Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw matul is-sena 2009 li ma ħadu l-ebda taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ persuni li rreġistraw għax-xogħol matul is-sena 2009 u li ma ħadu l-ebda taħriġ mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kien ta’ 12,229. Persuna ma tkunx ingħatat taħriġ għal diversi raġunijiet, fosthom jekk il-persuna tkun diġà kwalifikata jew il-persuna tkun għamlet perjodu qasir ħafna tirreġistra mal-Korporazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li għażlu li jkomplu jistudjaw fil-korsijiet ta' filgħaxija li joffri l-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja? Jista' jsemmi kemm ħadu sehem f'kull taħriġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ipparteċipaw studenti matul is-sena 2009 fi programmi ta' bdil ta' studenti? Liema kienu dawn il-programmi ta' bdil u taħriġ ta' studenti u kemm ipparteċipaw f'kull programm?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Isir bdil ta’ studenti Maltin ma’ studenti barranin fuq bażi ta’ skejjel. Huma jaħdmu programm ta’ attivitajiet kulturali u edukattivi, imma ma jinvolvi l-ebda taħriġ.
Matul l-2009 mija u tmien (108) student Malti pparteċipaw fi programmi ta’ bdil ta’ studenti ma’ pajjiżi barranin filwaqt li mija wieħed u sittin (161) student barrani żaru Malta.
STUDENTI MALTIN
Pajjiż
Numru ta’ studenti
Italja34
Svizzera23
Franza17
Olanda22
Marokk12
TOTAL108
STUDENTI BARRANIN
Pajjiż
Numru ta’ studenti
Italja32
Svizzera23
Franza22
Olanda48
Marokk18
Ġermanja18
TOTAL161
Tista' l-Ministru tgħid kemm żaruna studenti barranin matul is-sena 2007, 2008, 2009 biex jitħarġu l-lingwa Ingliża f'Malta? Kemm qed jonfoq il-Gvern biex jirriklama dan is-servizz barra 'l pajjiż u f'liema pajjizi qed jirriklama?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ studenti barranin li żaruna biex jitħarrgu l-lingwa Ingliża f’Malta kien kif gej:
2007
86,593
2008
83,288
2009
L-informazzjoni għas-sena 2009 għadha qed tinġabar u eventwalment tiġi ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatitstika
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru responsabbli mit-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu immigranti irregolari matul is-sena 2007, 2008, 2009? Kemm għad hawn minnhom li għadhom jgħixu f'Malta u Għawdex sa Frar 2010?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2007, 2008 u l-2009 daħlu rispettivament 1702, 2775 u 1475 immigranti irregolari. Iżda ta' min wieħed jgħid li numru sostanzjali minn dawn il-persuni ingħataw protezzjoni internazzjonali. Matul dawn it-tliet snin ingħata protezzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tar-Refuġjati (sa Frar 2010) hekk kif ġej:
Sena
Refuġjat
Protezzjoni sussidjarja
Protezzjoni umanitarja temporanja
Total
2007
7
620
n/a
627
2008
19
1387
7
1413
2009
20
1666
10
1696
2010
5
125
5
135
Sal-aħħar ta’ Frar kien hemm 345 persuni fiċ-ċentri miftuħa li daħlu Malta illegalment u li m'għandhomx protezzjoni internazzjonali. 550 oħra kienu qed jappellaw l-ewwel deċiżjoni għal protezzjoni. B’kollox, fiċ-ċentri miftuħa u magħluqa kien hemm joqgħodu 3305 persuna li daħlu f’Malta b’mod irregolari. Iżda dan in-numru jinkludi wkoll persuni li jgawdu minn protezzjoni internazzjonali.
Kien stmat li sal-aħħar ta' Frar immigranti irregolari joqgħodu f’residenzi oħra kienu jgħoddu mal-1300 persuna oħra. Tajjeb wieħed jgħid li l-ammont ta' dawn il-persuni li jgħixu Malta jinbidel f'perjodi relattivament qosra, b'hekk kwalunkwe figura li tingħata għandha biss titqies f'dan id-dawl.
