Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12010 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera — responsabbilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif huma mqassmin ir-responsabbiltajiet tal-kunsilliera kunsill b'kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi r-responsabbiltajiet tal-Kunsilliera kunsill, b’kunsill.
Leg 11 PQ #14763 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilliera u Sindki — job description

Question

Issa wara li saret ir-rifoma, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix job description li kull sindku/ viċi sindku u kunsillier huwa mistenni minnu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont Artikolu 25 tal-Att dwar Kunsilli Lokali (KAP 363) li jittratta dwar il-kariga tas-Sindku, kull Kunsillier għandu jiġi assenjat qasam speċifiku li huwa għandu jsegwi u jirraporta dwaru fil-Kunsill Lokali. Dan jista’ ikun ifisser ukoll illi Kunsillier jifforma u jippresjedi kumitat sabiex jaħdem f’dak il-qasam partikolari. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12010 fejn poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi ir-responsabbiltajiet tal-Kunsillieri kollha.

permess biex tbiegħ fuq il-monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema awtorità għandha d-dritt li tagħti jew ma tagħtix permess jew ma tapprovax permess biex xi ħadd jarma fuq il-monti wara li dan il-persuna jkollu l-permessi kollha bħala bejjiegħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond regolament 26 tal-Avviż Legali 1 tal-2006, kull min ikun qed jitlob li jiġġestixxi attività kummerċjali minn suq fil-beraħ għandu jagħmel applikazzjoni fuq il-formola adatta lis-Sezzjoni Liċenzi tad-Diviżjoni tal-Kummerċ. Iżda dik il-liċenza ma tagħtix jedd lill-bejjiegħ li jiġġestixxi dik l-attività kemm-il darba, dwar xi suq fil-beraħ partikolari, ma jkunx ġie allokat posta fissa mill-Kunsill Lokali tal-lokalità fejn ikun jinsab dak is-suq.

bejjiegħa li jarmaw il-monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn open markets f'Malta u Għawdex u kemm jarmaw bejjieħa f'kull post? Jistgħu jiżdiedu dawn il-postijiet li jarmaw il-monti? Biex jsir hekk min irid japplika għall-permessi u fejn? Jista' jkun hemm grupp ta' bejjiegħa li jiftehmu bejniethom li jarmaw monti ġdid ġo post li sa issa għadu ma jintramax?

Response (FENECH, TONIO)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għal-Mistoqsija Parlamentari 14898. Skont Avviż Legali 1/2006 jirriżulta li f'Malta u Għawdex b'kollox hemm għoxrin post fejn jistgħu jarmaw is-swieq. Dettalji f''Appendiċi I annessa se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra. (Ara dokument numru 5350 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 256, nhar id-29 ta' Settembru 2010) Peress li b'liċenza waħda bejjiegħ jista' jarma f'aktar minn suq wieħed u peress li jekk ikunx qed jarma jew le jiddependi mill-allokazzjoni tal-posta, id-Diviżjoni tal-Kummerċ ma tistax tagħti informazzjoni dwar kemm attwalment qed jarmaw f'kull lokalità. Din l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru. Il-proċedura biex bejjiegħ ikun jista' jarma f'suq fil-beraħ huwa kif ġej: Jekk bejjiegħ ikun jixtieq ibiegħ fi swieq tal-Belt Valletta, it-Tokk ir-Rabat, Għawdex jew M'xlokk għandu bżonn liċenza li tiswa 116.47 ewro. Jekk bejjiegħ irid jarma f'suq f'postijiet oħra għandu bzonn liċenza li tiswa 69.88 ewro. Dawn iz-żewġ tipi ta' liċenzi jinħarġu mis-Sezzjoni tal-Liċenzi fi ħdan id-Divizjoni tal-Kummerċ però l-allokazzjoni tal-posta toħroġ mill-kunsilll lokali. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hi le, għaliex il-liċenzi jgħoddu biss jekk ikun hemm posta allokata mill-kunsill lokali tal-lokalità fejn se jintrema s-suq.
Leg 11 PQ #14900 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — miżati għal min jarma fuq il-monti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali jistax jagħmel miżata marbuta mal-permess biex tarma fuq l-monti ta' dak il-lokal? Hemm xi regolatur li jgħid kemm ghandhom jkunu dawn il-mizati u l-flus li jinġabru? Jekk huwa permess dan, għal liema skop jintużaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Avviż Legali 119 tal-2002 (Regolamenti ta’ l-2002 dwar Attivitajiet li jeħtieġu Permess mill-Kunsilli Lokali), biex wieħed jiġġestixxi xi attività kummerċjali minn xi post jew f’xi suq fil-beraħ f’xi lokalità dan għandu jikseb liċenza mill-Awtorità Regolatorja maħtura mill-Ministru responsabbli għall-kummerċ. Barra minn hekk irid iġib l-awtorizzazzjoni li jwettaq din l-attività mill-Kunsill Lokali tal-lokalità partikolari.

