Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fil-parti l-ġdida tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid għal-liema skop partikolari se jsir din il-binja il-ġdida? Kemm huwa stmat li ġejja tiswa u kemm huwa stmat li ddum tinbena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li x-xogħol fil-parti l-ġdida tal-Isptar Mater Dei huwa ppjanat li jibda wara li jintemm il-proċess tat-tender għall-iskavar tas-sit. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni huwa għaddej bħalissa.
L-iskop taċ-ċentru ġdid tal- onkoloġija huwa li jservi bħala faċilità għall-kura tal-kanċer. Huwa stmat li dan iċ-ċentru ser jiswa madwar 48 miljun ewro eskluż il-VAT.
Huwa mistenni li ċ-ċentru jitlesta sas-sena 2013.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsiru arranġamenti mal-pulizija ħalli dawk il-ħaddiema li llum qed jipparkjaw fiż-żona li se jsir ix-xogħol fuqha issa li huwa pjanat li jibda ix-xogħol fiha jibdew jipparkjaw x'imkien ieħor? Huwa ppjanat li l-binja l-ġdida se tirrikjedi parking għall-ħaddiema li llum qed jagħmlu użu mill-għalqa preżenti u għall-ħaddiema ġodda li jridu jiżdiedu biex jagħtu s-servizzi f'dan l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li qed jittieħdu passi sabiex il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei li llum qed jipparkjaw fis-sit temporanju fejn se jinbena ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ikollhom faċilitajiet alternattivi għall-ipparkjar.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li ħarġu bis-sick matul is-sena skolastika 2008/2009? Kemm minn dawn it-tfal ħarġu b' ġurnata, jumejn, tlett erbat, jew iktar minn ħamest ijiem sick matul din is-sena? Tista' tgħid ukoll minn liema lokalità dawn it-tfal ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ħaddiema bis-sick leave matul Jannar sa Diċembru 2009? Jista' jiddentifika kemm damu bis-sick leave dawn il-ħaddiema u f'liema oqsma kienu jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru ma jkollux statistika ta’ ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave, iżda statistika dwar in-numru ta’ ħaddiema li pproduċew talba għall-Benefiċċju tal-Mard. In-numru ta’ dawn il-ħaddiema għas-sena 2009 kien ta’ 52,095.
Inżid ukoll illi ma tinżamx statistika mid-Divizjoni li turi kemm kien iż-żmien li dawn il-ħaddiema damu bis-
sick leave
u lanqas f’liema oqsma kienu jaħdmu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti Maltin li ħadu STEPS Scholarships matul is-sena 2009? F'liema universitajiet dawn l-istudenti marru jistudjaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew offruti scholarships f'suġġetti differenti matul is-sena 2009? Kemm kien hemm scholarships li baqa' ma applika ħadd għalihom jew kollha ġew magħżula u kollha applikaw għalihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2009 ingħataw 180 borża ta’ studju taħt l-iskema Strategic Educational Pathways Scholarships, (STEPS).
Taħt l-iskema
Malta Government Scholarships Scheme,
(MGSS), ingħataw total ta’ 147 borża ta’ studju matul l-istess sena, imqassmin b’dan il-mod:
Malta Government Scholarship Scheme 2009
Livell tal-Kors
Numru ta’ Boroż ta’ Studju
Post-Graduate
47
Under-Graduate
100
Għall-iskemi STEPS u MGSS jiġu allokati ammonti ta’ flus u mhux boroż ta’ studju.
L-applikanti jistgħu japplikaw għal borża ta’ studju fis-suġġett illi jixtiequ u l-flus jittieħdu mill-fondi allokati.
