Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12799 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju eżekuttiv — immaniġjar tal-flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn suppost jara jekk is-segretarju eżekuttiv ikunux qed jimmaniġja flus il-kunsill sewwa? Min suppost jara li l-flus li suppost jiġbor il-kunsill ikun ġabarhom u jkunu qed jigu mmaniġjati bl-aħjar mod possibbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarju Eżekuttiv huwa l-Kap Amministrattiv u Finanzjarju tal-Kunsill u li għalhekk huwa responsabbli, fost l-oħrajn mill-amministrazzjoni tal-fondi tal-Kunsill. Hemm diversi entitatjiet u modi ta’ skrutinju ta’ l-Operat finanzjarju tas-Segretarji Eżekuttivi. Dawn jinkludu: a) Is-Sindku li għandu d-dmir li jissorvelja l-funzjonijiet kollha tal-Kunsill. b) Awditjar ta’ kull sena mill-Udituri tal-Gvern Lokali. c) Rapporti minn kunsillieri, ċittadini, jew entitajiet oħra lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, Awditur Ġenerali kif ukoll l- Ombudsman. d) Internal Audit Investigation Directorate fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru; u e) Il-Kumitat Għall-Kontijiet Pubbliċi jekk ikun meħtieġ jingħata spjegazzjoni għal dak li joħroġ mir-Rapport ta’ l-Awditur Ġenerali. Nerġa’ nfakkar li r-responsabbilità ewlenija għall-immaniġjar finanzjarju hi tas-Segretarju Eżekuttiv li jrid jerfa r-responsabbilità għall-ġbir tal-fondi dovuti lill-Kunsill. Din ir-responsabbilità irid jerfagħha anké fil-każijiet fejn tali responsabbilità tkun fdata f’idejn xi uffiċjali tal-Kunsill.

Homes u sptarijiet tal-gvern — extra time/time in lieu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn jiddeċiedi liema ħaddiema għandhom jinżammu wara l-ħin biex jagħmlu extra time/time in lieu, l-ħaddiema tal-post jew il-ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu ġewwa l-homes u sptarijiet tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li huwa l-management rispettiv tal-Homes u Sparijiet tal-Gvern li jieħu d-deċiżjoni liema ħaddiema, fejn hu applikabbli, għandhom jinżammu wara l-ħin biex jagħmlu extra time/time in lieu, u dan skont il-każ u l-esiġenzi tas-servizz.

Turbini tar-riħ — diffikultà għall-permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġġustifika l-fatt li filwaqt li l-Gvern jgħid li jrid jinkoraġġixxi lill-poplu jinvesti ġewwa turbini tar-riħ, ċittadin jgħaddi minn difikultà kbira sabiex ikun jista' jġib il-permess ta' turbina żgħira li kulma fiha bħala diametru huwa 180 ċentimetru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

trakkijiet li jġorru ilma jew drenagg — regolamenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trakkijiet li llum qed iġorru l-ilma jew id-drenagg iridux jinbidlu minħabba regolamenti ġodda li daħlu jew se jidħlu fis-seħħ? Jekk iva, hemm xi għajnuna għas-sidien tat-trakkijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex isir xogħol fi Triq Durumblat limiti tal-Mosta fil-biċċa qabel ma ddur eżatt biex tidħol għal Ta' Qali, liema parti fformat tarġa fit-triq li tista' tikkawża ħsarat kbar fil-karozzi tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta diġà ħadet l-passi biex partijiet minn Triq Durumblat inkluż il-parti li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tkun irranġata u dan billi ħarġet kuntratt ta' major patching.

Awtorità dwar it-Trasport — Triq Valletta - ħofor fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport sabiex issewwi toqob fi Triq Valletta il-parti li taqbeż il-Knisja ta' San Silvestru inti u dieħel il-Mosta, liema partijiet fihom ħafna toqob u ħofor?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ħareġ kuntratt ta' major patching sabiex jiġu rranġati partijiet mit-triq imsemmija.

