Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema biex xi ħadd li jkun għadda minn esperjenza ta' ħabs u ma jkunx jista' jsib xogħol, japplika għaliha ħalli permezz tagħha jibda jaħdem x'imkien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi ħdan l-ETC teżisti Sezzjoni partikolari magħrufa bħala Supported Employment Section, minn fejn każi ta’ klijenti li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u jkollhom problemi ta’natura soċjali, fosthom ex-inmates, jingħataw attenzjoni aktar mill-qrib.
Tali klijenti huma eleġibbli għall-
Bridging the Gap Scheme,
skema li toffri perjodu ta’
Work Exposure
, fejn il-klijent jingħata l-opportunità jesponi l-kapaċitajiet tiegħu fuq post tax-xogħol qabel isir l-ingaġġ propju. Tul dan il-perjodu li normalment ikun ta’tmien ġimgħat, il-klijent jingħata
allowance
min-naħa tal-ETC ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali.
Barra minn hekk, suġġett għall-ċerti regolamenti u proċeduri tal-ESF, ingaġġ ta’
tali klijenti jista’ wkoll igawdi mill-Employment Aid Programme, fejn l-
eEmployer
jingħata sussidju ta’ 50% tas-salarju mħallas għall-perjodu ta’ sitt xhur u rifużjoni ta’ 50% tal-bolla tal-
N.I.
imħallsa minnu bħala
Employer
għall-perjodu ta’ sitt xhur ukoll.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għaddejjin bis-sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm hemm minnhom taħt il-25 sena? Jista' jgħid kif inumha mqassmin is-sentenzi tagħhom fuq perjodu ta' xhur u snin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri li qed jiskontaw is-sentenza tagħhom sal-20 ta' April 2010 kien ta' 415 li minnhom hemm 71 taħt il-25 sena. Infurmat ukoll li s-sentenzi huma mqassmin kif ġej:-
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm poġġew persuni għall-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) matul is-snin 2006/7/8/9? Tista' tgħid jekk dawk li poġġew għal dan l-eżami kenux Maltin jew jekk inkella kienx hemm barranin li kienu attendew u poġġew għal dan l-eżami?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istatistika tal-persuni li poġġew għall-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) matul is-snin 2006/07/08/09 hija kif jidher hawn taħt:
2006 316
2007 347
2008 401
2009 354
Poġġew għal dan l-eżami persuni Maltin kif ukoll persuni barranin.
Tista' l-Ministru tgħid jekk xi ħadd li jkun għadda mill-English as a Foreign Language, biex isir għalliem ħalli jgħallem l-Ingliż jistax jippreżenta dan iċ-ċertifikat bħala 'A' level jew jekk dan ċ-ċertifikat jitqiesx inqas minn jew għola minn 'A' level?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Xi ħadd li jkun għadda mill-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) jista’ jippreżenta dan iċ-ċertifikat bħala kwalifika alternattiva għall-Ingliż fil-Livell Avvanzat biex isir għalliem tal-EFL. Dan iċ-ċertifikat ma jitqiesx inqas jew ogħla minn ‘A’ Level għaliex iż-żewġ kwalifiki huma differenti minn xulxin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ikun il-persentaġġ ta' studenti li poġġew għall-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) u għaddew minnu matul is-snin 2006/07/08/09? Tista' tgħid jekk il-pass mark tkunx waħda fissa jew tinbidel skont il-livell ta' studenti li jpoġġu għalih, jiġifieri jekk jeżistix xi numru limitat ta' studenti li jkunu jridu jgħaddu u allura jekk dan in-numru ma jintlaħaqx il-pass mark tinżel imma jekk dan in-numru jkun iktar il-pass mark togħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persentaġġi ta’ studenti li poġġew għall-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) u li għaddew minnu matul is-snin 2006/07/08/09 huma kif jidher hawn taħt:
Sena
Persuni li poġġew għall-eżami tal-EFL
Persuni li għaddew
Persentaġġi ta’ kemm għaddew
2006
316
88
28%
2007
347
120
35%
2008
401
148
37%
2009
354
161
45%
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, il-
pass mark
ma tkunx waħda fissa u tinbidel skond il-livell ta’ studenti li jpoġġu għalih. Ma jeżisti ebda numru limitat ta’ persuni li jkunu jridu jgħaddu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule? Kemm daħlu anzjani ġewwa l-homes tal-Gvern matul is-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul daħlu 426 anzjani li minnhom 291 kienu fuq bażi permanenti u 135 daħlu għas-servizz ta’ respite. Matul l-istess żmien kien hemm 109 anzjani li daħlu fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern.