Immigranti rregolari li marru f'pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea ħa immigranti irregolari li wara li dawn ħadu l-istat ta' refuġjati setgħu jimxu lejn pajjiżi oħra ta' l-Unjoni Ewropea matul 2009? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin dawn ir-refuġjati oriġinarjament?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2009 kien hemm żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, Franza u l-Ġermanja li ħadu persuni bi protezzjoni internazzjonali minn Malta. Franza ħadet 95 persuna filwaqt li l-Ġermanja ħadet 11. Il-persuni rilokati oriġinarjament kienu ġejjin mis-Somalja, l-Eritrea, is-Sudan, l-Etjopja, is-Sri Lanka u l-Kosta tal-Avorju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġarru passiġġieri mill-Gozo Channel, vetturi bi tnejn u b'aktar roti eżempju 4, 6 u 8 bejn Malta u Għawdex bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2007, 2008 u 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-pilloli li jingħataw bil-kartuna r-roża u bil-kartuna s-safra separatament matul is-snin 2007, 2008, 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni fil-format kif mitlub minnu ma tinżammx.
Qed ngħaddi informazzjoni dwar in-nefqa globali fuq mediċini li tqassmu lill-ispiżeriji li qegħdin fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, lill-spiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa, u lill-isptarijiet kollha. Din in-nefqa hija kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Servizz
Tipi ta’ Pazjenti
2007
2008
2009
Spiżerija tal-Għażla Tiegħek
Kartuna roża u kartuna safra
€0
€6,025,588.83
€5,556,580.48
Ċentri tas-Saħħa
Kartuna roża u kartuna safra
€11,621,394.53
€10,728,723.99
€10,693,653.48
Sptarijiet
In patients, kartuna roża u kartuna safra
€31,336,505.66
€26,323,005.61
€27,738,270.19
TOTAL
€42,957,900.19
€43,077,318.43
€43,988,504.15
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li ġew boarded out matul is-snin 2007, 2008 u sa Diċembru 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ nies li ngħataw il-pensjoni tal-Invalidità mid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali matul is-snin 2007, 2008 u 2009 kien jammonta għall-1,687 skont it-tabella li tidher hawn taħt.
2007 732
2008 542
2009 413
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li matul is-sena 2009 għamlu użu minn servizz li toffri l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, bħala courses ta' taħriġ u servizzi oħrajn? Jista' jsemmi kemm għamlu użu minn dawn l-iskemi u liema kategorija ta' skemi kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Mosta — Youth Empowerment Centre - ħaddiema full-time u voluntiera
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12552 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm kellu ħaddiema full-time u kemm kellu voluntiera jaħdmu miegħu il-Youth Empowerment Centre tal-Mosta ? Tista' tgħid kemm kienu jattendu żgħażagħ f'dan iċ-ċentru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Prim Ministru.
