Korrispondenza mis-Sigurtà Soċjali — e-mail address taħt l-isem
Question
Jista’ l-Ministru jagħti ordni biex l-ittri kollha li jintbagħtu minn xi skrivan, jew persuna nkarigata minn xi uffiċjal tas-Sigurtà Soċjali, taħt isimhom jiktbu l-email address tagħhom sabiex min jirċievi l-ittra jkollu l-opportunità li jistaqsi jew jagħti l-informazzjoni meħtieġa permezz tal-email minflok ma joqgħod imur fil-queue?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor interpellant li il-korrespondenza li toħroġ mid-Diviżjoni tas-Sigurta’ Socjali jkun hemm imniżżel l-indirizz elettroniku social.security@gov.mt. Għaldaqstant kull min jirċievi xi ittra u jrid jikkomunika ma xi uffiċjal ta’ l-istess diviżjoni jista jikkuntattjah fuq l-indirizz imsemmi. Meta l-postmaster tircievi dawn l-emails din tgħaddihom lill-uffiċjal inkarigat biex il-benefiċjarju jingħata tweġiba mill-aktar fis.
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-rendikont finanzjarju għal kull sena, lokal b'lokal, kemm ilhom imwaqqfin il-kunsilli lokali u jgħid jekk dawn ikunux spiċċaw is-sena bi kreditu jew b'deficit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi kif spiċċaw finanzjarjament sena b’sena, il-Kunsill Lokali, mit-twaqqif tagħhom sallum.
karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq (road licence)?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi tip ta' eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu eżentat u xi jrid jagħmel biex jikkwalifika għal din l-eżenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-waiting lists għall-operazzjonijiet bejn Jannar u Settembru 2008 u Jannar u Settembru 2009 naqsitx, baqgħetx l-istess jew żdiedet? Jekk inbidlet minn kif kienet is-sena l-oħra, xkien il-fattur li biddel dan kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ nies li qegħdin jistennew għal intervent kirurġiku fid-diversi oqsma klinici fl-Isptar Mater Dei ġew evalwati f’Ottubru 2008 kif ukoll fl-aħħar ta’ Ġunju/bidu ta’ Lulju 2009. Iżda qabel ma jħares lejn il-figura ta’ pazjenti fuq il-waiting lists, wieħed għandu jinnota dawn il-punti relevanti:
· Pazjenti qed jiġu kontinwament miżjuda fil-listi ta’ l-operazzjonijiet u dawk li saretilhom l-operazzjoni huma mneħħija minn fuq il-listi
.
· Pazjenti li il-kundizzjoni ta’saħħithom titbiddel tali li l-operazzjoni li qed jistennew ma tkunx tista’ ssirilhom, ġieli ma jinfurmawx l-isptar sabiex jitneħħew minn fuq il
-waiting list.
Fl-istess kategorija jkun hemm pazjenti li għamlu l-operazzjoni x’imkien ieħor jew li jmutu jew li jħallu l-pajjiż waqt li għadhom jidhru fuq il-lista.
· Pazjenti li jkollhom bżonn ta’ żewġ operazzjonijiet e.g.
bilateral cataracts
. Dawn il-pazjenti, allavolja operati, jibqgħu fuq il
-waiting list
għat-tieni operazzjoni.
· Id-disponabbilità ta’mezzi fl-
operating theatres
e.g.
prosthetics
, ħin disponnibli fl-
operating theatres
, etc. jeffetwaw il-
waiting lists
.
· Il-kapacità tal-isptar sabiex jitratta pazjent tiddependi fuq in-numru ta’ sodod, tobba, infermiera eċċ. għall-popolazzjoni li tkun qed taqdi.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra fejn qed jingħataw id-dettalji tal-
waiting lists
f’Ottubru 2008 u fl-aħħar ta’ Ġunju / bidu ta’ Lulju 2009. Peress li bħalissa għaddej eżercizzju sabiex il-
waiting lists
jiġu centralizzati, jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jiftaħ course ieħor matul is-sena skolastika 2009/2010 għal dawk l-istudenti li xtaqu jattendu courses relatati mal-qasam tas-saħħa u ma ntgħażlux minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
servizz ta' ħaddiema minn kumpaniji privati lis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema oqsma jixtri s-servizz ta' ħaddiema minn kumpaniji privati sabiex jagħtu s-servizz tagħhom lis-servizz pubbliku? Kemm hemm oqsma differenti li jixtri s-servizzi mingħandhom u kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ma ġewx aċċettati l-istudenti kollha li applikaw biex jidħlu jagħmlu in-nursing kors, każ tipiku huma l-mature students li dawn suppost ukoll għandhom dritt biex jidħlu jagħmlu l-korsijiet li huma jixtiequ jistudjaw, imma jidher li għall-kors tan-nursing dan id-dritt tneħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru massimu ta’ studenti li setgħu jiġu ammessi għall-korsijiet ta’ qabel ir-reġistrazzjoni fin-nursing kien iffissat għal 140 minħabba l-postijiet disponibbli għal esperjenza prattika fi ħdan is-servizz tas-saħħa. Il-postijiet għall-placements f’ċertu wards tal-isptar huma limitati minħabba n-numru ta’ pazjenti. Biex jiżdiedu l-placements ġie miftiehem li s-sistema ta’ placement għal esperjenza prattika tiġi estiża biex tinkludi il-perjodi tal-btajjel tal-Milied u tal-Għid, kif ukoll bil-lejl fejn dan hu possibli, u l-weekends.