Sptar Mater Dei — pazjenti li qed jistennew interventi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li ġew operati b'mod globali ġewwa l-Isptar Mater Dei matul is-sena 2009? Jista' jikkategorizza dawn l-interventi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei kien hemm 38743 operazzjonijiet irreġistrati li saru fis-sena 2009, skont is-Surgical Operations Register. It-tabella hawn taħt tagħti n-numru irregistrati ikategorizzati skont it-tip tal-intervent.
Category (according to BUPA hospital Category) - Provisional
Sena 2009
Complex Major Op (CMO)
Major +
Major
Intermediate
Minor
Pending/ Unspec
Total
Total
1754
3241
5686
14325
13474
263
38743
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li għandhom problemi tal-irkoppa u li kienu għadhom jistennew li ssirilhom operazzjoni sa Diċembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti li għandhom problemi tal-irkoppa u li qegħdin jistennew li ssirilhom operazzjoni msemmija hawn taħt huma kif ġejjin:
Knee Replacement (includes unicondylar, bilateral): 2161
High Tibial Osteotomy: 118
Arthroscopy (Knee): 3148
Anterior Cruciate Ligament Surgery: 265
Huwa importanti li wieħed jkun mgħarraf li għadu qaddej proċess biex il-
waiting lists
tal-Ortopedija jiġu ċentralizzati u għalhekk jista’ jkun hemm xi varjazzjoni fil-figuri ikkwotati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru interventi tal-qalb matul is-sena 2009? Jista' jikkategorizza dawn l-interventi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Sena 2009
Category (according to BUPA hospital Category) - Provisional
Source: Surgical Operations Register, MDH
Complex Major Op (CMO)
Major
Intermediate
Minor
Total
Numru ta’ Interventi fuq il-qalb
1130
385
2308
20
3843
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ikel li jiġi importat f'Malta huwiex eżaminat minn persuni esperti f'Malta f'dan il-qasam, jew jekk l-awtoritajiet Maltin joqogħdux fuq iċ-ċertifikati li jagħmlu esperti minn fejn ikunu ġew il-prodotti? Kemm għandna esperti Maltin li x-xogħol tagħhom huwa li jaraw li l-ikel li jidħol f'Malta huwa ċertifikat u li huwa tajjeb għall-konsum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali huwa wieħed mid-dipartimenti responsabbli għal kontrol tal-importazzjoni tal-ikel f’Malta. Dipartimenti oħra jinkludi l-VRFCCD (Veterinary Regulation, Fisheries, Conservation Control Division.)
L-ikel jista’ jiġi minn pajjiżi tal-Unjoni Europea (UE) u minn pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea (UE). Meta l-ikel jiġi mill-UE, huwa meqjus bħala distribuzzjoni waqt li dak li gej minn pajjiżi oħra barra l-UE, huwa meqjus bħala importazzjoni.
Il-proċess għall-importazzjoni jirrikjedi li l-importatur ikun reġistrat bħala kummerċjant mal-Kummissjoni dwar is-Sigurta fl-Ikel. Is-Servizzi tas-Saħħa tal-Port fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali huwa responsabbli ghal kontroll tal-ikel li jiġi importat f’Malta. Ix-xogħol kollu li jinvolvi importazzjoni tal-ikel isir minn Spetturi tas-Saħħa fi ħdan is-seżżjoni tal-Port Health Services. Din is-sezzjoni hemm sitt spetturi (6), fi gradi differenti. Jintalab ċertifikat għall-kull konsenja mportata, li l-ikel huwa tajjeb għal konsum. Fuq bażi ta’ riskju, wara li ssir evalwazzjoni tal-prodott li jkun se jiġi importat titieħed id-deċiżjoni issirx spezzjoni tal-konsenja. L-ispezzjoni tinkludi ukoll it-tikketta tal-prodott. Hemm ukoll Regolamenti li jirregolaw l-għamla taċ-ċertifikat u l-informazzjoni meħtieġa u anka l-frekwenza tal-ispezzjonijiet.