Awtorità dwar it-Trasport — Mosta - bankina fi Triq Durumblat

Question

Jista' l-Ministru jagħti pariri lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fi Triq Durumblat bejn il-Mosta u Ħ'Attard tinbena bankina imqar naħa waħda tat-triq ħalli r-residenti li jmorru jimxu f'din t-triq għallinqas ikollhom bankina li jistgħu jimxu fuqha mingħajr ma jipperikolaw ħajjithom bit-traffiku li jkun għaddej?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lill-ADT.

Ħsarat fil-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jagħmel ħsara fil-karozza tiegħu minħabba stat ħażin tat-toroq jistax ifittex lil xi awtoritajiet responsabbli mit-toroq jew lill-kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li m'hix il-konswetudni li l-Ministri jagħtu pariri legali b'risposta għad-domandi parlamentari.

Kumpens għall-ħsarat fil-karozzi

Question

Jista' l-Ministru jispjega il-proċedura li ċittadin komuni li jagħmel ħsara fil-karozza tiegħu minħabba ħofor u ħotob li jkollu fit-toroq tiegħu jrid jagħmel sabiex jingħata l-kumpens għall-ħsarat li jkun għamel?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12793 .
Leg 11 PQ #12554 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — Youth Empowerment Centre - partnership

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet lill-Gvern biex jieqaf u ma jibqax fil-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar il-Youth Empowerment Center tal-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-partnership mal-Kunsill Lokali Mosta dwar il-Youth Empowerment Centre tal-Mosta, waqaf meta l-Kunsill ma kellux fondi allokati biex ikompli isostni l-proġett. Inżid ngħid li wara taħdidiet bejn is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u l-Kunsill Lokali Mosta, dawn ta’ l-aħħar ġew mogħtija l-parir japplikaw taħt xi waħda mill-iskemi ta’ fondi maħruġa fl-2010 li permezz tagħha jkunu jistgħu ikomplu bil-proġett.

Trakkijiet li jġorru karti, plastiku u kartun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inspections fuq trakkijiet li kienu qed iġorru karti, kartun u plastik matul ix-xhur Jannar u Settembru 2009?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-inspections li jsiru fuq it-trakkijiet mill-Awtorità ghat-Trasport f’Malta jikkonċernaw il-piż u l-kundizzjoni tal-vettura u mhux il-kontenut li jkun qiegħed jinġarr. Barra minn hekk, l-Awtorita’ għat-Trasport f’Malta ma żżommx rendikont tat-tip ta’ tagħbija li tkun qed tinġarr mit-trakkijiet li jiġu spezzjonati waqt roadside inspections, ħlief f’każijiet fejn tkun qed tinġarr tagħbija perikoluża jew fejn tkun trid tittieħed azzjoni legali minħabba ksur tar-Regolamenti Dwar Pizijiet, Dimensjonijiet u Tagħmir tal-Vetturi bil-Mutur (L.S.65.21). Tagħbija ta’ karti, kartun u plastik mhijiex meqjusa bħala tagħbija perikoluża.
Leg 11 PQ #12588 Sitting 188 2010-02-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passi kontra Ministri jew Segretarji Parlamentari li jirċievu rigal tax-xogħol li jkunu għamlu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi jieħu bħala Prim Ministru u mhux bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kontra Ministru jew Segretarju Parlamentari jekk jiġi pprovat li dan ikun ħa xi rigal kbir u li dan ir-rigal ikun ingħatalu bħala ringrazzjament tax-xogħol li huwa fil-kapaċità tiegħu ( bħala uffiċjal ta' Ministru jew segretarju parlamentari) ikun għamel, anke jekk mhux bi skop?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma jidhirlix li għandi inwieġeb għal każ ipotetiku. Fi kwalunkwe każ hemm il-Kodiċi tal-Etika.