Flus ivvotati biex jgħinu lill-istudenti li ħadu scholarship
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ivvotati flus biex jgħinu lill-istudenti li ħadu scholarship matul 2009 u meta sejrin jingħataw dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2009, ġew ivvutati dawn l-ammonti ta’ flus f’boroż ta’ Studju:
Strategic Educational Pathways Scholarships
(STEPS)
1. L-Ewwel Sejħa € 1,532,470
(29 ta’ Jannar – 6 ta’ Marzu 2009)
2. It-Tieni Sejħa € 2,488,939
(1 ta’ Mejju – 15 ta’ Ġunju 2009)
Total ta’ €4,021,409
Malta Government Scholarships Scheme
(MGSS)
1. Post-Graduate €466,000
Fir-rigward tal-livell
Undergraduate
ta’ l-iskema MGSS, il-flus li jingħataw f’boroż ta’ studju jinħarġu mill-fond amministrat mill-
iStudents’ Maintenance Grants
Board, kif stabbiliet fir-raba’ parti ta’ l-Avviż Legali 372 tat-2005.
Matul is-sena 2009 tħallsu €307,285.62 f’boroż ta’ studju għall-istudenti
Undergraduate
. L-ammont mogħti lill-istudenti fil-livell
Undergraduate
ta’ l-MGSS ma jinkludiex 11-il borża ta’ studju li għadhom pendenti minħabba li għad ma waslitx il-verifika mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki
Total ta’ € 4,794,694.62
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat li joħorġu iktar scholarships matul is-sena 2009/2010 u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2009/2010, ser ikun hemm dawn is-sejhiet għal Boroż ta’ Studju:
STEPS (
Strategic Educational Pathways Scholarships
)
(a) 1 ta’ Novembru u li għalqet fil-15 ta’ Jannar 2010.
(b) 1 ta’ Mejju 2010 u tagħlaq fil-15 ta’ Ġunju 2010.
(c) 1 ta’ Novembru 2010 u tagħlaq fil-15 ta’ Jannar 2011.
Taħt l-iskema STEPS jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jkomplu għal Masters (
full-time, part-time u distance learning
) u Dottorat (
full-time
biss) fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni,
skills mismatch
, xjenza u teknoloġija.
MGSS (
Malta Government Scholarship Scheme
)
(a)
Post-Graduate
– skem li tiftaħ f’Ġunju 2010
Taħt l-iskema
Post-Graduate
, jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jkomplu
Masters
(
full-time
,
part-time
u
distance learning
) u Dottorat (
full-time
,
part-time
u
distance learning
) fl-oqsma kollha minbarra x-xjenza u t-teknoloġija.
(b)
Under-Graduate
– skema li tiftaħ f’Lulju/Awwissu 2010.
Taħt l-iskema
Under-Graduate
, jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jġibu l-ewwel
degree
rikonoxxuta f’diversi oqsma offruti f’istituzzjonijiet privati jew ċentri ta’ tagħlim liċenzjati f’Malta jew istituzzjonijiet barranin.
MAS (
Malta Arts Scholarships
)
(a) skema li preżentament hi miftuħa u tagħlaq fit-30 t’April 2010.
Taħt din l-iskema jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jispeċjaliżżaw fl-oqsma kollha ta’ l-arti bħat-teatru, l-mużika, żfin, id-disinn, il-kitba kreattiva, il-film jew l-arti viżiva.
Jista' l-Ministru jgħid meta daħlet il-liġi u/jew ir-regolamenti l-ġodda dwar it-tipjip, jew aħjar nuqqas ta' tipjip fil-bars u ristoranti Maltin? Jista' jgħid kemm-il raid għall-għarrieda saru minn pulizija f'postijiet pubbliċi biex jaraw min għadu jpejjep f'dawn il-postijiet u kemm fil-fatt inqabdu nies u weħlu multi minn meta ddaħħlet din l-liġi/regolamenti ġodda sal-lum?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-Regolamenti dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi ġew fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2004 permezz ta’ l-Avviż Legali numru 414 ta’ l-2004. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet kontinwament dwar dan l-abbuż, fil-fatt minn meta ġew fis-seħħ dawn ir-Regolamenti, sa l-aħħar tal-2009, il-pulizija qabdet 7,729 persuna jpejpu f’postijiet fejn it-tipjip huwa projbit.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx iktar applikanti li jixtiequ jibdew iġorru l-mejtin bis-sistema l-antika tal-karru tal-mejtin u biż-żiemel? Kemm fil-fatt hemm min huwa interessat li jibda jagħti dan is-servizz u kemm fadal biex il-permessi ta' dawn il-karrijiet jingħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permessi għall-ġarr tal-mejtin bis-sistema l-antika tal-karru tal-mejtin biż-żwiemel huma miftuħin.
