Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' iktar ħaddiema fis-servizz tal-home help? Meta beħsiebhom jdaħħlu iktar ħaddiema? Dawn il-ħaddiema li jdaħħlu jingħataw taħriġ neċessarju jew le? Kemm ikun twil u fiex jikkonsisti it-taħriġ li jingħataw? Jistgħu japplikaw irġiel biex jidħlu f'dan il-job?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa jinħtieġu 30 helper addizzjonali għas-servizz tal-home help. L-ewwel grupp ta’ Part Time Social Assistants ġew impjegati fit-3 ta’ Diċembru 2009. Dawn il-ħaddiema jingħataw informazzjoni dwar kif għandu jingħata is-servizz u jkunu kontinwament issapportjati mis-supervisor ta’ l-area fejn ikunu jaħdmu. Għalkemm ma jkunux utilizzati fis-servizz tal-Home Help l-irġiel xorta jistgħu japplikaw bħala Part Time Social Assistants u dawn jaqdu dmirijiet f’San Vinċenz de Paul jew fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għalqa li hemm tifred u taqsam it-triq E.B. Vella fil-Mosta hemmx il-ħsieb li tinfetaħ biex allura titkompla l-istess triq imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li l-għalqa in kwistjoni, u li trid tgħaddi t-triq minnha, hija privata u taqa' wkoll f'żona ta' żvilupp urban, l-obbligu li jifforma t-triq huwa fuq sid l-art meta dan jiddeċiedi li jiżviluppa l-art tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull meta jkun hemm ingaġġ fil-Armata Maltija? L-ingaġġ isir b'mod regolari, jew isir skond il-ħtieġa? Kemm huwa twil il-kors sabiex wieħed jingaġġa ruħu bħala suldat u x'inuma l-entry qualifications neċessarji? Meta hemm il-ħsieb li jerġa' jsir ingaġġ ieħor sabiex jidħlu suldati fl-Armata Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’Jannar li għadda beda l-ingaġġ ta’ 58 rekluta. Dan huwa t-tieni nofs ta’ grupp ta’ madwar 120 ruħ li inizjalment għaddew il-proċess ta’ l-għażla s-sena l-oħra, u fejn l-ewwel grupp ta’ 53 temmew it-taħriġ tagħhom fis-16 ta’ Diċembru 2009.
Minbarra dan fit-8 ta’ Jannar għadha kif ġiet ippublikata sejħa oħra għal 40
gunner
rekluta ġodda kif ukoll sejħa għal kadetti. Dawn għandhom jagħmlu tajjeb għal dawk is-suldati li ser jirtiraw biż-żmien din is-sena. Huwa maħsub li mis-sena 2011 ’l quddiem jibda isir reklutaġġ kull sena.
Il-kandidati prospettivi jridu jgħaddu minn eżami kompetittiv tal-kitba fl-Ingliż, il-Matematika u l-Malti minbarra li joqgħodu għal eżami fiżiku, eżami mediku u intervista. Il-kors bażiku tat-taħriġ huwa twil madwar erba’ xhur.
Dipartiment tal-Anzjani — spettorat biex iżur id-djar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta’ l-Anzjani għandux spettorat biex iżur regolarment id-djar ta’ l-anzjani (tal-Gvern, Knisja u tal-privat) u jassigura li s-servizzi f’dawn id-djar qed jingħataw b’mod professjonali? Jekk hemm spettorat, kemm kien hemm djar ta’ l-anzjani li saritilhom spezzjoni mis-sena l-oħra sal-lum? X’konklużjonijiet waslu għalihom l-inspectors? Jista’ jindika wkoll l-istandards li qegħdin jimxu fuqhom il-Kapijiet ta’ dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li d- Dipartiment Għal Standards Dwar Is–Servizzi tas-Saħħa fi ħdan id-Divizjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika, għamel spezzjonijiet fid-Djar kollha ta’ l-Anzjani li jinkludu dawk tal–Knisja, tal-privat u tal-Gvern. In-numru tad-djar li gew spezzjonati jammonta għal 37.
