Legislature:
Category:
Reset
Active:

involviment tal-anzjani fil-homes fejn jgħixu

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhu l-livell ta' involviment tal-anzjani fit-tmexxija tal-istess homes fejn huma jgħixu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalkemm il-livell ta' involviment tal-anzjani fit-tmexxija tal-istess homes fejn jgħixu mhumiex stabbilit b'mod uffiċjali, l-anzjani kollha għandhom il-faċilita' li jgħaddu s-suġġeriment tagħhom kif ukoll l-ilment tagħhom lil Kap tad-Dar rispettiv tagħhom matul il-ħin ta' l-uffiċju mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Id-Dipartiment għall-Anzjani, bħalissa qiegħed jara x'possibilitajiet hemm u x'inhu l-aħjar mod kif dawn l-istess anzjani jistgħu jinvolvi ruhom fit-tmexxija ta' l-istess homes ta' l-anzjani b'mod uffiċjali.
Leg 11 PQ #10368 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tniġġiż tal-ilma

Question

B'referenza għad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħarsien tal-ilma mit-tniġġiż ikkawżat minn nitrati ġejjin minn sorsi tal-agrikoltura (19/676/EEC), jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar liema huma dawk l-inħawi vulnerabbli fil-gżejjer Maltin li minnhom inixxu n-nitrati mill-iskart tal-annimali (bħall-baqar u l-ħnieżer) li jistgħu jikkontaminaw l-ilma tal-pjan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt id-Direttiva għan-Nitrati, Malta kollha ġiet dikjarata bħala “Żona Vulnerabbli” – (Nitrate Vulnerable Zone). Dan minħabba li l-gżejjer Maltin huma ffurmati minn blat permeabbli li hu wkoll fratturat f’diversi postijiet li jirrendih vulnerabbli għat-tniġġiż.
Leg 11 PQ #11080 Sitting 157 2009-11-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

manutenzjoni tat-toroq — flus lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-budget li jingħataw il-kunsilli lokali, kunsill b'kunsill għall-manutenzjoni tat-toroq? Jista' jagħti estimi ta' kemm suppost jissewwew toroq b'dawn il-flus li jingħataw lill-kunsilli għal dan il-għan lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena finanzjarja illi qegħdin fiha, il-Kunsilli Lokali ġew allokati is-somma ta’ € 4,798,088 biex tagħmel tajjeb għall-manutenzjoni u resurfacing ta’ toroq fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Dawn il-fondi jitqassmu skond it-tulijiet ta’ toroq li kull lokalità għandha, a proporżjon tat-tulijiet globali tat-toroq kollha f’Malta u Għawedex. Din il-figura hija maqsuma kif indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux possibbli li tingħata estimi ta’ kemm jistgħu jissewwew toroq b’dawn il-flus. Ta’ min iżid li jekk Kunsill ikun irid jagħmel aktar toroq minn dak previst, jew minħabba każijiet ta’ urġenza, dan jista’ japplika taħt waħda mill-iskemi tal-Gvern ta’ fondi addizzjonali. Kunsill jista’ wkoll jalloka fondi li j kunu ġew ivvutati taħt item of expenditure ieħor u jkollu savings fuqu.

Mosta, Rabat, Attard, Imġarr, u Naxxar — stat tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni ta' f'liema stat kienu t-toroq tal-Mosta, Rabat, Attard, Imġarr, u Naxxar? Jekk sar xi studju fuq dawn it-toroq, jista' jgħid kemm kien hemm toroq li riedu manutenzjoni estensiva u kemm kien hemm toroq li kienu fi stat tajjeb?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalkemm ma sar l-ebda studju xjentifiku per se dwar it-toroq li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, l-ADT tagħmel spezzjonijiet regolari f'dawn it-toroq u jekk ikun il-każ tagħmel ix-xogħol meħtieġ skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

negozjati dwar manutenzjoni tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati dwar li jkun hemm ċentru wieħed li jieħu ħsieb it-tiswijiet u l-manutenzjoni tat-toroq kollha ta' Malta, liema suġġeriment u proċedura kien tkellem fuqhom hu stess fil-Parlament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

superviżjoni fuq xogħol ta' tiswijiet ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk issirx superviżjoni fuq xogħol ta' tiswijiet ta' toroq meta dawn jkunu saru mill-kunsilli lokali mill-awtoritajiet konċernati? Qed ngħid dan fid-dawl li l-kunsilli lokali m'għandomx esperti impjegati magħhom biex jissorveljaw ix-xogħol li jkun sar mill-kuntratturi tal-patching u tiswijiet ta' toroq.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li jsiru mill-Kunsilli Lokali jkunu taħt is-supervizjoni tal-Perit tal-Kunsill Lokali konċernat.

tagħrif demografiku dwar il-popolazzjoni Maltija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif demografiku ta' kif inhi maqsuma l-popolazzjoni Maltija, u jgħid kemm hemm irġiel u nisa li għandhom bejn 60 u 70 sena, bejn 70 u 80 sena, bejn 80 u 90 sena u 'l fuq minn 90 sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif demografiku ta’ kif inhi maqsuma l-popolazzjoni Maltija li għandhom bejn 60 u 70 sena, bejn 70 u 80 sena, bejn 80 u 90 sena u ‘l fuq minn 90 sena jidher f’din it-tabella: Il-Popolazzjoni Maltija sal-31 ta’ Diċembru 2008 stmatha fuq iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2005 Eta’ Rġiel Nisa Total 60-69 20,020 21,956 41,976 70-79 10,661 14,905 25,566 80-89 3,734 6,444 10,178 90 + 269 739 1,008

