Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11657, li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm Għawdxin li jaħdmu f'xi dipartiment f'Malta? Kemm minnhom jixtiequ li jmorru jaħdmu f'Għawdex? Kemm huwa ppjanat li dawn se jdumu biex jagħmlu dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar tas-sena l-oħra, kien hemm 1,111 persuni li jgħixu b’mod permanenti f’Għawdex iżda jaħdmu f’xi Dipartiment f’Malta. Minn dawn, 890 huma fi gradi li jistgħu jintbagħtu jaħdmu Għawdex.
Billi ċ-ċirkustanzi ta’ dawn il-persuni jistgħu jinbidlu, huwa diffiċli tgħid bl-eżatt kemm minnhom jixtiequ li jmorru jaħdmu f’Għawdex meta jmisshom.
L-Onorevoli Interpellant għadnu jkun assigurat li kif fil-passat reċenti telgħu mijiet ta’ ħaddiema Għawdxin lura lejn Għawdex, hekk ser jibqa’ jiġri fil-futur kull meta l-esiġenzi tas-servizz hekk jirrikjedu.
Applikazzjoni għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet fuq il-waiting list l-applikazzjoni li għamlet fl-1998 il-persuna, li isimha u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tidħol ġewwa ir-Residenza San Vincenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija b’mod separat mill-mistoqsija kienet ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjonijiet fit-28 ta’ Lulju 2009 bħala urġenti u ġiet ammessa ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule riċentement.
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm qed jiġu studenti Malta sabiex itejbu l-livell tal-lingwi tagħhom? Tista tgħid kemm-il tip ta' lingwa aħna bħala pajjiż noffru servizz ta' tagħlim lill-barranin, barra t-taħriġ fil-lingwa Ingliża? Tista' tgħid jekk dan it-taħriġ isirx f'xi suġġett ieħor ukoll bħal xjenza u teknoloġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-aħħar figura ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fis-sena 2008 ġew Malta 83,288 studenti barranini sabiex itejbu l-livell tagħhom fil-lingwa Ingliża.
Hemm għaxar ċentri ta’ tagħlim li joffru tagħlim fil-Franċiż, Taljan, Germaniż, Spanjol u Russu. Ma tinżamm l-ebda informazzjoni dwar jekk hemmx studenti barranin jattendu dawn il-korsijiet.
Hemm 22 ċentru li jgħallmu l-Information Technology (IT) u l-istudju tal-
computing
. Hemm ukoll 3 ċentri oħra li jgħallmu t-Teknoloġija Elettrika, t-Teknoloġija tal-Ilma, u l-Health and Safety.
Flus minn studenti li jiġu jitgħallmu l-lingwa ingliża
Question
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm iħallu flus fil-pajjiż dawk l-istudenti li jiġu biex jitgħallmu l-lingwa Ingliża f'Malta? Tista' tgħid kemm huwa stmat li hemm ħaddiema f'dan is-settur? Xi pjanijiet għandu l-Gvern għal dan is-settur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, skont l-aħħar statistika miġbura mil-Bord ta’ Sorveljanza tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija u li ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nhar il-15 ta’ Ġunju, 2009, fis-sena 2008 kien hemm total ta’ 1,340 ħaddiema jaħdmu f’dan is-settur. Fir-rigward ta’ din l-istatistika, dawn il-ħaddiema huma għalliema. Minn dawn l-għalliema, 115 jaħdmu
full-time
waqt li 1,225 jaħdmu
part-time
. Rigward ħaddiema oħra li hemm f’dan is-settur nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigward xi pjanijiet għandu l-Gvern għal dan is-settur nibda biex ngħid li nbeda proċess sabiex jiġi rivedut l-Avviż Legali Nr. 60/96 li jirregola lil dan is-settur bil-għan li l-Avviż Legali l-ġdid ikun jirriffletti aktar il-ħtiġijiet tal-lum. Huwa ukoll il-ħsieb tal-Gvern li, permezz ta’ strutturi professjonali u adegwati, jassigura li l-livell f’kull programm ta’ tagħlim offrut mill-iskejjel li jgħallmu l-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija jkun tal-ogħla kwalità u
standard
. Għal dan il-għan il-Gvern għadu kif alloka lill-Bord ta’ Sorveljanza tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija s-somma ta’ €100,000 fil-baġit għal 2010.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern jagħtix għajnuna lil dawk li jkunu jridu jwaqqfu skola tal-lingwi u li jkunu lesti jgħallmu lill-barranin li jiġu Malta biex jistudjaw il-lingwi? Tista' tispjega x'tip t'għajnuna jingħataw jekk din tingħata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma tingħata ebda għajnuna lil dawk li jkunu jridu jwaqqfu skola tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija u li jkunu lesti jgħallmu lill-barranin li jiġu Malta biex jistudjaw il-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija.
