Legislature:
Category:
Reset
Active:

Port taċ-Ċirkewwa u tal-Imġarr Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitlesta l-Port taċ-Ċirkewwa? Kemm ġie jiswa s'issa dan il-proġett? Meta huwa ppjanat li jitlesta l-proġett fil-Port tal-Imġarr Għawdex? Kemm ġie jiswa dan il-proġett s'issa u kemm huwa ppjanat li jiġi jiswa l-proġett kollu, jiġifieri l-parti tal-Port taċ-Ċirkewwa u l-parti tal-Port tal-Imġarr Għawdex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-ajru huwiex se jerġa' jibda bejn iż-żewġ gżejjer? Dan is-servizz se jinkludi ajruplani bil-fixed wings jew helicopter biss?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex diġa qiegħed jopera permezz ta' Fixed Wing Seaplanefuq skeda regolari bejn il-Port il-Kbir u l-port tal-Imġarr Għawdex, kif ukoll permezz tas-servizz bla skeda bil-helicopter bejn l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-Gozo Heliport.

Ġarr ta' pazjenti minn Għawdex għal Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz fejn il-pazjenti jinġarru permezz tal-helicopter huwiex se jerġa' jibda? Meta hemm il-ħsieb li dan jerġa' jibda biex pazjenti gravi mill-gżira Għawdxija jew minn xi post ieħor 'il bogħod mill-Isptar Mater Dei jibdew jinġarru bil-helicopter minflok bl-ambulanza peress li t-trasport bl-ajru jaf ikun f'inqas ħin minħabba ż-żieda fit-traffiku tal-art?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Produzzjoni u esportazzjoni ta' ħut mill-fish farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm pproduċew u esportaw tunnellati ta' ħut l-fish farms li hawn madwar Malta u Għawdex bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sleeping policemen

Question

Jista' l-Ministru jippubblika format li sleeping policemen jista' jkollhom fit-toroq tagħna? Jista' jgħid kemm minn dawn is-sleeping policemen għandhom il-permessi neċessarji u jgħid lokalità b'lokalità kemm-il sleeping policemen hemm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

sleeping policemen — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-razzjonal wara l-bini/twaħħil ta' sleeping policemen u x'inhuma l-kundizzjonijiet li jrid ikollok biex tikkwalifika ħalli titwaħħal sleeping policemen f'xi triq partikolari?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

servizzi fil-komunità — studji ta' evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi studji ta' evalwazzjoni dwar is-servizzi fil-komunità? Meta kien l-aħħar li saru dawn l-evalwazzjonijiet u jekk għandux il-ħsieb li jibda dan il-proċess ta' evalwazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li din is-sena id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel evalwazzjoni dwar id-domanda għas-servizz tal-Home Care Help u l-bżonnijiet ta’ dawk il-persuni li permezz tiegħu jistgħu jibqħu jgħixu fil-komunità. Fl-Isptar Monte Carmeli issir evalwazzjoni kontinwa tas-servizzi fil-komunità. Dawn isiru kull 6 xhur u jevalwaw dawn il-kriterji fuq il-pazjenti li qegħdin jaraw: 1. Admissions fl-isptar 2. Dewmien fl-isptar (Length of Admission) 3. Improvement in Personal ADL (activities of daily living) 4. Improvement in Domestic ADL (activities of daily living) 5. Improvement in Interpersonal Skills 6. Improvement in other Skills Bħalissa qegħdin fi proċess li jiġi implimentat ‘test’ ġdid ta’ evalwazzjoni li huwa iżjed komprensiv u xjentifiku.

Belt Valletta — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm flus daħlu mis-sistema li għamlu biex vettura tkun tista' tidħol il-Belt Valletta bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ flus li nġabru permezz tas-sistema tas-CVA bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009 huwa ta’ €1,317,920 li jinkludi €290,208 late payment fees.

Belt Valletta — dħul ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi differenti matul il-perjodu t'Awwissu 2008 sa Awwissu 2009 il-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi different li daħlu fil-Belt Valletta matul il-perjodu t’Awwissu 2008 sa Awwissu 2009 huwa 195,166, li jinkludi 41,043 li daħlu fir-“ring road” biss, u mhux fiċ-ċentru tal-Belt.

Kura fil-komunità — servizzi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' x'servizzi jeżistu biex isaħħu l-kura fil-komunità? Kemm għandu klijenti kull servizz? Kemm għandu ħaddiema biex ikun jista' jingħata kull servizz? Kemm jiġi jiswa lill-poplu Malti dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

anzjani jistennew biex jidħlu ġo xi dar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'Diċembru ta' kull sena kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu ġo xi dar tal-anzjani matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' persuni li kien hemm jistennew biex jidħlu ġo xi Dar ta' l-Anzjani f'Diċembru tas-snin imsemmija kien hekk :- 2005 - 994 2006 - 1148 2007 - 1177 2008 - 945 2009 - 1042 (sa Awwissu). B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 10706, informat ukoll li t-total ta' anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule, jagħmlu parti minn dawn il-figuri mogħtija.

anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kien hemm anzjani jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule f'Diċembru tas-snin 2005, 2006, 2007 u 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li n-numru ta' anzjani li kienu fuq il-lista ta' stennija biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule fis-snin imsemmija huwa hekk :- Sena Irġiel Nisa Total 2005 223 393 616 2006 113 247 360 2007 142 323 465 2008 164 365 529 Awwissu 2009 195 460 655.