pazjenti bid-dimensja li qed jiġu trattati bl-anti-psikotiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux il-każ li l-pazjenti bid-dimensja li jkollhom behavioural symptoms qed jiġu trattati bl-anti – psikotiċi fl-istituzzjonijiet tal-gvern għar-raġuni li t-tobba ma jistgħux jiktbulhom il-mediċini propriji tad-dimensja għax dawn mhux inklużi fil-lista tax-Schedule V, meta hemm studji enormi li juru li l-użu tal-anti – psikotiċi f’dawn il-pazjenti jista' jirriżulta fil-mewt ta’ dawn il-pazjenti, u meta fil-fatt ħafna anti-psikotiċi huma kontra indikati fid-dimensja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-dimenzja mhijiex waħda mill-mardiet inkluża f’Schedule V tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Għaldaqstant bħalissa, mediċini speċifiċi għad-dimenzja mhumiex fil-formularju tal-mediċini b’xejn li joffri l-Gvern. Wara studju li sar dwar nuqqasijiet fl-iskema tas-Schedule V, qed jiġu diskussi proposti sabiex id-dimenzja u mard kroniku ieħor jiġu nklużi fir-riforma ta’ din l-Iskeda.
Il-mediċini
antipsychotic
jistgħu jintużaw f’każ ta’ sintomi psikotiċi u mġieba aggressiva jew vjolenti anki f’persuni bid-dimenzja. Hija l-kompetenza tat-tabib li jkun jaf liema mediċini għandu jagħti lill-pazjenti f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 14623, magħmula mill-Onor. Charlo Bonnici u cioé : Peress li fid-diskors tal-budget għal din is-sena kien tħabbar li se jidħlu mediċini ġodda fi Skeda V, jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini jinkludux dawk li jittieħdu bħala parti mill-kura tad-dimensja? Jekk ir-risposta hija le, jista' jgħid meta din l-anomalija diskriminatorja għal dawn il-pazjenti li ħafna drabi ma jistgħux jitkellmu għalihom infushom se tiġi rranġata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għar-risposta ta’ Mistoqsija Parlamentari Nru. 15186, nixtieq ninforma lil l-Onor Interpellant biex jirreferi għal-abbozz ta’ tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15185.
għalliema li jgħallmu wara li jagħlqu l-età tal-irtirar — kwestjoni dwar taxxa mħallsa
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex u x'kienet ir-raġuni jew prinċipju li l-gvern mexa fuqu meta ħareġ ir-regolamenti fuq il-fixed tax rate on part-time work u fost oħrajn, f'punt numru 3 jsemmi li the following shall not qualify for the 15% tax rate - remuneration paid by government to pensioners re-employed by Government...etc., fejn f'din il-kategorija jidħlu għalliema li jidħlu jgħallmu wara li jagħlqu l-età tal-irtirar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-Regoli dwar xogħol part-time għall-iskop tal-Income Tax jagħmlu limitazzjoni ġenerali dwar persuni li x-xogħol tagħhom part-time huwa mal-istess employer li miegħu jaħdmu x-xogħol normali. Dan sabiex jiġu evitati l-abbużi.
Għalhekk, fil-każ ta’ impjegati fis-settur privat, persuna li taħdem
full-time
ma’ kumpanija ma tikkwalifikax għar-rata tal-
part-time
meta dan ix-xogħol
part-time
jsir ma’ kumpanija oħra fl-istess grupp ta’ kumpaniji.
Bl-istess mod, impjegati tal-gvern ma jikkwalifikawx għar-rata tal-
part-time
meta dan isir ma’ entità oħra tal-Gvern għaliex dawn jitqiesu li qegħdin jitħallsu mill-istess
employer
. Fil-każ tal-pensjonanti wkoll japplika l-istess prinċipju, jiġifieri pensjonant li qiegħed naturalment jitħallas mill-gvern ma’ jistax jikkwalifika għar-rata tal-
part-time
fuq xogħol li huwa meqjus mal-istess
employer
.
