Legislature:
Category:
Reset
Active:

Università tat-Terza Età — għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom żmien l-għalliema li jgħallmu fl-Università tat-Terza Età? Tista' tgħid kemm hemm għalliema u jekk din s-sena huwiex qiegħed jiġi organizzat taħriġ ġdid li fis-snin ta' qabel ma kienx jingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma hemmx età fissa għall-għalliema li qegħdin jagħtu servizz fl-Università tat-Tielet Età. Il-maġġoranza tagħhom huma taħt il-ħamsin sena waqt li hemm oħrajn li għandhom aktar minn sittin sena. Huma kollha nies li għandhom esperjenza kbira fil-qasam tagħhom u fis-suġġett li huma jgħallmu. Il-parti l-kbira jgħallmu fl-Università ta' Malta. Għalliema fit-tliet oqsma hemm 26, għax tnejn minnhom jgħallmu f'żewġ ċentri għalkemm suġġetti differenti. Iva hemm numru ta' suġġetti li qegħdin jiġu offruti għall-ewwel darba. Din is-sena kien hemm disa’ suġġetti ġodda, jiġifieri li qed jiġu mogħtija għall-ewwel darba. Dawn huma: - Malta: The Relationship between Faith, Culture and Politics - Maltese Journalism in a Contemporary Historical Context - Church and State in Malta: 1950 – 2009 - The Challenge of Biotechology to Faith - Malta's Megalithic Period - Family Folklore - The Encyclicals of Benedict XVI - Valletta: The Making of a Baroque City - Modern Problems facing the Church

Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jara li fi Triq il-Kostituzzjoni l-Mosta, quddiem supermarket kbir isir bus shelter minħabba l-fatt li dan it-terminus jintuża ħafna u l-passiġġieri qabel ma jitilgħu l-karozza tal-linja jkunu esposti għall-elementi tan-natura kollha?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Vapuri għal Għawex — tibdil fis-sistema tat-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux l-ħsieb li jbiddel is-sistema tat-tariffi tal-vapuri għal Għawdex u jagħmel rata iktar irħisa għal dawk li jivvjaġġaw matul il-lejl u matul il-ġimgħa fit-tard?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Università ta' Għawdex — korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm u liema huma l-korsijiet li l-Università ta' Għawdex toffri għall-istudenti Maltin u Għawdxin? Kemm minn dawn il-korsijiet huma full-time u kemm minnhom huma part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-korsijiet li bħalissa qed jiġu offruti fil-Campus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex huma 11: · Diploma in Commerce (Course Group 2009-2010) FULL TIME EVENING* · Diploma in Commerce (Group 2008-2010) PART TIME EVENING · Bachelor of Commerce (Course Group 2009-2012) PART TIME EVENING · Bachelor of Commerce (Course Group 2007-2010) PART TIME EVENING · Bachelor of Arts PART TIME EVENING · Bachelor of Arts (Hons) in Criminology PART TIME EVENING · Master of Arts in ISSS (Course Group 2008-2010) PART TIME EVENING · Master of Arts in ISSS (Course Group 2009-2011) PART TIME EVENING · Master of Arts in Hospitaller Studies PART TIME EVENING · Master in Translation PART TIME EVENING · Master in Business Administration (Executive) PART TIME EVENING * beda fit-13 ta’ Novembru 2009
Leg 11 PQ #12012 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilliera — infiq f'attivitajiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi restrizzjonijiet kemm kunsillier jista' jonfoq f'kull attività li jorganizza jew jekk din tiġix deċiża mill-kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull nefqa tal-Kunsill trid tkun approvata mill-istess Kunsill u tali nefqa tkun leġittima biss sakemm tkun konnessa mal-operat jew funzjoni tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #12014 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — attivitajiet konġunti ma' għaqdiet oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsilliera jistgħux jorganizzaw attivitajiet soċjali konġunti ma' għaqdiet politiċi u kulturali oħrajn fir-raħal, bħal ngħidu aħna ħarġiet għall-anzjani u ħruġ ieħor rikreattiv? F'dan il-każ il-kunsill jista' jħallas u jisponsorja xi parti mill-attività ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz ta’ emendi li saru għall-Artikolu 33 ta’ l-Att dwar Kunsilli Lokali (Att XVI ta’ l-2009), kien hemm żieda ta’ għaxar funzjonijiet ġodda tal-Kunsilli Lokali. Fost dawn hemm: promozzjoni ta’ inizjattiva dwar politikà soċjali lokali, organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali li jippromwovu l-lokalità b’kull mod, u t-tħaddim tal-kunċett ta’ lifelong learning mar-residenti kollha. M’hemm xejn xi jżomm li tali attivitajiet isiru jew permezz ta’ skemi ta’ Public Private Partnership inkella ma’ għaqdiet mhux governatttivi fil-lokalità. Il-Kunsill jista’ ukoll joħroġ parti mill-ispiża ta’ l-attività basta l-Kunsill ikollu l-fondi neċessarji għaliha u li tali spejjeż ma jippreġudikawx il-qagħda finanzjarja tiegħu.

