Jista' l-Ministru jgħid kemm sar tibdil ta' bozoz tat-toroq bejn Jannar u Settembru 2009? Dan it-tibdil kien jinkludi li tiġi mibdula l-lampa kollha, jew inkella nbidlet il-bozza ta' ġewwa biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li bejn Jannar 2009 u Settembru 2009 inbidlu 2667 lampi weħidhom u 414 lanterni kompluti bil-lampa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-poplu kull bozza li tagħti id-dawl fit-triq? Min jiddeċiedi kemm-il bozza għandu jkun hemm f'kull triq u x'proċedura trid tgħaddi biex titwaħħal bozza ġdida?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hija r-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali li jistalla dawl ġdid fit-toroq u għalhekk huma il-kunsilli li jistgħu jipprovdu informazzjoni ta’ kemm qiegħda tiġi tiswa bozza ġdida. Il-konsum jammonta għal madwar 31.89euro fis-sena għal kull bozza ta 70W li huma l-aktar komuni. Il–proċedura biex titwaħħal bozza tibda billi l-kunsill jibgħat proposta lill Enemalta biex tiġi vvetjata skond il-gwida li tinsab fil-ktieb tal-street lighting tal-Enemalta. Enemalta tibgħat lura l-proposta amendata jekk tinħass il-ħtieġa. Wara l-kunsill iqabbad il-kuntrattur biex jagħmel ix-xogħol. Meta x-xogħol jitlesta ssir applikazzjoni biex il-bozza titqabbad mas-sistema tal-elettriku
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma globali dedikata għad-dawl tat-toroq matul is-sena 2009? Din is-somma kienet biżżejjed ? Kemm huwa proġettat li din għandha titla' matul is-sena 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tintuża sistema solari biex jibdew jiddawlu t-toroq tagħna? Kemm huwa stmat li tiswa sistema solari jekk irridu nbiddlu għal waħda bħal din? Qatt sar xi studju dwar jekk jaqbilx jew le li ssir din il-bidla?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjanijiet biex jiġu stallati sistemi solari fit-toroq. Biex jiġi stallat din is-sistema tas-street lighting solari fit-toroq kollha tiġi tiswa madwar €80 miljun. Din is-sistema tiġi l-aħjar istallata f’postijiet fejn għad m’hemmx elettriku fit-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex diffiċli jingħata l-permess lil xi ħadd li jrid jibni u jagħmel użu minn turbina tar-riħ bħala ġeneratur għad-dawl fid-dar tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu ħwienet u negozji bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jgħid dawn in-negozji f'liema mestier kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Hemm Entitajiet oħra illi jilliċenzjaw negozji li jaqgħu taħt Ministeri oħra. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeri kkonċernati sabiex ikollu l-istampa sħiħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet pendenti għal negozji li jħaddmu iktar minn persuna waħda, imma mhux iktar minn għaxar persuni sa Settembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant ma tintalabx lill-applikanti. Għaldaqstant ma tistax tingħata l-informazzjoni għax ma tinġabarx.
Applikazzjonijiet pendenti għal negozji u fabbriki
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jiftħu negozji/fabbriki jew xi tip ta' negozju ieħor sal-aħħar ta' Settembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa, fi ħdan il-Malta Enterprise, hemm total ta` 17 –il proġett pendenti. Dawn jikkonsistu f’talbiet għal fabbriki jew inċentivi oħra.
Id-Diviżjoni għall-Kummerċ għandha tnax (12) -il applikazzjoni għal
transfer
ta' liċenza. Barra minhekk għandha tlettax (13) -il applikazzjoni għal liċenza fis-settur tal-manifattura li qegħdin jistennew reazzjoni mill-applikant u tmienja u tletien (83) applikazzjoni oħra għan-negozji (mhux ta' manifattura) li wkoll qegħdin jistennew risposta mingħand l-applikant.
Sa Settembru 2009, hemm 137 applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw liċenzji sabiex joperaw kumpaniji tar-Remote Gaming.
Hemm entitajiet u ministeri oħra li joħorġu liċenzi lil negozji varji. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat sabiex ikollu stampa sħiha.