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2009 il-gvern keriex apparat mediku mill-privat? Jista' jgħid jekk dan l-appart mediku li jinkera mill-privat huwiex imħallas mill-istat jew mill-pazjent? Jista' jgħid jekk hemmx sitwazzjonijiet fejn il-pazjent ikollu jikri l-apparat mill-privat għaliex dan l-apparat mediku ma jkunx jeżisti fl-Isptar Mater Dei u xorta jintuża waqt li l-pazjent ikun qiegħed jiġi rikoverat fl-isptar pubbliku? Jista' jgħid liema kienu l-okkażjonijiet fejn il-pazjenti kellhom iħallsu huma għall-apparat u kemm tiġri spiss din il-ħaġa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Matul is-sena 2009, il-Gvern kera l-apparat elenkat hawn taħt mill-privat:
Description of Equipment
Date of Loan
Hospital/Clinic
Dynamic Hip Screw Instruments
10/01/2009
St James Hospital
Dynamic Hip Screw Instruments
15/01/2009
St James Hospital
Hemi Arthroplasy Inst
21/01/2009
St James Hospital
Dynamic Hip Screw Instruments
22/01/2009
St James Hospital
ARGON Laser
31/01/2009
St James Hospital
ARGON Laser
16/03/2009
St James Hospital
ARGON Laser
06/04/2009
St James Hospital
ARGON Laser
27/06/2009
St James Hospital
ARGON Laser
25/08/2009
St James Hospital
Il-Gvern jissellef dan l-apparat mediku mingħand il-privat mingħajr ħlas.
Meta apparat mediku ma jkunx inkluż fil-pakkett ta’ servizzi tas-saħħa li l-Gvern joffri b’xejn, hemm sitwazzjonijiet fejn il-pazjent jagħżel li jikri l-apparat mill-privat. Jekk il-konsulent mediku tal-pazjent jagħti l-approvazzjoni, dan l-apparat jista’ jintuża waqt li l-pazjent ikun qiegħed jiġi rikoverat fl-isptar pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx xi tip ta' kumpens u/jew danger money għax-xogħol li jagħmlu kemm fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru u li dan ix-xogħol jista' jipperikola ħajjithom u/jew il-livell ta' kapaċità tagħhom u allura b'konsegwenza ta' xi sitwazzjoni li jistgħu jissuċċiedu dawn ikunu anki qed ipoġġu fil-periklu li jiġi affettwat il-livell ta' għajxien tad-dependenti tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp li jagħmlu xogħol li huwa aktar ta' riskju, huma intitolati għal special duty allowance. Oltre dan, naturalment huma intitolati għall-benefiċċji dovuti taħt l-Att tal-1956 Dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Att Dwar il-Pulizija, fejn fost affarijiet oħra l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma koperti fuq mard, invalidità, mewt u diżabilità li jsofru waqt li jkunu xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tax-shift li jaħdmu bih il-pulizija li per eżempju dawn iridu jkunu l-akkademja fil-għodu sa nofsinhar u jerġgħu jidħlu għax-shift ta' bil-lejl fl-istess ġurnata jiġifieri jerġgħu jkunu xogħol fid-9 ta' filgħaxija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-arranġamenti tax-shifts li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant japplikaw biss għal żewġ nofs ta' nhari fix-xahar u bihom, bl-ebda mod ma jinqabeż l-ammont stabbilit ta' siegħat li dawn il-membri tal-Korp huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-korsijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-pulizija bħalma hu l-course dwar il-criminology irid isir fil-ħin tal-kuntistabbli u spejjeż għalih? Jista' jara li fil-każ ta' korsijiet li jkunu ta' interess li membru fil-korp tajjeb li jagħmel, tibda tingħata xi tip ta' għajnuna ħalli iktar membri tal-korp jiġu mħajra jieħdu tagħlim akkademiku li fl-aħħar mill-aħħar riżultat ta' dan se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi minnhom għaliex ikollu korp imħarreġ aktar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korp tal-Pulizija jemmen bis-sħiħ fit-taħriġ tal-membri tiegħu, tant hu hekk li għall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, qed ikun provdut lilhom taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija b’mod