Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għassa tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta u Għawdex li għandhom l-protezzjoni tal-pulizija 24 siegħa kull jum? Peress li digà staqsejt mistoqsija simili u l-Ministru ma jidhirx li fehem l-mistoqsija sejjer nerġa' nidikkjara b'mod ċar li m'inhiex interessat fuq minn għandu din l-għassa imma kemm hawn ċittadini li għandhom din l-għassa, u kemm tiġi tiswa kull ġimgħa lil pajjiż dan is-servizz li jingħata lil dawn iċ-ċittadini?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 20 persuna/post li għandhom sorveljanza tal-Pulizija.

Università ta' Malta — studenti f'kull fakultà

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu studenti f'kull fakultà f'Ottubru 2009 ġewwa l-Università ta' Malta? Tista' tgħid kemm applikaw studenti biex jidħlu f'kull kors li l-istess università tipprovdi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nies fuq il-waiting list għal wheelchair

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies fuq il-waiting list sabiex jieħdu wheelchair? Kemm hemm wheelchairs available bħalissa ġewwa l-Isptar Mater Dei? Meta beħsiebhom jixtru iktar wheelchairs ħalli jlaħħqu mad-domanda li hemm bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevli Interepellent li s-sitwazzjoni tal-wheelchairs hija waħda dinamika, minħabba li dawn kontinwament jiġu mislufa lill-pubbliku u ritornati. In-numru ta’ nies li preżentament qegħdin jistennew biex jissellfu wheelchair huwa ta’ madwar mija. Bħalissa, hemm madwar 3000 wheelchairs mislufa mill-Isptar Mater Dei, li meta jiġu rritornati jissellfu lil ħaddieħor. Apparti minn hekk, l-isptar iżomm stokk żgħir ta’ wheelchairs u hemm 75 wheelchairs li diġa nxtraw u mistennija jaslu fl-aħħar ta’ Ottubru. Informat ukoll li ikun hemm każi ta’ nies li ma jkollhomx iżjed bżonn tal -wheelchair u jdumu ma jirritornawh lill-isptar, bil-konsegwenza li ma jkunx jista’ jingħata lill ħaddieħor.

Residenza San Vincent de Paule — kwestjoni fuq karozzi tal-qraba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li fil-Residenza San Vincent de Paule viżitaturi ma jistgħux jidħlu bil-karozzi privati ġewwa dan il-bini, liema deċiżjoni qed iġġib ħafna tbatija lil dawk il-qraba li huma stess anzjani u li qed jkollom jimxu mixja twila sakemm jaslu sas-sala tal-qraba tagħhom? Issa se tkun iktar ta' problema meta tibda x-xita u l-maltemp.

Response (DALLI, JOHN)

Informat i ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni sabiex viżitaturi ma jitħallewx jidħlu bil-karozzi privati ġewwa l-binja ta' San Vinċenz. L-unika darba fejn kien hemm ħin limitat li ma setax jidħol ħadd bil-karozza kien fl-okkażjoni tal-Fun Run (3 ta' Ottubru) li ilha ssir għal dawn l-aħħar ħames snin f'Jum l-Anzjani, fejn numru ta' Anzjani kif ukoll atleti professjonali jieħdu sehem f'ġirja ta' 2 kilometri madwar ir-ring road ta' San Vincenz kif ukoll il-5 km race. Id-dħul jiġi ristrett għal ftit siegħat sabiex nissalvagwardjaw is-saħħa ta' min ikun qiegħed jipparteċipa. Informat ukoll li l-viżitaturi jkunu avżati minn ġimgħat qabel bid-data u l-ħin li l-arja tkun magħluqa.

Residenza San Vincent de Paule — servizz tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tal-karozzi tal-linja li jwassal il-qraba Ħal Luqa fir-Residenza San Vincent de Paule ma jiġix irranġat biex jkun jista' jidħol u jdur ma' dan il-bini ħalli l-qraba u r-residenti jkollhom aċċess aħjar għal dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7161.