bejjiegħa ġodda tal-monti — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bejjiegħa ġodda fuq il-waiting list li jixtiequ jarmaw fil-monti ezistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħalissa għandna ħmistax (15)-il applikazzjoni li qed jiġu proċessati biex tinħareġ liċenza. Importanti li wieħed iżid li biex bejjiegħ jkun jista' jarma f'suq irid japplika għal-liċenza mis-sezzjoni tal-liċenzi fi ħdan id-Diviżjoni tal-Kummerċ, iżda din il-liċenza ma tagħtix jedd lil dan il-bejjiegħ li jiġġistixxi attività kummerċjali f'xi suq partikolari kemm-il darba ma jkunx ġie allokat posta fissa mill-kunsill lokali tal-lokalità fejn jkun jinsab dak is-suq. Għaldaqstant jista' jkun li inħarġu liċenzi li qegħdin jistennew l-allokazzjoni ta' posta minn kunsill jew ieħor.

Ħaddiema li bbenefikaw miċ-ċirkolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li bbenifikaw miċ-ċirkolari DH no 114/2003 u DH 753/2003 mis-sena 2003 sas-sena 2009? F'liema gradi kienu dawn il-ħaddiema u x'kienu qed jaħdmu biex ibbenifikaw minn dawn ċ-ċirkolari?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Kien hemm 125 ħaddiema li bbenifikaw mill-imsemmija Ċirkularijiet. Informazzjoni u dettalji oħra jinsabu fit-tabelli ta’ hawn taħt : Sptar Monte Carmeli Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 1 Staff Nurse Nursing Officer 4 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Registered Mental Nurse Nursing Officer 1 Assistant Principal – Occupational Therapist Principal Occupational Therapist 5 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 5 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Assistant Principal – Occupational Therapist Principal Occupational Therapist 1 Deputy Nursing Manager Manager Nursing Services 1 Registered Mental Nurse Nursing Officer 4 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Deputy Nursing Manager Manager Nursing Services 1 Staff Nurse Nursing Officer 1 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 5 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 3 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Deputy Nursing Manager Manager Nursing Services Kura Primarja Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 1 Departmental Nursing Manager Acting Manager Nursing Services 1 Nursing Officer Acting Departmental Nursing Manager 1 Staff Nurse Acting Deputy Nursing Officer 4 Deputy Nursing Officer Acting Nursing Officer Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 1 Principal Officer i/c Salaries Anzjani u Kura fil-Kommunita' Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 1 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 1 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Clerk Officer in charge Salaries Section 1 Social Worker Officer in charge Social Workers Unit 1 Nursing Officer Head of Home 1 Clerk Officer in charge HR Section Sptar Boffa Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 2 Principal Senior Principal 1 Dentist Superintendent 1 Staff Nurse Nursing Officer 1 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Asst. Principal Occ. Therapist Principal Occupational Officer Sptar Mater Dei Numru ta’ uffiċjali Grad Kariga l-ġdida li ntitolathom għall-benefiċċju: 28 Staff Nurse Deputy Nursing Officer 4 Staff Nurse Nursing Officer 22 Deputy Nursing Officer Nursing Officer 1 Nursing Officer Departmental Nursing Manger 1 Midwife Deputy Midwifery Officer 2 Deputy Midwifery Officer Midwifery Officer 2 Assistant Principal Occupational Therapist Principal Occupational Therapist 1 Pharmacist Senior Pharmacist 1 Principal Pharmacist Chief Pharmacist 1 Consultant Chairperson 1 Executive Officer Assistant Principal
Leg 11 PQ #14757 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