Id-djar kollha qed joperaw f’ambjent adekwat u qed jagħtu kura adekwata. Minkejja dan bgħatna rekomandazzjonijiet lid-djar bil-għan biex ikomplu jgħollu l-kwalità ta’ servizz li qed jagħtu.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13119
Kuntratturi u importaturi tal-mediċini — flus b'lura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus b'lura u kif tela' dan id-dejn, sena b'sena mal-kuntratturi u importaturi tal-mediċini? Minn meta beda tiela' dan id-dejn, kemm ilu u kemm hu l-ammont?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont ta’ flus dovut lill-kuntratturi u importaturi tal-medicini fl-aħħar ta’ Novembru 2009 kien 15.18 miljun ewro. Dan l-ammont tela’ kif jidher hawn taħt:
Sena
Ammont
(Ewro – Miljun)
2009
14.8
2008
0.1
2007
0.03
2006
nil
2005
0.02
2004
0.01
2003
0.02
2002
nil
2001
nil
2000
nil
Qabel 2000
0.2
Mill-figuri ta’ hawn fuq jidher li l-ammont dovut għas-snin qabel l-2009 niżel għal madwar 2.5% tat-total. L-ammonti dovuti ta’ qabel l-2009 jinkludu talbiet għal pagamenti li kienu kontestati.
ħlas għall-pjanti, proposti u suġġerimenti għall-Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-Gvern f'dawn l-aħħar 20 sena sabiex jkun jista' jagħmel pjanti, proposti u suġġerimenti ta' kif għandu jinbidel u jinbena mill-ġdid Bieb il-Belt u l-pjanijiet kollha ta' tisbiħ u rranġar tal-Belt Kapitali tagħna, inkluż dak li jibni parlament ġdid fil-daħla tal-Belt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Gvern tul dawn l-aħħar għaxar snin, minn 1999 sal-2009, f'manutenzjoni tas-swar Maltin? B'dawn il-flus kemm-il kilometru ta' swar irrestawra? Kemm jistma li għandu bżonn flus biex ikun jista' jirrestawra l-kumplament tas-swar? Meta kien l-aħħar rapport li kkummissjona biex jara l-istat eżistenti tas-swar Maltin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li bejn l-1999 u l-2009, it-Taqsima tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru
għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għamlet xogħol ta' restawr fuq dawn il-ħamsa u għoxrin
post kif ġej.
· Il- Victoria Lines fix-Xagħra ta Bingema (500m)
· Il-Victoria Lines f’Wied Faham (500m)
· Id-Dwejra Lines Stop Wall u Musketry Gallery (200m)
· Is-swar tal-Land Front Ta’ L-Isla bil-Bieb Principali ta’ Sant’ Anna
· Il-Bieb Principali u l-Curtain Wall (minn wara) ta’ Sant’ Elena (Bormla)
· Polverista Curtain, Bormla (50m)
· Is-Sur ta’ Santa Barbara (Valletta) (100m)
· Is-Sur tal-Falsabraga (Floriana) (100m)
· Parti mit-tenaille trace tal-Forti Ricasoli (100m)
· Iċ-casemates ta’ Polverista Curtain Floriana
· Is-saqaf tal-Barracks ta’ Fort Rinella
· Il-Bieb Principali tal-Imdina
· Il-bieb tal-Griegi l-Imdina
· Portes des Bombes, Floriana
· Parti minn Quarantine Bastion, Floriana
· It-Torri u l-Batterija ta’ San Tumas
· Il-Bini tal-Gardjola ta’ St John Bastion, Valletta (Hastings)
· It-Torri tal- Lippija
· It-Torri tal-Hamrija
· It-Torri Ta’ San Giljan
· It-Torri ta’ Ghajn Tuffieha
· Il-Bockhouse tal-Batterija tal-Mellieha
· Il-Batterija ta’ Pembroke
· Parti interna mill-Batterija tad- Della Grazie, Xaghra
· Is-swar tal-Floriana li jaghtu fuq il-Valletta Water front (inzklu rock-bolting u twaħħil ta’ netting).
Dan ix-xogħol ma jinkludix diversi interventi ripetuti ta’ tindif u tneħħija ta’ ħaxix ħażin minn diversi swar madwar il-Belt, il-Furjana, l-Imdina u postijiet oħra.
L-ispiża fuq dawn ix-xogħlijiet komplessivament kienet tlaħħaq madwar Euro 7,000,000.
