Jista' l-Ministru jagħti redikont ta' kemm kien hemm u għad hemm ħaddiema involuti biex jieħdu sehem fil-proġett ta' tqassim ta' bozoz lil kull residenza? Jista' jgħid, allura, kemm huwa kkalkulat li dan l-eżerċizzju ġie jiswa?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal twaħħil ta' panelli solari minn Jannar sa Settembru 2009? Dawn l-applikanti kollha se jieħdu xi tip ta' għajnuna talli għamlu din l-għażla? Jista' jgħid jekk hijiex il-politika tal-Gvern li jinkoraġġixxi lin-nies li jagħmlu iktar użu mill-enerġija solari u allura jekk l-istess Gvern għandux il-ħsieb li jkompli jgħin lil dawk li se jkomplu jagħmlu użu minn din l-enerġija anke fis-snin 2010 u 2011?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bejn Jannar u Ġunju 2009 l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rċeviet tliet applikazzjonijiet għall-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajċi taħt l-iskema li kienet tnediet fl-2006 permezz tal-Avviż tal-Gvern 135 tal-2006.
Dawn it-tliet applikanti bejniethom ingħataw €5,104.34 f’għotjiet.
Taħt l-iskema 2009, li kienet miftuħa għall-perjodu bejn is-16 u t-28 ta’ Frar 2009, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi rċeviet 215-il applikazzjoni. 175 minn dawn l-applikazzjonijiet kienu approvati u nħarġitilhom ittra ta’ offerta għall-għotja kif ukoll il-permess biex jistallaw il-pannelli. B’hekk inħarġu €525,000 fi grant offers.
30 applikazzjoni oħra ma jistgħux ikunu pproċessati mill-ewwel u t-tieni stadju filwaqt li 10 applikazzjonijiet ma kienux kompluti.
Il-Gvern hu kommess li jinkoraġixxi l-użu ta’ enerġija mix-xemx u l-enerġija li tiġġedded u minn żmien għal żmien se jiġu ntrodotti skemi kif sar fil-passat. Sadattant l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi applikat għal fondi Ewropej biex ikunu ntrodotti skemi oħra li jinkoraġġixxu enerġija solari u enerġija li tiġġedded.
Tajjeb jingħad bħal ma ntqal fil-baġit, li għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi hemm allokati 3.75 miljuni fuq firxa ta’ tliet snin li jibdew mill-2010, u hu maħsub li bejn wieħed u ieħor se jigwadanjaw madwar 400 familjha fis-sena. Fuq sistemi Solar Water Heaters hemm allokati 4.16 miljuni fuq firxa ta’ tliet snin li jibdew mill-2010, u hu maħsub li se jigwadanjaw madwar 1500 familja fis-sena.
Fil każ tas-sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi se jkun hemm sussidju ta’ 50% sa massimu ta’ € 3,000 filwaqt li fuq sistemi ta’ Solar Water Heaters se jkun hemm sussidju ta’ 40% sa massimu ta’ €560.
Is-sussidji għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltaiċi se jkun miftuħa għal kulħadd, filwaqt li dawk għal sistemi ta’
Solar Water Heaters
se jkun miftuħa għall-applikanti li jissodisfaw ċerti kriterji.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' fejn il-Gvern qiegħed jagħmel użu mill-enerġija solari biex bħala role model jagħti eżempju lill-kumplament tal-pajjiż?
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu flus mill-bring-in sites bħala ċitazzjonijiet lil nies li jmorru jarmu ż-żibel madwar l-istess bring-in sites matul is-sena 2008?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ħalli jara l-ħtieġa tal-bring-in sites, il-problemi li ġabu magħhom lir-residenti li poġġew dawn il-bramel quddiemhom u inkonvinjenti oħra li setgħu ħolqu, apparti mill-aspetti pożittivi li setgħu ġew introdotti? Jekk sar dan l-istudju, jista' jelenka dawn il-punti pożittivi u negattivi li ħarġu minnu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li l-għażla ta’fejn jitpoġġew ir-reċipjenti għall-iskart separat saret mill-Kunsilli Lokali. Għalhekk il-mistoqsija trid issir lil Kunsilli Lokali rispettivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin li jaħdmu f'xi dipartiment f'Malta? Kemm minnhom jixtiequ li jmorru jaħdmu f'Għawdex? Kemm huwa ppjanat li dawn se jdumu biex jagħmlu dan?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tqassim tal-bozoz b'xejn għal kull residenza f'Malta u Għawdex? F'liema postijiet għadhom ma tqassmux kollha u f'liema postijiet tqassmu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-tqassim tal-vouchers tlesta kollu fil-lokalitajiet kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bozoz li tqassmu s'issa f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li tqassmu ’l fuq minn 130,000 voucher li bejniethom jammontaw għal madwar miljun bozza.Din l-inizjattiva ġew ivvutati € 4 Miljun għalija.
Jista' l-Ministru jgħid xi jridu jagħmlu dawk li għadhom ma ħadux il-bozoz b'xejn u kemm iridu jistennew biex jirċievu l-voucher li huma intitolati għalih?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li kull min ma rċeviex il-voucher jista jirraporta l-każ fuq il-freephone nru 80072212 u jekk wara li ssir il-verifika mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jinstab li l-persuna hija ntitolata għall-bozoz energy saving b’xejn, jintbagħtilha voucher.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi lista li permezz tagħha tkun tista' tgħid lokal b'lokal kemm hemm toroq sekondarji mkissrin jew tajbin? Jekk huma mkissrin f'liema stadju jinstabu? Jista' jagħti l-lista ta' toroq li huma sekondarji fil-Mosta u f'liema stadju jinstabu? Jista' jgħid ukoll kemm huwa stmat li trid flus biex issewwi t-toroq imkissrin li hemm fil-Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li it-toroq jinqassmu f’erba' tipi – it-toroq arterjali, toroq distributorji, link roads u toroq residenzjali.