vapuri tal-passiġġieri li daħlu Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il vapur tal-passiġġieri daħal f'Malta matul is-sena 2009 u kemm daħlu turisti f'Malta matul is-snin 2007/2008/2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fis-sena 2009, daħlu 261 vapuri tal-passiġġieri f’Malta. It-total ta’ passiġġieri li ġew bil-vapur fis-sena 2009 kien ta’ 439,630. In-numru ta’ turisti li ġew Malta fis-snin 2007-2009 huwa kif ġej: 2007 1,243,510 2008 1,290,856 2009 1,183,012 Iċ-ċifri tat-turisti ma jinkludux dawk tal-passiġġieri li ġew bil-vapur għaliex għall-iskopijiet tal-NSO, turist huwa dak li jkun għamel lejl Malta.
Leg 11 PQ #14758 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sindki — nefqa ta' mobile phones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqu f'mobile phones is-sindki kollha ta' Malta u Għawdex matul is-sena 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba trid tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali kollha, Kunsill Kunsill, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #14759 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — nefqa fuq irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa fl-irranġar tat-toroq matul is-sena 2010 mill-Kunsilli tar-Rabat Malta, Imġarr, Attard, Balzan, Naxxar San Pawl il-Baħar u l-Mosta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsilli Lokali msemmija qed jistmaw illi jkollhom din in-nefqa fl-irranġar ta’ toroq matul l-2010. Ir-Rabat (Malta) € 90,000 L-Imġarr € 82,065 Ħ’Attard xejn Ħal Balzan € 39,886 In-Naxxar € 160,000 San Pawl il-Baħar € 80,000 Il-Mosta € 151,393 Dawn l-ispejjeż huma konnessi ma’ irranġar ta’ toroq u bankini u ma jinkludux xogħol ieħor konness bħal ngħidu aħna sinjali u marki tat-toroq.
Leg 11 PQ #14760 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandhom staff jaħdem magħhom il-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex u x'inhu x-xogħol li jsir minn kull impjegat? Jista' jgħid jekk dawn l-ħaddiema fin-numru tagħhom humiex proporzjonalment għall-popolazzjoni tal-lokalità? Kemm hemm kunsilli li qegħdin short of staff u f'liema kategorija ta' short of staff qegħdin dawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13261 fejn kont poġġejt lista fuq il-Mejda tal-Kamra li turi l-impjegati li għandu kull Kunsill Lokali. Skont Regolament 14 (1) tar-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Riżorsi Umani), Kunsill jista’...”jaħtar ukoll personnel klerikali, tekniku jew f’xi kariga oħra, skont l-esiġenzi u għall-qadi effiċjenti tiegħu...”. Id-dmirijiet ta’ l-impjegati klerikali fi skali 11, 13 u 15 għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għal Assistent Uffiċjali Prinċipali, Uffiċjal Eżekuttiv u Skrivan fis-Servizz Pubbliku. Sabiex in-numru ta’ ħaddiema li Kunsill jimpjega jkun proporzjonali mal-popolazzjoni tal-lokalità, l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jipprovdi li Kunsill ma jistax jimpjega iktar minn persuna waħda għal kull elfejn u ħames mitt resident. Madanakollu, biex il-Kunsilli ż-żgħar ma jbatux, l-Att jipprovdi wkoll illi kull Kunsill żgħir kemm hu żgħir jista’ jimpjega sa tnejn min-nies. Ta’ min jgħid ukoll illi waħda mill-miżuri li ittieħdu b’konsegwenza tar-riforma tal-Kunsilli Lokali hija li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jista’ wara li ssir talba ġustifikata għal dan l-għan minn Kunsill Lokali, u jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministru, jawtorizza li dak il-Kunsill Lokali jimpjega persunal klerikali aktar mil-limitu stabbilit mil-liġi.
Leg 11 PQ #14761 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — vetturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li għandhom vetturi tagħhom? X'inhuma dawn il-vetturi, jekk humiex muturi, karozzi jew trakkijiet? Kemm jista' jkollhom vetturi kull kunsill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 12766.
Leg 11 PQ #14762 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