Bħalissa qiegħed isir restawr fuq erba' siti, liema xogħol huwa ko-finanzjat mill- ERDF 2007-2013 dawn is-siti huma:
· Is- swar kollha taċ-Cittadella Ghawdex
· Is-swar kollha tal-Birgu
· Is-swar tal-landfront tal-Belt Valletta,
· Parti sostanzjali mis-swar ta’ l-iMdina
Dan ix-xogħol li qed isisr huwa stmat li jinvolvi spiża ta’ madwar Euro 36,000,000. Dawn ix-xogħlijiet jammontaw għal madwar 10% tas-swar kollha li għandna Malta. Għaldaqstant l-ispiża biex jiġu restawrati il-kumplament tas-swar ta` Malta u Għawdex, abbażi ta’ dawn il-figuri, tkun tlaħħaq ‘il fuq minn Euro 345,000,000 jekk wieħed jassuni li jirid isir intervent fuq kull part tas-swar ta' pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru boroż ta' demm bejn Settembru 2008 u Settembru 2009? Jista' jgħid normalment kemm tkun id-domanda għad-demm f'sena kalendarja u kemm jiġbor demm il-bank tad-demm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 2008 u Settembru 2009 inġabru 15,335 boroż demm. Il-medja ta’ boroż demm li jinġabru f’sena hija bejn 14,000 u 15,000 borża. Fis-sena 2006 inġabru 14,408 borza, fl-2007 inġabru 14,125 borża u fl-2008 inġabru 14,810 borża. Bil-ġenerożita tal-poplu Malti u Għawdxi, s'issa il-bank tad-demm qed jiġbor biżżejjed demm biex ikopri l-bżonnijiet ta’ Malta u Għawdex. Nappella minn hawn għal aktar donaturi regolari sabiex il-Bank tad-Demm itejjeb ir-riżerva tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna nimportaw demm biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda li l-pajjiż ikollu bżonn jew jekk aħna bħala pajjiż ikollniex donazzjonijiet ta' demm biżżejjed biex naqdu d-domandi li jkollu l-pajjiż?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li qatt ma kien hemm il-ħtieġa li nimpurtaw demm biex inlaħħqu mad-domanda. S’issa dejjem konna self sufficient u l-pjan huwa li inkomplu hekk filwaqt li dejjem intejbu il-kwalità u s-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti bil-CAPD (Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis) fuq bażi ta' out patients? Kemm hemm pazjenti li għamlu dialysis fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Novembru 2009 kien hawn 112-il pazjent li kienu qegħdin jingħataw trattament ta’ CAPD fuq bażi ta’ outpatients. Bejn Jannar u Settembru 2009 kien hemm 174 pazjent li għamlu użu mill-haemodialysis fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu d-duty bażiku ta' suldat fl-Armata Maltija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-duty bażika ta’ kull suldat hija li jkun mħarreġ f’livell li jkun jista’ jifforma parti minn Unit f’emerġenza jew operazzjoni militari. Għaldaqstant, suldat għandu jkun fiżikament u medikament f’saħħtu u jkun kunfidenti f’użu ta’ armi u fid-drill u jaf postu fil-Unit li fih ikun qiegħed jaħdem.
Minbarra dan, kull suldat għandu l-ispeċjalità tiegħu li tista’ tkun kemm b’konnessjoni militari, bħal ma hu
Infanteer
,
Marine Engineer Driver
,
Rescuer
jew etċ, jew ta’ sengħa partikolari bħalma hu
Carpenter
,
Electrician
eċċ.
Jista l-Prim Ministru jgħid kif l-annual increments li hemm għas-suldati fl-Armata jiġu postponed, differed jew withheld ? Jekk suldat minħabba raġunijiet mediċi bħal operazzjonijiet partikolari ma jkunx jista' jagħmel ċertu attività bħal ġiri u sparar, dan jiġi mċaħħad minn dawn l-annual incriments? Jekk jiġi mċaħħad minn dawn l-annual increments dawn jibqgħu intitolati li jieħdu l-paga sħiħa u ma jsir l-ebda tnaqqis mill-paga bażika? F'dan il-każ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja jeħduha wkoll jew jekk jieħdu l-increments din ma jeħduhiex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Annual Increments li hemm għas-suldati jistgħu jiġu postponed, deferred jew withheld kif spjegat f’direttiva lis-suldati kollha permezz ta’ AFM General Order ippubblikata fl-24 ta’ Marzu 2009 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jekk suldat ma jkunx jista’ jagħmel ċertu attività minħabba raġunijiet mediċi, dan normalment ikollu l-
Increment
pospost sakemm jerġa’ jkun tajjeb għal dawn l-attivitajiet, fejn l-
Increment
jingħata b’lura. Dan sakemm ma jkunx qabeż sena, li f’dak il-każ jitlef l-
Increment
ta’ dik is-sena.