trakkijiet li jġorru ilma jew drenagg — regolamenti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12592 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk it-trakkijiet li llum qed iġorru l-ilma jew id-drenagg iridux jinbidlu minħabba regolamenti ġodda li daħlu jew se jidħlu fis-seħħ? Jekk iva, hemm xi għajnuna għas-sidien tat-trakkijiet biex ikunu jistgħu jagħmlu dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li f'każ li trakk ikun liċenzjat mill-Awtortità Transport Malta biex iġorr l-ilma jew dranaġġ, u dan il-fatt ikun konfermat fil-logbook tal-vettura, l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi toħrog liċenzja lill-applikant skont l-Avviż Legali 525 tal-2004. Ġaladarba il-vettura tkun licenzjata mill-ATM, il-kundizzjonijiet stipulati mill-MRA ma jirrikjedux li l-vettura tkun trid tinbidel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12962 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn turbini tar-riħ imwaħħlin fuq proprjetà privata f'Malta u Għawdex illum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onoerevoli Interpellant li t-twaħħil ta' turbini tar-riħ huma soġġetti għal permess maħruġ mill-MEPA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Membru jindirizza lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12961 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif jista' jiġġustifika l-fatt li filwaqt li l-Gvern jgħid li jrid jinkoraġġixxi lill-poplu jinvesti f'turbini tar-riħ, ċittadin jgħaddi minn diffikultà kbira sabiex ikun jista' jġib il-permess ta' turbina żgħira li kulma fiha bħala diametru huwa 180 ċentimetru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta tkun qed tqis applikazzjonijiet għal turbini tar-riħ f’inħawi residenzjali b’densità ta’ popolazzjoni għolja, il-MEPA tieħu inkonsiderazzjoni li dawn jistgħu faċilment jagħtu lok għal inkonvenjent lill-ġirien permezz ta’ ħsejjes u/jew vibrazzjonijiet. Il-MEPA diġà kellha esperjenza ta’ dan il-fenomenu. Barra minn hekk il-MEPA għandha pariri tekniċi li meta wieħed iqis in-natura tar-riħ fil-gżejjer Maltin kif ukoll it-turbolenza li tinħoloq f’ħafna inħawi residenzjali, l-ammont ta’ elettriku iġġenerat x’aktarx illi jkun żgħir ħafna. Minħabba dawn il-fatturi kif ukoll minħabba l-impatt viżwali kollettiv ta’ dawn l-istrutturi, il-MEPA tirrakkomanda aktar kawtela fir-rigward ta’ installazzjoni ta’ turbini żgħar f’inħawi residenzjali.
Ta’ min ifakkar iżda li l-MEPA diġà approvat numru ta’ turbini f’inħawi mhux residenzjali. Il-MEPA wkoll neħħiet il-ħtieġa ta’ applikazzjoni fuq installazzjonijiet ta’
solar water heaters
u
photovoltaics
sakemm ċertu parametri jiġu rispettati. Fil-każ tas-
solar water heaters
huwa ppruvat xjentifikament illi jekk ikunu installati b’mod professjonali, dawn jagħmlu differenza kbira fil-konsum ta’ l-elettriku.
Mosta — Triq Rafel Caruana Dingli - munzelli ta' torba
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12589 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti parir lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jibgħat lil xi kuntrattur ineħħi munzelli ta' torba li nġabru u li qed jiġmgħu l-ħmieġ magħhom, apparti l-inkonvinjent li din l-istess torba qed toħloq lin-nies tal-akwata, liema munzell ta' torba jinsab fi Triq Rafel Caruana Dingli, kantuniera ma' Triq Karlu Darmanin fil-Mosta? Jista' jgħid kemm idum il-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jaġixxi fuq il-pariri li jkun ta l-Prim Ministru f'termini ta' ġranet, ġimgħat jew xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-area in kwistjoni tiġi bejn Triq Dun Anġ Dingli kantuniera ma’ Triq Karlu Darmanin. Din il-parti tat-triq għadha qatt ma ġiet asfaltata u b’hekk ġie iffurmat it-terrapien. Għaldaqstant qed nirreferi dan il-każ lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex isegwih. Dwar il-ħmieġ li nġemgħa ma’ dan it-terrapien, ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Mosta ħa l-passi neċessarji biex dan il-ħmieġ jitneħħa.
Jista' l-Ministru jara li tiġi restawrata t-telephone box antika li hemm fil-pjazza tal-Mosta li għadha ta' żmien l-Ingliżi, dan għaliex ħafna jkunu t-turisti li jieħdu ritratti ma' din it-telephone box li sfortunatament laqnas bieba m'għad fadlilha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-telephone box li hemm fil-pjazza tal-Mosta hija proprjetà ta' kumpanija telefonika. Għaldaqstant iż-żamma ta' din l-istess t-telephone hija r-responsabiltà ta' l-istess kumpanija filwaqt li l-iskedar ta’ dan it-telephone booth sar taħt l-Avviż tal-Government (Nru 829 ippubblikat nhar l-10 ta' Settembru 2007) maħruġ mill-Ministru responsabbli mill-MEPA. Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Nterpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru koncernat.