rwol tal-kunsilliera

Question

Issa li saret ir-riforma, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu r-rwol ta' kull kunsillier u jekk dan jingħatax lilu mis-sindku jew jekk il-kunsillier jiddeċidix hu x' jagħmel? Jista' jkollok xi kunsillier li m'għandu l-ebda rwol partikolari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

eżami tal-EFL — grad minflok il-marka

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga l-fatt għaliex fl-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) tingħata l-grad u mhux il-marka li l-istudent ikun ġab? Jista' dan ir-riżultat jibda jingħata bil-marka li jkun ġab l-istudent ħalli l-istudent jkun jaf x'livell iktar preċiż għandu f'dan is-suġġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-fatt għaliex fl-eżami tal-English as a Foreign Language (EFL) jingħata l-grad u mhux il-marka li l-istudent ikun ġab hija riżultat ta’ deċiżjoni li kien ħa l-Bord ta’ Sorveljanza tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija nhar l-20 ta’ Settembru 2006. L-iskejjel tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija kienu fil-fatt ġew infurmati b’din id-deċizjoni permezz ta’ ċirkulari li ntbgħatitilhom nhar id-29 ta’ Settembru 2005. Ser nitlob lill-Bord ta’ Sorveljanza tat-Tagħlim tal-Lingwa Ingliża bħala Lingwa Barranija li hemm fil-preżent sabiex jiddiskuti jekk jistax dan ir-riżultat jibda jingħata bil-marka li jkun ġab l-istudent ħalli l-istudent ikun jaf x’livell iktar preċiż għandu f’dan is-suġġett.

eżamijiet — revision of papers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm jiswew ir-revision of papers ta' kull livell tal-eżamijiet tal-'O' level, 'A' level u English as a Foreign Language (EFL) u tal-Università ta' Malta ? Tista' tgħid kemm jiswa kull eżami ta' kull livell? Tista' tgħid jekk jeżistux revision of papers meta l-eżami jkun għad-dħul ta' studenti ġewwa kulleġġi u skejjel tal-knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-ħlas għal revision of papers fl-eżamijiet tal-MATSEC huwa ta’ €34.94 għall-eżamijiet kollha f’kull livell, jiġifieri fil-livelli tas-SEC, Intermedju u Avvanzat. Il-kandidat jingħata lura l-ħlas jekk ikun hemm titjib fir-riżultati wara r-revision of papers. Il-ħlasijiet għall-eżamijiet tal-MATSEC huma ta’ €13.98 għal kull suġġett fil-livell tas-SEC, €18.63 fil-livell Intermedju, u €20.96 fil-livell Avvanzat. Għas-suġġetti tax-Xjenza fil-livell Avvanzat li fihom eżami prattiku, jiġifieri l-Bijoloġija, il-Kimika u l-Fiżika, il-ħlas huwa ta’ €27.95. Kull kandidat fil-livelli kollha jintalab il-ħlas tar-reġistrazzjoni ta’ €11.65 li jsir darba biss. Il-ħlasijiet għal revision of papers li jintalbu jħallsu studenti li qed isegwu kors universitarju huma hekk: Revision of papers mingħajr rapport - €25.00 Revision of papers b’rapport dettaljat mill-eżaminatur addizzjonali - €60.00 Ir- revision of paper tal-eżami English as a Foreign Language jiswa €46.50. L-istess eżami jiswa €46.50. Meta l-istudenti joqogħdu għall-eżami tad-dħul fl-ewwel klassi tal-Junior Lyceum issir revision of papers u din hija bla ħlas. Teżisti ukoll sistema ta’ revision of papers fil-każ tal-Common Entrance Examination għall-iskejjel tal-Knisja.