Informazzjoni dwar min jaħdem u min ma jaħdimx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment hemm nies jaħdmu f'dik is-sezzjoni mill-poplu tagħna li potenzjalment tista' taħdem, u allura għandhom bejn 15 u 60 sena? Kemm mill-popolazzjoni li għandha bejn 15 u 60 sena huma nisa li ma jaħdmux? Kemm hemm minn din il-popolazzjoni li ma taħdimx għaliex ma tridx taħdem minħabba xi raġuni u kemm hemm minnha li ma tistax taħdem għaliex għandha xi kundizzjoni partikolari li timpediha milli tagħmel dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta' persuni bejn 15 u 60 sena li huma kapaċi jaħdmu hu ta' 264753. In-numru ta' nisa bejn 15 u 60 sena li huma qegħda huwa 3927 u n-numru ta' nisa inattivi huwa 72789. It-total ta' persuni bejn 15 u 60 sena li ma jridux jaħdmu minħabba xi raġuni jammontaw għal 95683; minnhom il-maġġor parti jew 41768 ma jridux jaħdmu minħabba irbit fil-familja jew personali.

persuni li ma twieldux f'Malta u ingħataw ċittadinanza Maltija — pajjiz tal-oriġinu

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema hu l-pajjiż tal-oriġinu ta' dawk il-persuni li ma twieldux f'Malta u li ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija matul is-snin 2006, 2007, 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra li turi ċ-ċittadinanza li dawk il-persuni kellhom qabel akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija fis-snin imsemmija.

Barranin li ingħataw permess jaħdmu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn barranin jgħixu f'Malta u li ingħataw il-permess biex jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Awwissu 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li bejn Jannar u Awwissu 2009, 7,130 barrani ingħata l-permess biex jaħdem f'Malta.

Barranin li ngħatalhom il-permess jaħdmu Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid dawk il-barranin li ngħataw permess jaħdmu f'Malta bejn Jannar u Awwissu 2009, għal liema kategorija ta' xogħol ingħatalhom il-permess?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #11077 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Triq Hal Warda, Ħ'Attard — ċitazzjonijiet mill-wardens

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Marzu 2009, fi Triq Hal Warda Ħ'Attard, matul il-ġranet tal-iskola? Jista' jgħid kemm jammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi Triq Ħal-Warda, f’Ħ’Attard ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u 31 ta’ Marzu 2009 matul il-ġranet ta’ l-iskola: Xahar Nru ta’ Ċitazzjonijiet Valur ta’ Ċitazzjonijiet (€) Jannar 239 11,057 Frar 217 9,893 Marzu 162 7,326 Total 618 28,276

Triq Ħal Warda, Ħ'Attard, — ċitazzjonijet bit-traffic camera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijet bit-traffic camera li qiegħda biswit l-Iskola Tumas Dingli fi Triq Ħal Warda, Ħ'Attard, mill-1 ta' Jannar sal-30 ta' Marzu 2009, matul il-ġranet tal-iskola? Jista' jgħid kemm jammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Flus mill-esportazzjoni tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż mill-esportazzjoni tal-ħut li jitrabbew fil-fish farms bejn Awwissu 2008 u Awwissu 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Impact assessment dwar l-inħawi li nbnew il-fish farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'impact assessment sar dwar l-inħawi fejn inbnew il-fish farms? Jista' jippubblika r-rapporti li ġew miġbura bħala riżultat tal-impact assessment wara li nbnew il-fish farms?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Massimu ta' fish farms fl-ibħra Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm attwalment huwa stmat li l-baħar ta' madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih? Jista' jgħid jekk ilħaqniex il-massimu ta' trobbija ta' ħut li l-baħar tagħna jippermetti jew jekk hemmx lok għal iktar fish farms jekk ikun hemm it-talba? Jista' jgħid fuq liema studju wasal għal dawn ir-risposti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi ħadd ma jista jgħid kemm attwalment il-baħar ta’ madwar Malta u Għawdex jiflaħ li jkollu fish farms ġewwa fih għax dan jiddependi minn ħafna fatturi. Fost l-aktar importanti jinkludi l-ispeċi ta’ ħut, il-pożizzjoni tal-farm, il-fond tal-ilma u l-kurrenti tal-baħar fiż-żona. Hemm ħut bħal ma huwa t-tonn li ma jiddependix aktar fuq il-fatturi msemmija hawn fuq iżda fuq rakkomandazzjonijiet ta’ istituzzjoni internazzjonali bħalma hija l-ICCAT. F’dan il-każ il-limitazjonijiet tal-kwantitajiet tal- fish farming huma deċiżi skond ftehim li jkun intlaħaq waqt laqgħat li jkunu saru fi ħdan din l-istituzzjoni. Kull proġett jirrikjedi li jsir studju speċifiku li jwassal għal kalkoli meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk dik iż-żona ta’ baħar hux ser tiġi affettwata negattivament jew le.

persuni barranin li ma twieldux f'Malta — ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex dawk il-persuni barranin li ma twieldux f'Malta ingħataw iċ-ċittadinanza Maltija fis-snin 2006, 2007, 2008 u sa Awwissu 2009?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li ma twieldux Malta setgħu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija fis-snin imsemmija: a. B'reġistrazzjoni: 1. Għax kienu il-konjuġi ta' ċittadini ta' Malta; 2. Ghax twieldu minn omm Maltija (il-liġi nbidlet f'Awissu 2007 sabiex dawk it-tfal li twieldu qabel il-21 ta' Settembru 1964 jkunu jistgħu jakkwistaw iċ-Ċittadinanza huma wkoll); 3. Għax huma d-dixxendenti ta' persuni li twieldu Malta (dan sar possibbli wkoll minn Awissu 2007). b. B'naturaliżżazzjoni: għaliex kienu ilhom jgħixu Malta għal bosta snin.