regolari ta’ żewġ nofs ta’ nhari kull xahar, mill-ħin tax-xogħol tagħhom. Barra min hekk, f’dawn l-aħħar sentejn, ninsab infurmat illi l-Korp anke iffinanzja kors ta’ studju ġewwa l-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Diploma fil-Policing. Dan il-kors kien intiż għall-ufficjali kadetti u membri oħra tal-Korp li xtaqu jattendu fil-ħin liberu tagħhom. Fir-rigward ta' membri li jagħmlu talbiet biex isegwu korsijiet oħra ta' taħriġ, il-Korp jikkunsidra dawn it-talbiet fuq bażi individwali u jiffaċilità jew le skont in-natura tal-kors ta' taħriġ li jkunu jridu jsegwu u r-relevanza tiegħu għal-ħtiġijiet tal-Korp.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-log book li fih jinżamm record ta' kemm-il darba matul is-sena 2008-2009 kull karozza tal-pulizija ngħatat service? Kemm-il darba matul dan l-istess perjodu ġew mibdula tyres tal-istess vetturi? Kemm għandhom żmien dawn il-vetturi u jekk dawn il-karozzi għandhomx aircondition, airbags u jekk humiex armati biex jagħtu l-iktar sigurtà lil dawk li jkunu qed jagħmlu użu minnhom biex jaqdu d-dmir tagħhom lejn in-nazzjon?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi kollha tal-Korp tal-Pulizija issirlhom il-manutenzjoni meħtieġa minn zmien għal żmien. Perà naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li minħabba n-numru ta’ vetturi li l-Korp tal-Pulizija għandu, jkun jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ ħin u volum mhux żgħir ta’ karti sabiex isiru l-kopji biex tingħata l-informazzjoni kif qed tintalab.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jinbidlu l-karozzi tas-servizz li jintużaw minn pulizija pajżana, allura jista' jgħid karozza b'karozza kemm ilhom fit-triq?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-bdil ta’ vetturi fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija huwa proċess kontinwu, fil-fatt kull sena jinxtraw u jinbidlu numru ta’ vetturi. Infurmat ukoll illi fil-bidu tal-2010 inbidlu l-vetturi li kienu fid-Distretti u Diviżjonijiet, filwaqt is-sena l-oħra kienu nbidlu l-muturi tat-Taqsima tat-Traffiku u s-sena ta' qabel kienu nbidlu l-vetturi tat-Taqsima tal-Mobile. Din is-sena hemm il-ħsieb li jinbidlu xi vetturi mill-44 vettura użata mit-Taqsimiet ta’ l-Investigazzjoni.
membri tal-Korp tal-Pulizija — union jew assoċjazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-politika tal-Gvern tiegħu u jgħid jekk jaqbilx li membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom id-dritt li jissieħbu f'union jew assoċjazzjoni? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-politika tal-Gvern tiegħu dwar il-fatt li l-istess membri jingħataw id-dritt li jkunu jistgħu jiġbru petizzjonijiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Korp diġa' għandhom id-dritt li jissieħbu f'assoċjazzjoni u fil-fatt huma kollha msieħba fil-Malta Police Association. Inżid ngħid li l-Gvern diġa', fi snin riċenti, ta lil din l-Assoċjazzjoni drittijiet li tagħmel sottomissjonijiet u tiddiskuti oqsma li jolqtu l-interessi tal-membri tagħha fejn jidħlu kundizzjonijiet ta' xogħol, salarji, pensjonijiet eċċ. Dan għandha tagħmlu biex ikunu protetti d-drittijiet leġittimi tal-membri tagħha, mingħajr pero' ma għandu jiġi miftiehem li dan isir billi jkun mogħti lilhom id-dritt għal azzjonijiet industrijali. Għar-rigward il-kwistjoni tal-formazzjoni ta' Union hemm diversi metodi ta' kif din tista' ssir fi ħdan korp dixxiplinat. Prezentament għaddejjin diskussjonijiet mal-Malta Police Association sabiex jiġi stabbilit aħjar dak li jista' jkun aktar adegwat f'dan is-seklu għall-korp u l-membri tiegħu, pero' ż-żewġ naħat qed jaqblu li ma għandux ikun hemm id-dritt tal-istrike. Ninsab infurmat ukoll illi skont l-Att Dwar il-Pulizija (Kap 164) huwa ksur tar-regolamenti tad-dixxiplina tal-Korp li membri tiegħu jiffirmaw jew jiċċirkolaw petizzjonijiet.
