda waslu għand il-
case officer
fit-28 ta’ Awwissu, 2009. Dawn ġew riferuti lill-KNPD fil-31 t’Awwissu, 2009 u għalhekk id-Direttorat għadu qiegħed jistenna parir dwar dawn l-aħħar set ta’ pjanti. Min-naħa tagħha d-Direttorat tal-Ippjanar ma ssibx oġġezzjoni għall-proposta għax il-proġett jikkonforma mal-
policy CG 18 ‘Public Recreation and Sports Areas’
tal-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta’ Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir studju ta' kemm qed idumu n-nies jistennew sabiex jinqdew ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-iSptar Mater Dei ?
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar sitt xhur ġieli kien hemm pazjenti li damu 'l fuq minn għaxar sigħat wara li rreġistraw ruħhom fl-emerġenza biex sabu posthom ġewwa s-sala, imbagħad minn hemm kellhom jiġu nvestigati iktar fil-fond?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex għaddej studju biex is-sistema li hija wżata fl-emerġenza tiġi iktar effiċjenti u b'hekk il-pazjent ma jdumx ħafna jistenna biex jinqeda?
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċittadina Maltija li llum għandha 31 sena u li dejjem kienet tgħix f'Malta, però siefret għal sentejn u kienet qed tgħix f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea u li issa kienet reġgħet qed tgħix f'Malta mill-ġdid, ma tistax tapplika għal post tal-Gvern bil-kera?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull applikant/a irid ikun residenti Malta għal mill-anqas tnax-il xahar konsekuttivi minn qabel id-data li applika sabiex jikkwalifika għall-post alternattiv. Jidher li fil-każ imsemmi l-applikant ma kienx konformi ma’ dan il-kriterju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet bil-kera matul is-snin 2006, 2007 u 2008?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2006, 2007 u 2008 l-Awtorità tad-Djar qasmet 569 post bil-kera. Dawn jinkludu rikonoxximenti kif ukoll tpartit ta’ postijiet tal-Gvern.