Ta' Qali — ring roads

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni ħalli ir-ring road u t-toroq li hemm ġewwa Ta' Qali jsirilhom iktar dawl, jiġu rranġati t-toroq mill-ħofor u t-toqob li hemm u jiġu impinġija mal-art korsa għal dawk li huma delettanti tat-tiġrijiet u mixi fil-miftuħ, liema eżerċizzju fiżiku huwa importanti għaż-żamma ta' ġisem b'saħħtu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT se tibda eżerċizzju ta’ manutenzjoni b’patching bil-hot asphalt fil-ġimgħat li ġejjin fi Triq Duramblat u f’partijiet oħra tar-ring road. L-ADT qegħda tanaliżża l-użu ta’ passive measures għad-dwal bħal reflectors u cats’ eyes f’postijiet bħal dawn.

statistika ta' suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm saru suwiċidji mill-2005 sal-aħħar ta' Settembru 2009 sena b'sena? Kemm kien hemm attentati ta' suwiċidji? Dawn is-suwiċidji kienu intenzjonati jew b'aċċident, bħal ngħidu aħna teħid tad-droga li l-vittma ma kienx jaf eżatt id-doża ta' droga li kien qed jieħu u li wasslet għall-mewt?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qasam tas-saħħa — nurses u health assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex beħsiebhom jingaġġaw iktar ħaddiema fil-qasam tas-saħħa ħalli jkunu jistgħu jgħinu lin-nurses fix-xogħol tagħhom, ħaddiema bħal health assistants jew nursing aids? Jekk iva meta jaħseb li dan l-ingaġġ sejjer isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8904 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Spiża fuq manutenzjoni tat-toroq sekondarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8338 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija l-ispiża fis-sena, u kemm kienet l-ispiża fis-sena 2008, biex issir il-manutenzjoni tat-toroq sekondarji kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jingħata rendikont ta' din l-ispiża lokal lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8904, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-ispiża li saret minn kull Kunsill Lokali fuq il-manutenzjoni tat-toroq għas-snin finanzjarji 2007-2008 u 2008-2009. Kif jista’ jara l-Onorevoli Interpellant, l-ispiża tvarja minn sena għal sena u minn Kunsill għall-Kunsill.

servizzi ta' on call fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il professjoni hemm on call u tagħti servizz li tista tissejjaħ kull ħin matul il-ġurnata kollha, is-sena kollha ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid kemm-il darba ssejħu dawn il-professjonijiet għal xogħol bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid professjoni bi professjoni kemm qed jiġi jiswa lid-Dipartiment tas-Saħħa biex iżomm dan is-servizz? Jista' jgħid min jiddeċiedi jekk servizz għandux joffri l-on call jew le?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm 43 professjoni li jkunu on call u jagħtu servizz li jista’ jissejjaħ kull ħin matul il-ġurnata kollha, is-sena kollha. Matul il-perjodu Jannar sa Settembnru 2009, dawn il-professjonisti issejħu 702 darba. L-ispiża totali ghal dawn is-sejhiet kienet ta’ €226,887. Meta tinħass il-ħtieġa ta’ ta’ servizz barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol, l-amministrazzjoni tas-sezzjoni rispettiva tressaq talba lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u Amministrazzjoni ta’ l-isptar. Din it-talba tiġi analizzata u, jekk tkun konfermata, tittieħed deciżjoni jekk jinbidilx ir-roster jew inkella tiġix introdotta sistema tal- on call . Meta tkun indikata is-sistema ta’ l- On Call , toħroġ sejħa biex kull min huwa interessat ikun jista’ japplika. Hemm professjonijiet li l- On Call huwa parti mix-xogħol u fil-fatt ikun inkluż fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji tal-professjonijiet, id-drabi li kien hemm bżonn ta’ servizzi on call u l-ispiza relattiva għal kull professjoni.

Sptar Mater Dei — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq bejn Jannar u Settembru 2009 fil-manutenzjoni tal-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Nisab infurmat li bejn Jannar u Settembru 2009 intefqu €4,891,825 fil-manutenzjoni tal-Isptar Mater Dei.

Security, cleaners u xufiera fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa kull ħaddiem lill-Gvern ras għal ras, kuljum, meta dawn jiġu mpjegati mill-kuntratturi biex jagħmlu xogħol ta' security, cleaners u xufiera fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li r-rata tal-ħlas għal ufficjali tas-sigurta li huma impjegati mill-kuntrattur hija €6.84 is-siegħa. Din hija rata fissa li tinkludi t-taxxa tal-Vat u tinkludi is-servizzi kif jidher hawn taħt: § Ufficjal Anzjan tas-Sigurta § Ufficjali li jaħdmu fil-kamra tal- kontroll § Detail Officers § L-Ufficjal kap tas- Sigurta § Il-Manager tas-Servizzi tas-Sigurta § Il- Konsulent tas- Sigurta Il-kuntratt ikopri wkoll: § Bdil ta’ Ufficjali tas-Sigurta li jkunu bil- Leave jew Sick Leave § Taħriġ ta’ l-istaff (e.z. korsijiet dwar imġieba waqt xi epidemija) § Uniformijiet § Apparat bhall radjijiet, kompjuters, magni tal-ikkupjar etc § Għodda li tintuża għal xogħol klerikali bħal lapsijiet, biros etc Ir-rata tal-ħlas għall-cleaners hija €8.99 is-siegħa (inkluż VAT). Din hija rata fissa għas-servizz li jiġi provdut matul il-ġurnata kollha (anke bil-lejl) anke fil-Ħdud u festi. Il-kuntratt jistipula in-numru ta’ cleaners meħtieġa fil-ħinijiet kollha. Din ir-rata tinkludi: § Salarju tal-cleaner § Ħlas għall-management § Taħriġ § Uniformi § Supervizjoni § Sistemi ta’ komunikazzjoni § Sistemi ta’ kontroll § Apparat u riżorsi użati għall-ufficju § Il-materjal u l-apparat kollu li jintuża għat-tindif § Makkinnarju li jintuża Ma hemm l-ebda xufiera ġewwa Mater Dei li huma mpjegati minn kuntratturi.