Jekk wieħed jiġi mċaħħad minn
Annual Increment
, wieħed jibqa’ jirċievi l-paga bażika tiegħu iżda mingħajr dan l-
Increment
. L-individwu xorta waħda jkun intitolat għaż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti għall-iskejjel tal-lingwi jew xi skejjel privati oħrajn? Kemm hawn attwalment skejjel/institutes/kulleġġi reġistrati li jistgħu jagħtu xi tip ta' tagħlim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Applikazzjonijiet pendenti għall-iskejjel tal-lingwa Ingliża bħala lingwa barranija, fil-preżent hemm tlieta (3). Filwaqt li skejjel li jistgħu jgħallmu l-lingwa Ingliża bħala lingwa barranija hawn reġistrati wieħed u ħamsin (51).
Għar-rigward ta’ skejjel privati oħra, hemm applikazzjoni waħda pendenti għal skola privata.
L-iskejjel reġistrati huma kif ġej:
Skejjel tal-Knisja - 56
Skejjel Indipendenti Privati - 26
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru u ġew reċiklati tunnellati ta' fliexken tal-plastik bejn Jannar u Settembru 2009? Jaf li ftit passi 'il bogħod ġewwa Sqallija għadhom jintużaw kemm il-basktijiet tal-plastik għal kull ħaġa li tixtri u kif ukoll il-flixken tal-ħġieġ meta tmur tixrob luminata f'xi ħanut? Jista' jgħid jekk il-pożizzjoni ta' Malta li nagħmlu użu minn fliexken tal-plastik tistax tiġi riveduta u evalwata sabiex naraw jekk jaqblilniex bħala pajjiż mil-lat ambjentali nkomplu nużaw din is-sistema jew nagħmlu użu minn xi sistema oħra? Jekk sar xi studju dwar dan, jista' l-Ministru jippubblika dan l-istudju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta' Settembru 2009 inġabru u ġew riċiklati 570 tunnellata ta' fliexken tal-plastik. Ninforma l-Onorevoli Membru li peress li Malta illum tħadda suq ħieles l-użu tal- fliexken tal-ħġieġ mhux prerogattiva tal-Gvern. Il-produttur għandu l-libertà kollha li jagħmel użu mill-materjal li jrid hu biex jippakkeġġja l-prodott tiegħu.
Dipartiment ta’ l-Anzjani — spettorat biex iżur id-Djar ta’ l-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta’ l-Anzjani għandux spettorat biex iżur regolarment id-Djar ta’ l-Anzjani (tal-Gvern, Knisja u tal-privat) u jassigura li s-servizzi f’dawn id-djar qed jingħataw b’mod professjonali? Jista’ jindika wkoll l-istandards li qegħdin jimxu fuqhom il-kapijiet u l-impjegati li jaħdmu f’dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li kull dar tal-anzjani tal-Gvern, Knisja jew privat hija liċenzjat wara li ssir spezzjoni li ssir kull sena mid-Dipartiment tal-Istandards tas-Servizzi tas-Saħħa fi ħdan id-Divizjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika.
Il-kriterji u l-istandards li jintużaw japplikaw għad-djar ta’ l-anzjani kollha jigifieri kemm dawk tal – knisja, privati kif ukoll dawk tal- Gvern.
Id- djar għandhom jkunu konformi mal- liġijiet u regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l-iġeni tal-ikel. Id-djar iridu jinżammu indaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Irid ikun hemm dawk il- faċilitajiet fid-djar biex jiġi assigurat l-għoti ta’ kura neċessarja u t-tqassim tal – mediċina preskritta.
L- ambjent fid- dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r- resident ikollu l- privatezza, sigurità, rikreazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jipparteċipa soċjalment.