Jista' l-Prim Ministu jwieġeb mistoqsija parlamentari 11646 u jagħti lista ta' proġetti kbar li l-Gvern Ċentrali għamel bi sħab mal-kunsilli lokali, lokal b'lokal, fl-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skont informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 11646 u 12988, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota illi l-Kunsilli Lokali elenkati hawn taħt naqqsu milli jibgħatu t-tweġiba tagħhom u għaldaqstant ser jeħlu penali skont id-dispożizzjoni tal-liġi:
Il-Belt Valletta, L-Imdina, l-Isla, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żejtun, Ħad-Dingli, Il-Gudja, Ħal Kirkop, Il-Mosta, Paola, Ħal Safi, u ix-Xgħajra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11507, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx xi tip ta' eżenzjoni tal-liċenzja tal-vettura? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min hu eżentat u xi jrid jagħmel biex jikkwalifika għal din l-eżenzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fit-termini tal-liġi “Att Dwar Ir-Reġistrazzjoni u L-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 368)”, minbarra l-eżenzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-liġi proprja, il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, segwitu għal Artiklu 19 tal-liġi, jipproċessa talbiet għal eżenzjoni minn persuni b’diżabilità, Għaqdiet Filantropiċi u Organizzazzjonijiet Volontarji.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11650 u jgħid kemm hemm proġetti proposti mill-kunsilli lokali li qegħdin fid-diskussjonijiet dwarhom mal-Gvern Ċentrali? Jista' jsemmi liema huma dawn il-proġetti u kemm trid flus biex twettaqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skont informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 11650 u 12992, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Ta’ min jinnota illi l-Kunsilli Lokali elenkati hawn taħt naqqsu milli jibgħatu t-tweġiba tagħhom u għaldaqstant ser jeħlu penali skont id-dispożizzjoni tal-liġi:
Il-Belt Valletta, L-Imdina, l-Isla, Ħaż-Żebbuġ, Iż-Żejtun, Ħad-Dingli, Il-Gudja, Ħal Kirkop, Il-Mosta, Paola, Ħal Safi, u ix-Xgħajra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistosija parlamentari 11509, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid jekk hux beħsiebu jiftaħ course ieħor matul is-sena skolastika 2009/2010 għal dawk l-istudenti li xtaqu jattendu courses relatati mal-qasam tas-saħħa u ma ntgħażlux minħabba xi raġuni jew oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi Frar 2010 infetħu dawn il-korsijiet ta’ Tagħlim Professjonali Tul il-Ħajja (Continuing Professional Development) fil-Midwifery, fin-Nursing u fir-Radiography.
MID3227 – Education of Midwifery Mentors
MID4501 – Preparation for Parenthood: Educating the Educator
NUR3217 – Basic Life Support (Provider)
NUR3227 – Mentorship
RAD4701 – Administration of Prescribed Medicinals by Radiographers
RAD5001 – MRI in Practice
RAD5002 – Clinical Application of MRI – CNS
Fetaħ ukoll il-kors Post-Graduate Certificate in Radiography (Breast Imaging).
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11658, li saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm hemm Għawdxin maċ-Ċivil f'Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet kien hemm 2989 persuni fis-Servizz Pubbliku li jaħdmu Għawdex.
servizz ta' ħaddiema minn kumpaniji privati lis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11510 u jgħid f'liema oqsma jixtri s-servizz ta' ħaddiema minn kumpaniji privati sabiex jagħtu s-servizz tagħhom lis-servizz pubbliku? Kemm hemm oqsma differenti li jixtri s-servizzi mingħandhom u kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn l-oqsma?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ ġew proċessati fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-1999 sal-lum?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet għat-turbini tar-riħ
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għat-turbini tar-riħ ġew aċċettati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11643 u jgħid minn kienu s-sindki u l-viċi sindki li servew kemm ilhom li ġew imwaqqfa l-kunsilli lokali, lokal b'lokal?
Jista' l-Ministu jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11395 u 10521 u jgħid kemm ġabet flus lejn il-pajjiż bix-xogħol li kienet qed tagħti bħala servizz lill-klijenti tagħha barranin li kienu jagħmlu użu mill-istess servizzi li kienet toffri t-Tarzna ta' Malta fil-perjodi ta' bejn 1970-1980, 1980-1990, 1990-2000 u bejn l-2000 u l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hi ta' natura kummerċjali u mhux solitament li tingħata. B'danakollu qed nagħti t-turnover totali mill-1971'l hawn li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11505, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li kif kienet ipproponiet il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità, karozzi reġistrati TFI ma jħallsux il-liċenzja tat-triq (road licence)?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi hu kkonfermat li l-proċeduri addottati mill-Finanzi sabiex vetturi ta’ persuni b’diżabilità jkunu eżentati mill-ħlas dovut fuq il-liċenzja tat-triq, ġew maqbula flimkien mal-Kummissjoni Nazzjonali b’Persuni b’Diżabilità (KNPD).
Kunsill Lokali — stedina li s-sindku ma jkunx jista' jattendi għaliha
Question
Jista' l-Prim Ministru jispjega il-proċedura li jrid jaddotta kunsill meta ssir stedina lis-sindku tiegħu u dan is-sindku minħabba xi raġuni jew oħra ma jkunx jista' jattendi, min suppost jattendi minflok is-sindku? Is-sindku kemm għandu javża minn qabel li ma jistax jattendi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ma teżisti l-ebda dispożizzjoni statutorja dwar kif issir id-delega mis-Sindku lill-Viċi Sindku biex jattendi minfloku għal stediniet li huwa jkollu.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġi mħejji Protokol Lokali li jirregola l-preċedenza tal-Presidenti tar-Reġjun, is-Sindki, Viċi Sindki u Kunsillier Lokali. Fost affarijiet oħra l-materja msemmija mill-Onorevoli Interpellant ser tkun speċifikament indirizzata anke permezz ta’ formola tad-delega li s-sindku jkun irid jimla’.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi makkinarju li jara li x-xogħol li suppost ikun qed jagħmel is-segretarju eżekuttiv tal-kunsilli lokali jkun qed jagħmlu sewwa?