Meta waqt spezzjoni jinqala’ il-każ, eżempju ikel immoffat jew infestat bid-dud, tali ikel, jinżamm biex finalment jiġi mormi. Meta jkun il-bżonn, jittieħdu kampjuni skond ir-Regolamenti jew skond proċeduri stabbiliti u jintbgħatu għall-analizi ġo laboratorju akkreditat.
Waqt li nfakkru li r-responsabilita’ tal-ikel hija dejjem tal-importatur, id-Dipartimenti jimxu fuq kriterji stabbiliti mill-liġi, jew fuq
standards
internazzjonali u għalhekk ix-xogħol ta’ dawn id-dipartimenti, huwa purament li jassigura l-osservanza ta’ dan.
Meta jkun hemm il-htieġa, l-evalwazzjoni ta’ riskju u il-kontroll mehtieġ biex tiġi stabbilikta is-sigurtà tal-ikel issir b’mod komprensiv mill-membri fi ħdan il- Kummissjoni dwar is-sigurtà fl-ikel.
Sptar Mater Dei — kwestjoni fuq persuna li ngħatat direct order
Question
Jista' l-Ministru jispjega kif, konsulent li kien ġie appuntat b'direct order f'Ottubru 2008 biex jaħdem fuq eżerċizzju ta' cost accounting fl-Isptar Mater Dei, liema eżerċizzju kellu jieħu inqas minn sitt xhur għal nefqa totali ta' €23,000, u dan skond tweġiba għal mistoqsija parlamentari 6835 tas-sena 2009, fil-fatt baqa' għaddej b'dan l-eżerċizzju sal-lum, sena u tliet xhur wara? Jista' l-Ministru jindika kemm se jdum għaddej dan l-eżerċizzju u kemm se jkun qam finalment lill-poplu Malti u jekk għadux jaqa' fil-kompitu ta' direct order issa li għaddew sena u tliet xhur?
Jista' l-Ministru jikkonferma li dan l-istess individwu ġie appuntat b'kuntratt ieħor ta' direct order biex jaqdi dmirijiet bħala kap tal-Financial Monitoring and Control Unit fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jindika kemm dan it-tieni kuntratt ta' direct order qed jiswa u x'inhi r-raġuni għala ma ħarġitx sejħa biex jimtela dan il-post vakanti?
Jaħseb il-Ministru li dawn iż-żewġ kuntratti huma ta' konflitt ta' interess għall-persuna indikata, meta r-rwol tal-Financial Monitoring and Control Unit huwa li jservi ta' kontroll għal units oħra fid-dipartiment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Konsulenti ġew appuntati biex jaħdmu fuq eżercizzju ta’ cost accounting għas-sena 2008 f’ Mater Dei. Appena iffinalizaw l-eżercizzju tal- cost accounting għas-sena 2008, peress li rrezenja d-Direttur tal-Finanzi f’ Mater Dei, l-konsulenti ntallbu jgħatu s-sapport tagħhom fil-preparazzjoni tal-Financial Statements li jkoppru t-tnax-il xahar sal-31 ta’ Diċembru 2008. Dan sar permess ta’ estensjoni tad-direct order preċendenti u li ammonta wkoll għal mhux aktar min €23,000 fuq perjodu li ma jeċċediex sitt xhur.
Wara r-reżenja tal- Kap (Financial Monitoring Control Unit) waqt il-preparazzjoni tal- Estimi Finanzjarji 2010, il-kunsulenti ġew mitluba biex jikkordinaw l-operat ta’ dan id-Dipartiment sakemm tintela’ il-pożizzjoni vakanti. Id-Dipartiment ħareg sejħa għall-pożizzjoni msemmija li għaliha ġew sottomessi numru ta’ applikazzjonijiet. Fil-preżent il-proċess ta’ Evalwazzjoni huwa miexi skond ir-regoli amministrativi. Dan sar permess ta’ Kuntratt ta’ Servizz maħrug
b’direct order
għal mhux aktar min € 23, 000 fuq perjodu li ma jeċċediex sitt xhur.
L-ezerċizzju ta’
cost accounting
għandu jservi ta’ għodda li permess tagħha d-Dipartiment tal- Financial Monitoring Control Unit jkun jista’ jikkontrolla l-operat finanzjarju tal-Isptar Mater Dei. Pjuttost, l-eżercizzju ta’
cost accounting
huwa estensjoni tar-rwol ta’ responsabbilità fi ħdan id-Dipartiment tal- Financial Monitoring Control Unit.