Mosta — Triq Rafel Caruana Dingl - munzelli ta' torba

Question

Jista' l-Ministru jagħti parir lill-Awtorità dwar it-Trasport biex tibgħat lil xi kuntrattur ineħħi munzelli ta' torba li nġabru u li qed jiġmgħu l-ħmieġ magħhom, apparti l-inkonvinjent li din l-istess torba qed toħloq lin-nies tal-akwata, liema munzell ta' torba jinsab fi Triq Rafel Caruana Dingli, kantuniera ma' Triq Karlu Darmanin fil-Mosta? Jista' jgħid kemm iddum l-Awtorità dwar it-Trasport biex taġixxi fuq il-pariri li jkun ta l-Ministru f'termini ta' ġranet, ġimgħat jew xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

waste points madwar Malta sabiex bowsers ibattlu d-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm waste points madwar Malta sabiex bowsers li jbattlu d-drenaġġ ikunu jistgħu jużaw sabiex jagħmlu dan? Jista' jgħid jekk hemmx xi politika partikolari fuq dan is-suġġett u jekk kienx hemm iktar waste points li n-numru tagħhom kellu jitbiddel jew jonqos? Jekk iva, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li d-discharge points sabiex bowsers ibattlu d-drenaġġ fihom jinstabu fi Triq Għarreqin, Mtarfa, fir-Racecourse Car Park, Marsa, f’ Tal-Hida, Mqabba u f’Żabbar Road, Żejtun. Il-politika fuq din il-materja hija regolata b-Avviz Legali 139/2002. Dawn id- discharge points jistgħu jiġu riveduti minn żmien għal żmien. Nikkonferma li fil-passat kien hemm numru ieħor ta’ discharge points li tneħħew jew minħabba żvilupp ta’ bini residenzjali fil-viċin jew inkella minħabba r-riskji ta rimi illegali ta’ skart u l-ħsara li setgħet issir permezz t’hekk.

trakkijiet li jġorru l-ilma — reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trakkijiet li llum iġorru l-ilma bħall-bowsers u t-trakkijiet li jġorru d-drenaġġ, humiex reġistrati bħala vetturi li jagħmlu dan il-ġarr?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li trakkijiet li jġorru l-ilma huma rreġistrati bħala vetturi għall-ġarr tal-merkanzija b’żewġ kategoriji; Bowsers għall - ilma tajjeb għax-xorb u Bowsers għall - ilma mhux tajjeb għax-xorb Filwaqt li trakkijiet li jġorru d-drenaġġ huma rreġistrati bħala vettura ta’ għamla speċifika għal dak il-għan .

Sussidju għas-settur tas-sajd u akwakultura mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jiżvela kemm irċeviet Malta f'sussidji mill-Unjoni Ewropeja speċifikament għas-setturi tas-sajd u l-akwakultura? Min kienu l-benefiċjari kollha, u b'kemm ibbenefikaw kull wieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor Membru jispeċifika għal-liema perjodu qiegħed jirreferi.
Leg 11 PQ #12549 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — youth empowerment centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kien sar il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta li permezz tiegħu kien imbena l-Youth Empowerment Centre?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2004, il-Youth Section taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni nieda pilot project f’seba’ lokalitajiet fosthom il-Mosta. Dan il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta fit-twaqqif tal-Youth Empowerment Programme beda f’Mejju 2004. Il-proġett kien jaħseb biex jinbeda programm li b’metodi u attivitajiet extra-kurrikulari, koordinati minn Youth Workers kwalifikati, iż-żgħażagħ jingħataw gwida favur l-iżvilupp personali u soċjali tagħhom u jsibu aktar spazju jespandu l-idejat u l-personalità tagħhom.
Leg 11 PQ #12550 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — Youth Empowerment Centre

