Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12011 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — dikasteri

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huwa responsabbli biex iqassam id-dikasteri lil kull kunsillier? Jista' jgħid jekk dawn id-dikasteri differenti humiex marbuta ma' xi tip ta' job description u jekk id-dipartiment tal-kunsilli jippretendix xi tip ta' attività minn kull kunsillier?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi permezz ta’ emenda għall-Att dwar Kunsilli Lokali (Art. 16 ta’ l-Att XVI tal-2009)...”Sa mhux aktar tard mit-tielet laqgħa wara l-elezzjoni tal-Kunsill, kull Kunsillier għandu jġi assenjat qasam speċifiku li huwa għandu jsegwi u jirraporta dwaru fil-Kunsill Lokali. Dak il-Kunsillier jista’ ukoll jifforma kumitat, li huwa għandu jippresjedi, sabiex jaħdem f’dak il-qasam. F’dak il-każ il-membri ta’ dak il-kumitat għandhom jiġu approvati mill-kunsill qabel ma dawk il-membri jibdew bil-ħidma tagħhom. Dan il-punt għandu jidħol fl-ordni tax-xogħol għal-laqgħat kif speċifikat hawn aktar qabel.” Dan l-artikolu hu ċar biżżejjed dwar l-obbligu li kull kunsillier jingħata dekasteru u lil min għandu jirraporta.

Marsa Power Station — Filters taċ-ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4652 u 4027 u jgħid jekk l-filters fiċ-ċmieni tal-power station tal-Marsa tpoġġewx f'posthom? Kemm ilhom li tpoġġew, jekk tpoġġew? Jekk għadhom ma tpoġġewx f'posthom, meta pjana li dawn l-filters sejrin jitwaħħlu ħalli gassijiet valenużi ma jibqgħux joħorġu iktar fl-arja? Kemm ġew jew ġejjien jiswew dawn il-filters u jekk aħniex bħal pajjiżi marbutin li suppost dawn il-filters jkunu ma' kull ċumnija li hawn fil-power stations?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-filters jintużaw biex jinġabar it-trab u mhux biex tevita gassijiet tossiċi. Teknoloġija oħra li tintuża hija l-electrostatic precipitators fejn jinġabar it-trab. Dan it-tip t’apparat hu stallat fil-boilers il-kbar. Dawn il-precipitators kienu nstallati meta l-impjant kien għadu jaħdem bil-faħam u ġew konvertiti għall-użu meta fis-sena 2000, l-impjant beda jitħaddem biż-żejt. Ta min jgħid li m’hemm l-ebda rekwisiti legali sabiex dawn il-filters jiġu nstallati fil-Power Station tal-Marsa u ninsab infurmat li m’hemmx filtri istallati fiċ-ċmieni tal-Power Station tal-Marsa u m’hemmx pjan sabiex dawn jiġu stallati.. Il-livell ta’ emissjonijiet jiġi minimizzat u mizmum għall-livelli permessibbli primarjament billi jintuża żejt li għandu element baxx ta’ kubrit fiħ.

homes tal-anzjani — membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba nbidlu l-membri tal-bord li jagħżlu liema homes privati għandhom jingħataw anzjani u jħallas għal-lodging tagħhom il-Gvern u liema homes ma ngħatawx matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11908.

Testijiet tal-istudenti li qed jitgħallmu l-karozza — examiners ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li sejrin jidħlu l-examiners il-ġodda għat-testijiet tal-karozzi minħabba l-waiting list ta' studenti li hemm jistennew biex jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozzi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ADT diġà bdiet il-proċess biex jiddaħħlu l-eżaminaturi l-ġodda.

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti spjegazzjoni għaliex il-Gvern Malti għadu ma daħħalx fis-seħħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li anke l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ħasset li għandha tittraduċi din il-konvenzjoni bil-Malti?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jiddikjara l-pjanjiet tal-Gvern Malti għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità — implimentazzjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk hemmx xi ħaġa li qed iżżom lill-Gvern Malti mill-implimentazzjoni tal- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabiltà?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

anzjani f'homes privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u kemm intbagħtu anzjani ġewwa homes privati fis-snin 2005, 2006, 2007 u 2008? Jista' jagħti statistika ta' kemm intbagħtu anzjani f'kull home privata u liema kienet din il-home?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deciżjoni dwar liema anzjani jmorru f’homes privati hija deciżjoni li tittieħed fuq livell kliniku. Din tieħu inkonsiderazzjoni l-livelli ta’ dipendenza tal-pazjent u s-servizzi offruti fid-dar privata partikolari. Informat ukoll hekk :- 2005 2006 2007 2008 Casa Arkati 14 2 4 2 Villa Messina 9 2 11 1 Casa Serena 4 1 0 10 Central Home 0 0 0 45

anzjnai f'homes privati mħallsa mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-homes privati li fihom jintbagħtu l-anzjani u li jkun qed iħallas għal-lodging tagħhom il-Gvern? Liema regoli u standards jintużaw biex isir dan? Jistgħu dawn ir-regoli jiġu ppubblikati?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' kien għamel sejħa għall-Expression of Interest. L-applikanti jrid ikollhom liċenzja ta' dar ta' l-Anzjani maħruġa mill-Health Care Services Standards u jridu jiprovdu ċertu servizzi għar-residenti.

anzjani li jgħixu f'homes privati — bord għad-deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn huma l-persuni fuq il-bord li jiddeċiedu liema anzjani jmorru ġo homes privati u f'liema home imorru? Kif jiġu maħtura dawn il-persuni fuq il-bord? B'liema kriterji u fuq liema kondizzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 11908.

anzjani f'homes privati — ħlas mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern għal kull anzjan li bagħat ġo home privata? Jista' jagħti din l-informazzjoni home b'home matul is-snin 2005, 2006, 2007 u 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11836 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet mill-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni ngħatat mill-wardens matul is-sena 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw u jekk ġewx ikkontestati jew le, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #11837 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

wardens — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu x-xogħol ta' wardens f'Malta u f'Għawdex? Kemm hawn kumpaniji li jipprovdu dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Niforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm tliet aġenziji li jipprovdu servizz ta’ Gwadjani Lokali lill-Kunsilli Lokali: 1. Guard and Warden Service House 95 Gwardjani Lokali 2. Sterling Security Co Ltd 27 Gwardjani Lokali 3. Aurelia Assets Protection Ltd 5 Gwardjani Lokali

Persuni mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea residenti f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu qed jgħixu f'Malta jew f'Għawdex fis-sena 2008?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 410,290 persuna jgħixu f’Malta fl-1 ta’ Jannar 2008. Minnhom 394,830 kienu Maltin. 10,660 kellhom ċittadinanza Ewropea u minn dawn, 8,188 oriġinaw mill-Istati Membri ta’ l’Unjoni Ewropea. Naturalment, din iċ-ċifra teskludi l-Maltin.

Persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li kienu jgħixu f'Malta jew f'Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta' benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f'Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni fl-2008 li kienu ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li kienu jgħixu f’Malta jew Għawdex u li kienu jieħdu xi tip ta’ benefiċċju li jipprovdi l-Gvern u li qabel ma konna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea dawn il-benefiċċji kienu jittieħdu biss minn Maltin residenti f’Malta huwa 3.

Persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea — servizz tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għamlu użu mis-servizz tas-saħħa matul is-sena 2008? Jista' jagħti stima ta' kemm ġew jiswew dawn l-interventi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.