Transport Malta rċeviet seba' applikazzjonijiet u dawn kollha ngħataw permess.
ħajt mibni madwar kull għalqa li tmiss ma' triq pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex veru li teżisti liġi li tesiġi li kull għalqa li tmiss ma' triq pubblika għandu jkollha ħajt li jdawwarha? Jista' jgħid jekk sarx xi studju sabiex juri kemm fadal għelieqi li għad m'għandhomx dan il-ħajt mibni fiċ-ċirkonferenza? Veru jew mhux veru li hemm pieni f'multi ta' flus għal dawk li għadhom ma bnewx dan il-ħajt? Kemm hawn għelieqi li għad m'għandhomx dan il-ħajt mibni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il monument hawn storjat ġo xi garage bħalma hu l-Monument tas-Sette Giugno? Jista' jgħid jekk sakemm dan il-monument qiegħed storjat sarulux spezzjonijiet minn esperti biex jaraw jekk għandux bżonn manutenzjoni fuqu jew tiswijiet neċessarji ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-monumentt tas-Sette Giugno hu l-uniku monument li qiegħed jinżamm fl-imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Iva, diġà saret spezzjoni minn restawraturi mqabbda mill-VRP biex jevalwaw il-ħteġijiet ta' restawr u/jew tiswijiet neċessarji u mistenni li x-xogħlijiet identifikati biex jirrimedjaw dawn il-ħtegijiet jkunu esegwiti fuq is-sit fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw prosthesis - f'irkopop u hips artifiċjali biex jintużaw għall-hip u knee replacment- kull konsulent li hemm fid-Dipartiment tas-Saħħa matul is-snin 2007, 2008 u sa Settembru 2009? Jista' jgħid kemm-il konsulent tal-ortopedija għandna fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jgħid kemm tiswa kull parti ta' prosthesis u kemm allura jiġu ordnati kull sena mid-Dipatiment tas-Saħħa u mid-Dipartiment tal-Ortopedija f'Malta u Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prostheses li jintużaw fl-Isptar Mater Dei għal Hip u Knee replacements ma jingħatawx lill-konsulenti tal-ortopedija imma dawn jintużaw skond il-bżonn. Għaldaqstant in-numru totali ta’ Knee u Hip replacements li saru fis-snin 2007 u 2008 u bejn Jannar u Settembru 2009 fl-Isptar San Luqa/Mater Dei jidhru fit-tabella hawn taħt:
Source:
Surgical Operations Register SLH/MDH
Numru ta' Interventi
Operazzjoni
2007
2008
Jan-Sep 2009
Total Knee Replacement (includes unicondylar replacement)
223 (includes 22 bilateral)
226 (includes 16 bilateral)
215
Revision of Knee Replacement
10
10
7
Total Hip Replacement
62
56
78
Revision of Hip Replacement
13
9
4
In-numru ta’ konsulenti tal-ortopedija matul dan il-perjodu kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ konsulenti
2007
6
2008
6 fl-ewwel nofs tas-sena
5 fit-tieni nofs tas-sena
2009
7 fl-ewwel nofs tas-sena
6 fit-tien nofs tas-sena
Il-
prosthesis
tal-
hip implant
tiswa bejn €710 u €900 u dan jiddependi mit-tip ta’
hip replacement
. Il-
prosthesis
tal-
knee implant
tiswa bejn €502 u €1211 u ukoll jiddependi mit-tip ta’
knee replacement
.