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi — ħaddiema fil-qasam tas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħlet ħaddiema biex jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi matul is-snin 2007, 2008 u 2009? Jista' jgħid f'liema gradi huma, fejn qed jagħtu s-servizzi tagħhom u minn liema pajjiż ta' oriġini ġejjin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2007, 2008 u 2009 il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi daħħlet numru ta’ ħaddiema biex jaħdmu fil-Qasam tas-Saħħa. Il-lista qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm cleaners jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li huma bil-kuntratt u kemm hemm impjegati mal-kuntrattur li jagħtu servizz lil din il-Fondazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi hemm għaxar (10)
part-time cleaners
li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli u disa’ (9) fl-Isptar Zammit Clapp. Ma hemm ebda mpjegat mal-kuntrattur li jagħti servizz lil din il-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm security guards jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi li huma fuq kuntratt u kemm hemm impjegati mal-kuntrattur li jagħtu servizz lill-Fondazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi hemm erbatax (14)-l impjegat li jaħdmu fl-Isptar Zammit Clapp li parti mix-xogħol tagħhom jinkludi security. M'hemmx impjegati mal-kuntrattur li jagħtu servizz lill-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, fil-waiting list għall-operazzjoni li tant għandha bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-operazzjoni lill-persuna li qiegħed jirreferi għaliha ssir meta jmissha u/jew skont l-urġenza tal-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ġodda ta' mard trasmess sesswalment matul is-sena 2009? Jista' jikkategorizza dan il-mard u jgħid kemm kien hemm minn kull tip? Jista' jgħid jekk kienx hemm mard ikkawżat minħabba mard trasmess sesswalment matul l-istess sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant li in-numru ta’ każijiet ġodda ta’ mard trasmess sesswalment li ġew notifikati matul l-2009 kien ta’ 142.
Minn dawn kien hemm 60 każ ta’
Chlamydia
(2 mill-każijiet kienu f’persuni barranin), 63 każ ta’
Gonorrhoea
, 13-il każ ta’
Latent Syphilis
, li minnhom 2 każijiet kienu f’persuni barranin, każ wieħed ta’
Primary Syphilis
u 5 każijiet ta’
Secondary Syphilis
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-ommijiet li huma taħt it-18-il sena matul is-sena 2009? Kemm kien hemm minn dawn l-ommijiet li kienu taħt is-16-il sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Settembru 2009 ġew irreġistrati li twieldu 83 tarbija lill-ommijiet taħt it-18-il sena. Minn dawn it-trabi, 19 twieldu lill-ommijiet taħt is-16-il sena.
Jista' l-Ministru jiċċara l-politika tal-Gvern dwar xiri jew kiri ta' proprjetà għall-użu pubbliku? Illum il-ġurnata, hemm politika li tigwida x'inhi l-politika tal-Gvern rigward il-proprjetà? Il-Gvern jixtri jew jikri proprjetà għall-użu pubbliku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara d-definizzjoni ta’ ‘użu pubbliku’ biex inkun nista’ nwieġeb il-mistoqsija kif mixtieq.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu bżonn clerks iċ-Ċivil matul is-sena 2009 u li s-servizz ta' dawn il-clerks inxtara mingħand kuntratturi privati? Kemm qed iħallas il-Gvern lil kull clerk ta' kull siegħa u f'liema dipartimenti qed jaħdmu dawn il-clerks?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, fl-2007, kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-skrivani fis-Servizz Pubbliku u ġew impjegati dawk kollha li aċċettaw il-ħatra, jiġifieri 254 sa l-għeluq tal-validità tal-eżami, 18 ta’ Novembru 2009, li minnhom 29 diġà jew ħadu kariga ogħla jew irriżenjaw.
Għaldaqstant, sabiex jiġu ndirizzati ħtiġijiet urġenti fl-Amministrazzjoni Pubblika, bħal ma hu l-Isptar Mater Dei u oqsma oħra tas-saħħa, kellu jinxtara, fl-2009, is-servizz ta’ 121 skrivan minn kuntratturi privati. Qiegħed ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, d-dettalji mitluba: l-ħlas kull siegħa u ż-żewġ Ministeri konċernati.
Bħalma jaf l-Onorevoli Interpellant, ħarġet sejħa oħra għall-iskrivani f’Novembru 2009 sabiex fost affarijiet oħra, jimtlew dawn il-vakanzi, u l-proċess ta’ l-għażla beda fi Frar.