Mosta — wiċċ ġdid lil Triq Madre Maria Theresa Spinelli
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Madre Maria Theresa Spinelli ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Tranport Malta nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Bergamott ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Tranport Malta nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Farinal ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta , nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li ssir letter box fi Triq il-Parjan, Mosta?
Response (GATT, AUSTIN)
Infakkar lill-Onor Interpellant li s-servizzi postali f'Malta huma fornuti minn entità privata. Intant iżda qed nghaddi s-suġġeriment tal-Onor Interpellant lill-Awtorita' dwar il-Komunikazzjoni biex tassigura li ż-żona tkun servuta skond il-kriterji stabbiliti mir-regolatur dwar is-servizz postali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jerġgħu joħorġu sejħiet għad-dħul fl-Armata, sabiex min hu interessat li jidħol u ma laħaqx applika jkun jaf meta jmiss ingaġġ ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-aħħar sejħa għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ fil-Forzi Armati ta’ Malta għalqet fid-29 ta’ Jannar ta’ din is-sena. Hu maħsub li sejħa oħra terġa’ tiġi ppublikata għal bidu tas-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx health u life insurance? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li dan isir? Jista' jgħid għaliex dawn saru jew ma sarux? Jara l-importanza li jsiru lill-membri kollha tal-pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma ntitolati għall-beneficji kollha taħt l-Att tal-1956 Dwar is-Sigurta Nazzjonali u l-Att Dwar il-Pulizija, partikolarment il-ħames skeda li qiegħed nippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn fost affarijiet oħra huma koperti fuq mard, invalidita, mewt u disabilita’ li jsofru waqt li jkunu xogħol. Bħal kumplament tal-ħaddiema tal-Gvern, ma hemmx koperta ulterjuri b'xi polza privata ta' health u life insurance.
Għajnuna mill-Unjoni Ewropea minħabba l-immigranti irregolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħadet għajnuna Malta mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul 2009 biex tkun tista' tkopri mal-ispejjeż li għandha minħabba l-immigranti irregolari?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għajnuna li tirċievi Malta biex tkun tista' tkopri mal-ispejjeż li għandha minħabba l-immigranti illegali jiġu direttament mill-Unjoni Ewropea u mhux mill-pajjiżi individwali. Inżid ngħid li l-Unjoni Ewropea talloka ammont ta’ flus kull sena taħt żewg fondi, il-Fond Ewropew għar-Refuġjati u l-Fond Ewropew għar-Ritorn, li huma mmirati biex jassistu Stati Membri fil-ħidma tagħhom fl-oqsma tal-immigrazzjoni u l-ażil. Dawn iż-żewg fondi jippermettu l-iffinanzjar ta’ attivitajiet marbuta ma’ assistenza lil refuġjati, fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u fil-provvista ta’ materjal u għajnuna medika. Ikopru wkoll spejjeż relatati ma’ attivitajiet ta’ ritorn ta’ immigranti illegali lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom u anke attivitajiet marbuta ma’ allokazzjoni mill-ġdid ta’ rifuġjati f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Fl-2009 l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha li tipprovdi €2,685,852.58 sabiex jiġu ko-finanzjati proġetti marbutin mal-attivitajiet imsemmija. S’issa diġà sar pagament bil-quddiem ta’ parti mill-ammont indikat u l-bilanċ finali jingħata f’għeluq il-proġetti meta jigi kkalkulat l-infiq eżatt li jkun sar. Proġetti li bbenefikaw f’din l-iskema s’issa jkopru, fost oħrajn, xogħlijiet fiċ-ċentri ta’ Detenzjoni u fiċ-ċentri miftuħin, attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati, u attivitajiet ta’ ritorn volontarju jew sfurzat ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi lejn il-pajjiż tal-oriġini jew ta’ transitu tagħhom.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-Proġetti magħżula sabiex jiġu kko-finanzjati mill-fondi mgħoddija tul l-2009
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kwalita' ta' karozzi (marka) għandha l-Pulizija u jekk dawn il-karozzi humiex kollha mixtrija mingħand aġent wieħed?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija jagħmel użu minn vetturi ta' diversi ditti. Qed inqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat ukoll li dawk li jinxtraw mhux dejjem ikunu mingħand aġent wieħed.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti b'ħafna iktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq E.B. Vella ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna aktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.