Mosta — Triq l-Antenni - tiswija tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq l-Antenni fil-Mosta , li tinstab fi stat tal-biżgħa, b'ħafna toqob, ħofor u ħotob fejn is-servizzi jidhru li huma kollha mgħoddijin u li r-residenti ilhom snin sħaħ jgħixu fiha, sejra tingħata wiċċ ġdid? Jaf il-Ministru li r-residenti minħabba s-sitwazzjoni u l-kundizzjoni ħażina li tinstab fiha it-triq, qed jkollhom ħafna ħsarat fil-karozzi tagħhom, barra mill-fatt li l-istat ħażin ta' din t-triq qed iwaqqa' l-ambjent tat-triq u tal-akwata? Jista' l-Ministru jintervjeni?

Response (GATT, AUSTIN)

Naħseb li l-Onor Interpellant irid jirreferi għal Triq l-Antinni fil-Mosta iktar milli Triq l-Antenni. Madankollu għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta biex jekk hekk meħtieġ isiru x-xogħlijiet meta r-riżorsi allokati lill-Awtorità jkunu jippermettu.

Ajruport Internazzjonali ta' Malta — vjaġġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi lejn u mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta matul is-sena 2009? Minn liema kumpaniji saru dawn u dan in-numru kien iktar jew inqas mis-sena 2008?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Investigazzjoni dwar il-qtil ta' Karen Grech

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi ġodda u investigazzjonijiet ġodda fil-każ tal-qtil tal-innoċenti tfajla Karen Grech, li kienet inqatlet wara li intbagħtet ittra bomba lil missierha għaliex dan kien qiegħed jaqdi lil poplu Malti u Għawdxi fl-isptar tal-poplu? Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu ma jkun hemm żviluppi ġodda u informazzjoni ġdida f'dan il-każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-investigazzjoni dwar dan il-każ għadha attiva u l-Pulizija qed issegwi pista u kull ħjiel ta' informazzjoni li tidħol għandha minn żmien għal żmien inkluża din li ġiet mgħoddija lilha riċentement. Infurmat ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija xehed fit-tul, f'kawża li hemm quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar il-kors ta' din l-investigazzjoni. Għall-informazjoni ta' tal-Onorevoli Membru, kopja ta' din ix-xhieda qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

każijiet ta' qtil mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ mhux solvut ta' qtil għandha l-Pulizija quddiemha u kemm ilhom dawn il-każijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija għandha quddiemha 43 il-każ ta' qtil mhux solvut u li l-ewwel wieħed imur lura għall-1972.
Leg 11 PQ #14458 Sitting 210 2010-04-27 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ingaġġ ta' suldati kadetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jkun hemm ingaġġ ġdid ta' suldati kadetti? Kemm beħsiebhom idaħħlu suldati kadetti ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa għadha kif ħarġet sejħa għal reklutaġġ ta’ kadetti fil-Forzi Armati ta’ Malta u li din is-sejħa għalqet nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar 2010. Huwa maħsub li l-kadetti l-ġodda jibdew it-taħriġ tagħhom għal madwar Mejju meta jkun spiċċa l-proċess tal-għażla. Hu ppjanat li ser jiġu ngaġġati tmien kadetti ġodda.