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu għaddej il-partnership mal-Kunsill Lokali tal-Mosta dwar il-Youth Empowerment Centre? Tul dan iż-żmien li kien ilu għaddej, kellhom xi rapporti li dan il-Youth Empowerment Centre ma kienx qed jagħmel xogħlu jew le? Jista' jippubblika dawn ir-rapporti kemm jekk huma negattivi kif ukoll jekk huma pożittivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi il-proġett bi sħab bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mosta baqa’ għaddej sal-2006 u wara kien il-Kunsill Lokali li kompla jsostni dan iċ-Ċentru. Ir-rapporti kollha, kemm dawk miktubin u kemm dawk verbali, juru biċ-ċar li kien hemm apprezzament sħiħ għax-xogħol imwettaq. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra erba’ rapporti.
Leg 11 PQ #12551 Sitting 187 2010-02-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Mosta — Youth Empowerment Centre - Youth Exchange

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il proġett għamel il-Youth Empowerment Centre li hemm ġewwa l-Mosta li huwa imwaqqaf b'partnership bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mosta? Jista' jispjega x'kienu dawn il-proġetti li għamel? Kemm-il youth exchange għamel u kemm-il attività oħra organizza kemm ilu imwaqqaf?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi minn mindu twaqqaf il-Youth Empowerment Centre fl-2004, beda billi bena kollaborazzjoni mal-gruppi kollha ta’ żgħażagħ li jeżistu fil-Mosta, li ħassew il-bżonn li jniedu attivitajiet bi skop ta’ għaqda fost iż-żgħażagħ Mostin. Dan ġara permezz ta’ taħriġ għal żvilupp personali, kulturali u team building. Wara ftit żmien iż-żgħażagħ stess riedu jibdew gruppi biex jiltaqgħu b’mod regolari. Fid-dawl ta’ dan il-bżonn, iċ-ċentru pprogramma u wettaq skeda regolari ta’ laqgħat darbtejn fil-ġimgħa, jew aktar skont il-bżonn, imqassmin fi gruppi skont l-etajiet bejn it-tnax u s-sbatax-il sena. Dawn kienu jinkludu attivitajiet varji ta’ natura soċjali, kulturali u sportivi tul is-sena kollha. Madwar 400 żagħżugħ/a taħt il-ħamsa u għoxrin sena huma reġistrati ma’ dan iċ-Ċentru. Fl-ispirtu ta’ din il-ħidma komunitarja, jinżamm kuntatt regolari mal-familji rispettivi, skont il-bżonn, kemm biex tikber il-koperazzjoni kif ukoll biex jingħata sostenn professjonali f’ċirkostanzi ta’ problemi jew diffikultà. Barra dan sar kull sforz possibbli biex jinkisbu fondi mill-UE immirati proprju għaż-żgħażagħ, liema fondi tul 5 snin jammontaw għal iktar minn €60,000 għal exchanges , taħriġ u proġetti oħra barra l-pajjiż u f’Malta stess, li fihom ipparteċipaw l-istess żgħażagħ akkompanjati mil- leaders tagħhom li, ta’ min jgħid, joffru servizz b’mod volontarju. Kien hemm b’kollox erba’ youth exchanges bi sħab ma’ żgħażagħ oħra minn Ragusa, mill-Belġju, mill-Irlanda u minn Spanja. Saret ukoll Partnership Building Activity b ’youth leaders minn 7 pajjiżi Ewropej. L-istediniet għal proġetti internazzjonali jintbagħtu wkoll lill-għaqdiet l-oħra tal-Mosta biex iktar żgħażagħ Mostin ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi apposta tal-UE. Kemm ilu jopera l-Mosta Youth Empowerment Centre, medja ta’ 50 żagħżugħ/a u leaders ipparteċipaw kull sena f’dawn il-proġetti tal-Unjoni Ewropea. Minbarra dan madwar 40 żgħażagħ oħra ntbagħtu għal taħriġ u laqgħat oħra fi gruppi iżgħar f’pajjiżi Ewropej.