Ministri, Segretarji Parlamentaru u Deputati li ġew intervistati fuq mezzi tax-xandir
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm intervistaw Ministri/Segretarji Parlamentari u Deputati tal-Gvern u l-Oppożizzjoni fuq il-mezzi tax-xandir ta' TVM u Education Channel bejn Jannar u Settembru 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ items politiċi fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-tmienja ta’ TVM minn Jannar sa Settembru kien kif ġej:
Topic
Prim Ministru – Gvern 91
Prim Ministru – Attivita’ Partit 53
Kap tal-Oppożizzjoni 104
Ministri u Segretarji Parlamentari – Gvern 392
Ministri u Segretarji Parlamentari – Partit 11
Kap tal-Oppożizzjoni – Attivita’ Partit 74
Items Politici
PN 99
MLP 168
AD 65
AN 16
Uħud mill-
items
kellhom intervisti. Ma tinżammx statistika dwar liema ministru deher fl-aħbarijiet jew kemm-il darba deher. Fl-aħbarijiet jidħlu l-
items
li jkollhom valur t’aħbar u kif turi l-istatistika, il-politika m’għadhiex tokkupa parti ċentrali fl-aħbarijiet.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu bħala handymen f'kull skola f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid kif jiġu mqassmin dawn il-handy men ġewwa kull skola, jekk huwiex fuq il-bażi ta' kemm hija kbira l-iskola jew ta' kemm imorru tfal fiha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-handymen li jaħdmu fl-iskejjel, jaħdmux fuq bażi ta' kuntratt/self employed jew inkella xogħol fixed mal-Gvern? Ġieli kien hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol li kien hemm il-ħtieġa li jsir ħareġ għalih kuntratt tax-xogħol? Kemm-il darba saret din u liema drabi kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-handyman li jaħdmu fl-iskejjel huma ħaddiema permanenti mal-Gvern.
Ma kienx hemm okkażjonijiet fejn ix-xogħol ta’
handyman
inħareġ għalih kuntratt ta’ xogħol.
Tista' l-Ministru jgħid kemm għandhom bżonn handymen l-iskejjel primarji tal-Mosta u kemm attwalment hemm handymen jaħdmu hemm bħalissa? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiżdied il-work force jew hux se tibqa' dik attwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fiż-żewġ skejjel primarji tal-Mosta bħalissa hemm Handyman għal kull skola.
Jekk ikun hemm il-bżonn li jiżdied il-
workforce
dan isir skont l-istaff li jkun disponibbli f’dak iż-żmien li ssir it-talba għal zieda.
Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex sejrin jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda biex jkunu jistgħu jaħdmu bħala caretakers u handymen għall-iskola l-ġdida tal-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol ta’ Handymen u Caretakers fl-iskola l-ġdida tal-Mosta irid isir minn nies tal-Gvern jew privat. F’dan l-istadju għadha ma ttieħditx deċiżjoni min se jagħmlu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa proġettat li jinbnew skejjel ġodda sas-sena 2013? Fejn beħsiebhom jinbnew dawn l-iskejjel u kemm se tkun l-ispiża għal dawn l-iskejjel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa proġettat li jinbnew dawn l-iskejjel sas-sena 2013:
· Skola Sekondarja tas-Subien fil-Mosta (Żokrija) u hija stmata li ġejja tiswa €8 miljuni.
· Skola Sekondarja ġewwa r-Rabat Għawdex u hija stmata li ġejja tiswa €7 miljuni (mhux inkluż fl-istima il-parkeġġ u s-sular ta’ taħt l-iskola).
· Skola Sekondarja tal-Bniet ġewwa l-Ħandaq limiti ta’ Ħal Qormi u hija stmata li ġejja tiswa €9 miljuni.
· Skola tal-Kindergarten ġewwa l-Mosta u hija smata li ġejja tiswa €2.5 miljuni.
· Skola Sekondarja tal-Bniet ġewwa Ħal Kirkop u hija stmata li ġejja tiswa €9 miljuni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm bdew studenti ġewwa l-Università ta' Għawdex fis-sena 2008 u kemm komplew il-korsijiet li kienu bdew fis-sena 2008 studenti fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti li bdew is-sena akkademika 2008/09 fil-Campus tal-Università ta’ Malta f’Għawdex hu 15. 12 minn dawn l-istudenti komplew il-korsijiet fis-sena 2009.
Tista' l-Ministru tgħid x'taħriġ toffri l-Università tat-Terza Età? Kemm hemm korsijiet differenti f'din l-Università u kemm hemm studenti għal kull kors matul is-sena akkademika 2009/2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom żmien l-istudenti li jattendu l-Università tat-Terza Età?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti tal-Università tat-Tielet Età għandhom ’il fuq minn 60 sena.
Il-lista hawn taħt turi l-etajiet tal-istudenti li jattendu l-Università tat-Terza Età:
Età
Numru ta’ Studenti
60-65
206
66-70
112
71-75
111
76-80
74
81-85
47
86-90
21
91-95
4
Total
575