Triq Valletta fil-Mosta — traffic lights

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex it-traffic lights li hemm fi Triq Valletta fil-Mosta, ħdejn il-ground tal-football, jiġu rranġati b'mod li fil-parti tat-traffic lights inti u dieħel il-Mosta mal-ġenb tal-groundtiġi central strip fejn illum hemm il-parti bil-ħamrija u l-parti l-oħra fejn taqsam minn fuq dawn it-traffic lights inti u ħiereġ mill-Mosta għal Birkirkara fi Triq Valletta tibqa' kif inhi? Dan qed nitolbu minħabba l-fatt li kif qegħdin it-traffic lights illum, hija iktar perikoluża għaliex il-karozzi li jkunu ħerġin minn mal-ġenb tal-ground isibu ruħhom fit-traffic lights.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Mosta — sleeping policemen u mirja fin-naħa ta' San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni ħalli fil-main street, in-naħa ta' San Ġużepp fil-Mosta aħna u telgħin in-Naxxar isiru sleeping policemensabiex il-karozzi li jkunu telgħin lejn in-Naxxar ikollhom inaqqsu l-veloċità li jkunu telgħin biha u jitwaħħlu l-mirja necessarji sabiex il-karozzi li jkunu ħerġin mis-side streets ikunu jistgħu jaraw sew il-vetturi li jkunu qed jagħmlu użu minn din il-main street?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-Awtorità Dwar it-Trasport.

Trabi li twieldu f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal bejn Jannar u Settembru 2009? Kemm minn dawn kienu subien u kemm kienu bniet? Kemm minn dawn huma ta' Maltin li jgħixu f'Malta u kemm minn dawn huma ta' barranin li kienu f'Malta għal xi raġuni? Kemm minn dawn kienu ta' immigranti irregolari u kemm minn dawn kienu ta' turisti li ġew fuq btala f' Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi id-datamitluba għadha mhix fid-dispożizzjoni ta’ l-NSO, u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Anzjani li jieħdu l-għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li matul is-sena 2008 kienu jieħdu l-għajnuna supplimentari u matul is-sena 2009 ma baqgħux jieħdu din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-età tal-applikanti mhijiex waħda mil-kriterji sabiex jiġi stabbilit min huwa intitolat għal-għajnuna supplimentari. Għaldaqstant ma tinżammx statistika skont l-età.

persuni li jieħdu l-għajnuna tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jieħdu l-għajnuna tal-mard matul is-sena 2008 u sa Settembru 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ benefiċjari li kienu jieħdu l-Għajnuna tal-Mard fl-2008 kienet ta’ 14,332 u Għajnuna tal-Mard fl-2009 sa Settembru kienet ta’ 13,1341.

Dipartiment tas-Saħħa — ħlas b'lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jħallas b'lura b'mod ġenerali u maqsuma f'sezzjoni sezzjoni b'mod itemised id-Dipartiment tas-Saħħa ? Jista' jgħid jekk jaħsibx li dan id-dejn qed jikkawża riperkussjonijiet, bħal ngħidu aħna prezzijiet iktar għoljin għall-Gvern minħabba l-fatt li jekk aġent jintebaħ li l-Gvern ikun se jdum ma jħallas, iżid fil-prezz ħalli jagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet li jkun tilef fuq il-flus li jkun uża biex jixtri dak il-prodott?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

action committee għall-homes tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jorganizza l-anzjani f kull home b'tali mod li jagħti l-faċilità li kull home ikollha action committee rappreżentattiv tal-istess anzjani, liema kumitat ikun jista' jieħu sehem fit-tmexxija tal-istess homes?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, bħalissa qiegħed jiġi diskuss x'inhuma l-possibilitajiet u l-forom ta' parteċipazzjoni ta' kif l-anzjani fil-homes ikunu jistgħu jgħinu fit-tmexxija tal-home rispettiva tagħhom.