Min imexxi d- dar għandu dmir li jieħu dawk il- miżuri kollha biex jevita r- riskju ta’ xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu lir- residenti.
Kull dar ta’ l-anzjani għandha jkollha tabib li jkun jista’ jiġi imsejjaħ skond il-bżonn u li jinkludi f’kaz ta’emerġenza
L-istandards jinkludu wkoll dawk għal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-faċilitajiet fid-djar f’kaz ta’nar
Biex dar tibda topera irid ikollha l-liċenzja maħruga mid-Dipartiment tas-Saħħa wara li jkun hemm il-permessi neċessarji tal – MEPA u tal - KNPD.
standards nazzjonali ta' servizz lill-anzjani ġo homes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħolqux standards nazzjonali ta' servizz li kull anzjan għandu jistenna, ikun f'liema home ikun, irrelevanti jekk tkunx tal-Gvern jew privata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-kriterji w l-istandards japplikaw ghad-djar ta’ l-anzjani kollha jigifieri kemm dawk tal – knisja, privati kif ukoll dawk tal- Gvern.
Id- djar ghandhom jkunu konformi mal- ligijiet u regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l- igeni tal- ikel. Id-djar iridu jinzammu ndaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Irid ikun hemm dawk il- facilitajiet fid-djar biex jigi assigurat l-ghoti ta’ kura necessarja u t-tqassim tal – medicina preskritta.
L- ambjent fid- dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r- resident ikollu l- privatezza, sigurita’, rikreazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jippartecipa socjalment.
Min imexxi d- dar ghandu dmir li jiehu dawk il- mizuri kollha biex jevita r- riskju ta’ xi incidenti li jistghu jinqalghu lir- residenti.
Kull dar ta’ l-anzjani ghandha jkollha tabib li jkun jista’ jigi imsejjah skond il-bzonn u li jinkludi f’kaz ta’emergenza
L-istandards jinkludu wkoll dawk ghal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-facilitajiet fid-djar f’kaz ta’nar
Biex dar tibda topera irid ikollha l-licenzja mahruga mid-Dipartiment tas-Sahha wara li jkun hemm il-permessi necessarji tal – MEPA u tal - KNPD.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet ta' organi matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-donazzjoni ta’ organi bejn Jannar u Settembru 2009 kien kif jidher hawn taħt:
Kliewi: 4 ingħataw lil pazjenti Maltin
2 ingħataw lil pazjenti fl-Italja
2 ingħataw lil pazjenti fir-Renju Unit
Fwied: 5 ingħataw lil pazjenti fl-Italja
1 ingħata lil pazjent fir-Renju Unit.
Matul l-istess perjodu kien hemm 13-il trapjant ta’
corneas
lil pazjenti Maltin.
donazzjonijiet ta' organi li ntużaw minn pazjenti Maltin jew barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna donazzjonijiet ta' organi li ntużaw minn pazjenti Maltin u kemm minnhom intbagħtu barra minn Malta biex jintużaw minn pazjenti barranin? Jista' jindika f'liema pajjiż marru dawn l-organi? Jista' jgħid ukoll kemm ġabu organi minn barra biex ikunu jistgħu jinqdew pazjenti Maltin tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa hawn taħt.
Sena
Tip ta’ Organu
Ammont
Pajjiz fejn intużaw l-organi
2005
Kliewi
5
Malta
Fwied
4
Italja
Qalb
1
Malta
Qalb
2
Italja
Cornea
10
Malta
2006
Kliewi
12
Malta
Kliewi
4
Italja
Fwied
10
Malta
Qalb
1
Malta
Qalb
2
Italja
Cornea
12
Malta
2007
Kliewi
5
Malta
Kliewi
1
Italja
Qalb
1
Malta
Cornea
4
Malta
2008
Kliewi
8
Malta
Kliewi
2
Italja
Fwied
4
Italja
Cornea
6
Malta
2009 (sa Novembru)
Kliewi
4
Malta
Kliewi
2
Italja
Kliewi
2
Renju Unit
Fwied
4
Italja
Fwied
1
Renju Unit
Cornea
9
Malta
Matul dan il-perjodu ma kienx hemm organi li nġabu minn barra. Iżda kien hemm diversi pazjenti Maltin li sarulhom trapjanti barra minn Malta.