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jikkonferma għal liema minn dawn it-toroq qiegħed jirreferi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti proposti mill-kunsilli lokali li qegħdin fid-diskussjonijiet dwarhom mal-Gvern Ċentrali? Jista' jsemmi liema huma dawn il-proġetti u kemm trid flus biex twettaqhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li l-pjanċi, TFI u numru, spiċċaw u issa daħlet sistema oħra minflokhom? X'inhi din is-sistema u minn meta bdiet tiffunzjona?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mit-19 ta’ Ġunju 2009 meta persuna d’diżabilità tingħatalu xi tip ta’ eżenzjoni fuq it-taxxa ta’ reġistrazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi, tali vettura ma tingħatax pjanċa bl-ittri (TF) iżda l-persuna tista’ tagħżel li tieħu pjanċi normali jew personaliżżati.
Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu l-Adult Training Centres marru mal-Aġenzija Sapport, sarux audits (interni jew esterni) f’dawn iċ-ċentri u x’kienu l-konklużjonijiet li waslu ghalihom l-awdituri?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li minn mindu d-Day Centres ġew f’idejn l-Aġenzija Sapport ma sarux audits esterni ħlief l-iSkills Audits mill-Misco li saru sabiex jiġi evalwat l-ħiliet tal-ħaddiema biex jingħata taħriġ fejn kien neċessarju. Sar ukoll awditjar tal-finanzi fuq bażi annwali kifinhu mitlub mill-liġi.
Fuq bażi regolari isir awditjar intern rigward l-operat taċ-ċentri sabiex jittejjeb is-servizz mogħti
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) wasal għall-konklużjonijiet tiegħu li fl-2007 f’Malta u Għawdex kien hemm 57,444 persuna f’riskju tal-faqar? Dawn il-persuni huma individwi jew kapijiet ta' familja? F’liema lokalitajiet joqogħdu dawn il-persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din il-figura ġiet ikkalkulata permezz ta’ l-Istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions, SILC) ta’ l-2007. Dan l-istħarriġ ilu jsir f’Malta kull sena mill-2005 u jkopri kampjun ta’ persuni li jgħixu f’residenzi privati f’Malta u Għawdex. Il-metodoloġija użata mill-NSO hija skond ir-regolamenti tal-Eurostat.
Fis-SILC il-parteċipanti huma mitluba, fost affarijiet oħra, li jwieġbu numru ta’ mistoqsijiet dwar id-dħul tagħhom. B’hekk għal kull familja magħżula fis-SILC jista jiġi kkalkulat d-dħul nett. Għal kull familja jrid jigi kkalkulat ukoll id-daqs tagħha b’mod illi jirrefletti mhux biss in-numru ta’ persuni imma anke il-komposizzjoni tal-familja. Għal dan il-għan jintuża l “
modified OECD” equivalence scale
li jagħti :
–
weight
ta’ 1.0 għall-ewwel persuna adulta fil-familja;
–
weight
ta’ 0.5 għal kull persuna oħra fil-familja li ghandha 14-il sena jew iktar;
–
weight
ta’ 0.3 għal kull tifel u tifla fil-familja.
Meta jingħaddu flimkien dawn il-
weights
għal kull familja, ir-riżultat jissejjaħ l-
equivalent household size
. Per eżempju familja magħmula minn żewġ adulti u tifel ta’ 10 snin għandha
equivalent household size
ta’ 1+0.5+0.3 = 1.8.
B’hekk jista’ jiġi kkalkulat l-
equivalised disposable income
billi wieħed jiddividi id-dħul nett tal-familja bl-
equivalent household size
ta’ l-istess familja. Dan l-
equivalised disposable income
huwa mehmuż ma’ kull individwu f’dik il familja u jirrappreżenta d-dħul ta’ kull persuna.
Il-livell li jiddetermina min hu f’riskju ta’ faqar huwa ekwivalenti ghall-60 fil-mija tal-
median
national equivalised disposable income
tal-persuni kollha li jgħixu f’residenzi privati. Fis-SILC 2007 dan il-livell, magħruf bħala
at-risk-of-poverty threshold
kien ta’ €5,477. Kull persuna li ghandha
equivalised disposable income
taħt dan il-livell titqies li qegħda f’riskju ta’ faqar. Fis-SILC 2007 irriżulta li kien hemm 57,444 persuni li jaqgħu taħt dan il-livell u li ghalhekk huma f’riskju ta’ faqar. Dawn il-persuni huma individwi u mhux biss kapijiet tal-familji, u huma mifruxa f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Din it-tabella turi n-numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar skond id-distrett li jgħixu fih, kif ikkalkulat fis-SILC 2007:
Distrett
Numru ta’ persuni f’riskju ta’ faqar
Irġiel Nisa Total
Southern harbour
6,380 6,590
12,970
Northern harbour
7,250 8,390
15,640
South Eastern
4,230 4,070
8,300
Western
3,210 3,300
6,510
Northern
3,940 4,630
8,570
Gozo & Comino
2,580 2,870
5,450
Total
27,590 29,850 57,440