Wara diskussjonijiet bejn it-Taqsima tas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni intlaħaq ftehim li minħabba n-numru kbir ta’ applikazzjonijiet għall-kors ta’ diploma fin-
nursing
u għall-kors ta’ lawrja fin-
nursing
u n-nuqqas ta’ infermiera li qed jingħad li hemm bħalissa, l-applikanti kollha li kienu ġabu l-kwalifiki meħtieġa biex jidħlu sal-aħħar t’Awwissu 2009 se jiġu aċċettati. B’riżultat ta’ dan ġew aċċettati total ta’ 166 applikant.
Applikanti li applikaw permezz tal-klawsola ta’ maturità u li ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa biex jidħlu konsegwentement ma ġewx aċċettati.
Sitt applikanti li applikaw permezz tal-klawsola ta’ maturità, u li kellhom il-kwalifiki neċessarji biex jidħlu ġew aċċettati għall-kors ta’ diploma fin-
nursing
.
Applikanti li japplikaw permezz tal-klawsola ta’ maturità m’għandhomx dritt awtomatiku biex jidħlu għall-kors ta’ studji, imma jistgħu jiġu aċċettati wara li jiġi kkonsidrat kemm huma adattati biex isegwu l-kors ta’ studji li għażlu li jsegwu u jiswielhom ta’ ġid.
Dawn l-applikanti se jiġu msejħa fil-ġimgħat li ġejjin sabiex jiġi assessjat kemm huma adattati biex isegwu korsijiet bħal dawn fil-futur.
Li jiġu aċċettati applikanti li m’għandhomx l-abbiltà biex isegwu korsijiet bħal dawn u jieħdu ġid minnhom ma jkunx ġust ma’ dawn l-individwi.
Jista' l-Ministru jara li jsir studju serju ta' x'inhi l-problema u kif tista' tiġi solvuta ħalli it-tappieri tad-drenaġġ fi triq prinċipali li tagħti mill-Mosta għal Ħal-Lija u tibqa' sejra lejn B'kara ma jibqgħux jinqalgħu kull darba li tagħmel x-xita u t-toroq tagħna jispiċċaw kollha drenaġġ, barra l-perikolu li xi karozza tispiċċa taqa' ġo xi spazzju ta' tappiera li tkun inqalgħet minn posta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-KSI.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu għajnuna supplimentari li din l-għajnuna tkun bejn:
a) €1 sa €100
b) €100 sa €500
ċ) €500 sa €1000
d) €1000 sa €1500
e) €1500 sa €2500
f) 'l fuq minn €2500
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont massimu fis-sena li jista jitħallas bħala għajnuna supplimentari huwa ta’ €372.82 għal persuna miżżewġa, filwaqt illi l-inqas ammont huwa ta’ €172.12, għal persuna waħida.
Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsija 10521 u jgħid kemm ġabet flus lejn il-pajjiż bix-xogħol li kienet qed tagħti bħala servizz lill-klijenti tagħha barranin li kienu jagħmlu użu mill-istess servizzi li kienet toffri t-Tarzna ta' Malta fil-perjodi ta' bejn 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000 u bejn l-2000 u l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Żieda fuq il-liċenzja tal-vetturi bir-riforma l-ġdida
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10511 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa proġettat li sejjer idaħħal il-Gvern fi flus fis-sena 2009 mis-sena 2008 wara li bdiet tiġi implimentata ż-żieda fuq il-liċenzja tal-vetturi bir-riforma l-ġdida?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn Licenzji u Annual Circulation Tax, l-ammont miġbur fl-2008 kien €27.8 miljun, filwaqt li huwa mistenni jkun bejn €45 u €46 miljun fl-2009, liema ammont jirrifletti wkoll iż-żieda fin-numru ta’ vetturi li qed jiġu reġistrati matul l-2009, meta mqabbel man-numru reġistrat fl-2008.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq il-bini tal-parlament il-ġdid? Meta huwa fil-ħsieb li jispiċċa? Kemm ġej jiswa flus? Jista' jgħid jekk sarx xi tibdil fil-pjanti wara li dawn rahom il-pubbliku jew jekk għadhomx dawk li oriġinarjament ġew preżentati l-ewwel darba?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq il-bini tal-parlament il-ġdid jibdew ftit xhur wara li joħroġ il-permess tal-MEPA - hu pproġettat li jdum anqas minn tliet snin. Il-budget li ffissa il-Gvern għall-proġett ta’ Bieb il-Belt, li jinkludi il-Parlament u t-Teatru, huwa ta’ 80 miljun Ewro.
Il-proġett kif muri fil-pubbliku baqa l-istess fil-forma tiegħu
Jista' l-Ministru jgħid kemm iżżewġu koppji bejn Jannar u Settembru 2009? Kemm isseparaw koppji fl-istess perijodu tas-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ koppji li ż-żwieg tagħhom ġie reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta bejn Jannar u Settembru 2009 kien ta’ 1729.
In-numru ta’ separazzjonijiet li ġew reġistrati fl-istess perjodu tas-sena kien ta’ 372.
Jista' l-Vċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħlu barranin f'Malta mingħajr permessi neċessarji bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru 2009? Jista' jgħid mil-liema pajjiż tal-oriġini ġew?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.