skola sekondarja — studenti li għandhom aċċess għat-taħriġ tal-kompjuter

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li jmorru skola sekondarja u għandhom aċċess għat-taħriġ tal-kompjuter? Tista' tgħid sa liema livell jasal dan it-taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tfal kollha fl-iskejjel statali sekondarji, jiġifieri 15,049 student/a, jitħarġu fl-użu tal-kompjuter u preżentament, fl-aħħar tliet snin tal-iskola sekondarja, jagħmlu l-eżamijiet tal-European Computer Driving Licence magħruf aħjar bħala ECDL. Minn dan in-numru, bħalissa hemm 1,949 student/a li għażlu li jispeċjalizzaw fl-istudju tal-kompjuter. Fl-aħħar sena tas-sekondarja dawn l-istudenti jagħmlu l-eżami tas-SEC fil- Computer Studies . Fl-iskejjel sekondarji tal-Knisja hemm 7,550 student li jitħarġu fl-użu tal-kompjuter, filwaqt li fl-iskejjel sekondarji indipendenti hemm 2,301, għal total ta’ 9,851. Fl-aħħar tliet snin dawn qagħdu għall-eżamijiet tal-European Computer Driving Licence. Minn dan in-numru, bħalissa hemm 1,749 student fl-iskejjel tal-Knisja u 567 student fl-iskejjel indipendenti li jispeċjalizzaw fl-istudju tal-kompjuter. Fl-aħħar sena tas-sekondarja dawn l-istudenti jagħmlu l-eżami tas-SEC fil- Computer Studies .
Leg 11 PQ #12094 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

turisti li ġew bil-cruise liners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew turisti bil-cruise liners minn Jannar sa Settembru 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12095 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turisti li raqdu Malta — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tabella ta' kemm-il lejl raqdu f'Malta t-turisti li ġew iżuruna bejn Jannar u Settembru 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12097 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Turisti li żaru lil Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew turisti lejn il-gżejjer Maltin u d-destinazzjoni prinċipali tagħhom kienet il-gżira Għawdxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Sptar Mater Dei — constant watch

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa kull persuna għal min ikollu bżonn constant watch 24 siegħa kuljum f'istituzzjoni bħall-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Persuni bi bżonnijiet speċjali — servizzi partikolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni bi bżonnijiet speċjali li jgħixu fil-komunità? Kemm minn dawn jitolbu xi servizz partikolari?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Popolazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kbira l-popolazzjoni ta' persuni bi bżonnijiet speċjali maqsuma f'age groups ta' taħt it-18-il sena bejn, 18 u 65 sena u 'l fuq minn 65 sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

pensjoni tal-età għan-nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikollha mara kontribuzzjonijiet tal-bolol biex tikkwalifika għall-pensjoni tal-età? Jista' jgħid jekk dawn il-kontribuzzjonijiet iridux ikunu f'perjodu wieħed jew inkella tul ħajjitha kollha? Iridux ikunu fuq job part-time jew full-time, impjegata jew self-employed? Jekk dan il-perjodu ta' kontribuzzjonijiet li jkollha bżonn ma tkunx laħqitu, hemm xi rimedju biex din tkun tista' tieħu l-pensjoni tal-età? Jekk ma tkunx tista' tieħu il-pensjoni tal-età liema pensjoni tkun tikkwalifika għaliha jekk tkun xebba jew armla?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuna li tilħaq l-età tal-pensjoni u tapplika għal pensjoni kontributorja tal-irtirar trid tal-inqas tkun ħallset waqt li tkun qed taħdem 520 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fl-aħħar 10 snin qabel tilħaq l-età tal-pensjoni jew, 800 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali minn meta tagħlaq id-dsatax-il sena sas-sena li fiha il-persuna tilħaq l-età tal-pensjoni. Inżid illi ma tagħmilx differenza jekk dawn il-kontribuzzjonijiet ikunu tħallsu minn impjieg part-time jew full-time u bħala impjegat jew self-employed. Ħlas ta’ kontribuzzjonijiet illi ma jkunux tħallsu sa meta l-persuna tilħaq l-eta tal-pensjoni ma jistgħux jitħallsu wara li il-persuna tilħaq l-età tal-pensjoni. Każijiet fejn ma jkunx tħallsu biżżejjed kontribuzzjonijiet sabiex tingħata il-pensjoni tal-irtirar, il-persuna kkonċernata tista tkun intitolata għal-pensjoni mhux kontributorja jekk tissodisfa it-test tal-mezzi u tal-kapital. Ta’ min ifakkar illi dan it-tagħrif huwa ta’ natura ġenerali u kull każ irid jiġi investigat skont il-merti tiegħu.