Rigward in-numru ta’
prostheses
li intuzaw f’Għawdex jekk jogħgbok irreferi din id-domanda lil Gozo General Hospital.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jistma li tiġi tiswa kull operazzjoni ta' hip u knee replacement? Kemm saru b'mod globali minn dawn l-operazzjonijiet matul is-sena 2007, 2008 u sa Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ hip u knee replacements kien kif jidher hawn taħt:
Source: Surgical Operations Register
Numru ta' Interventi
Numru ta' Interventi
Numru ta' Interventi
Operazzjoni
2007
2008
Jan-Sep 2009
Total Knee Replacement
223 (includes 22 bilateral)
226 (includes 16 bilateral)
215
Revision of Knee Replacement
10
10
7
Total Hip Replacement
62
56
78
Revision of Hip Replacement
13
9
4
L-istima ta’ kemm tiġi tiswa kull tip ta’ operazzjoni tiġi żvelata fil-ħin opportun.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jistgħu jiġu aċċettati kumpaniji li jieħdu kuntratti mal-Gvern meta l-istess kumpaniji jagħmlu waħda mill-kondizzjoni lill-impjegati li jkunu sejrin jimpjegaw magħhom li ma jistgħux jidħlu ġewwa union għaliex inkella jkeċċuhom? Kif nistgħu naċċettaw dawn il-kundizzjonijiet li jiċħdu drittijiet bażiċi tal-ħaddiema li jħaddmu magħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ħaddiem għandu l-protezzjoni tal-liġi ndustrijali u ma jistax jitkeċċa sempliċiment għax ikun imsieħeb f’union.
F’każ li xi ħadd jiġi mkeċċi mix-xogħol għal xi raġuni li ma tinħassx li tkun ġustifikabbli, l-Liġi tipprovdi li l-ħaddiem jista’ jirreferi l-każ tiegħu lit-Tribunal Industrijali. Jekk jinstab li l-ħaddiem ikollu raġun, it-Tribunal jista’ jordna lil min iħaddem iħallas kumpens għal-aġir illegali li jkun wettaq fil-konfront tal-ħaddiem. Dan minn barra li t-Tribunal jista’, jekk ikun hemm talba f’dan is-sens, jordna li l-ħaddiem jingħata ri-impieg.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jżid il-pillola EZETROL- ezetimibe 10 mg (pilloli għax-xaħam fid-demm) fil-lista ta' pilloli b'xejn fuq il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartment tas-Saħħa għandu talba biex il-mediċina Ezetimibe tiddaħħal fuq il-formularju u din it-talba qed tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet għall-iżvilupp sena b'sena mill-2003 sal-2009? Kemm hemm minn dawn l-applikazzjonijiet għadhom jistennew li joħroġilhom il-permess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-figuri mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u tinkludi l-
First Decisions
kollha inklużi applikazzjonijiet sospiżi u mhux attivi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li kienu qed jistennew is-servizz ta' home help matul ix-xahar ta Ottubru 2009? Jista' jgħid kemm kien hemm anzjani fl-istess perjodu li xtaqu jsaħħu jew iżidu s-servizz li kienu diġà qed jieħdu tal-home help billi l-helper iżżid is-servizzi tagħha minn darba għal darbtejn jew iżjed fil-ġimgħa lill-istess anzjani li diġà għandhom is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’Ottubru 2009 in-numru ta’ anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-Home Help kien 79. In-numru ta’ dawk l-anzjani li xtaqu jsaħħu jew iżidu s-servizz kien ta’ 26.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help fix-xahar ta Ottubru 2009? Jista' jgħid għaliex inħolqot din il-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’Ottubru 2009 in-numru ta’ anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help kien 79. Din il-waiting list inħolqot minħabba nuqqas ta’ helpers. Dan in-nuqqas qed jiġi indirizzat bl-ingaġġ ta’ helpers ġodda li ser jibdew jagħtu s-servizz tagħhom fil-ġranet li ġejjin.