Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17305 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Familja Cumbo - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir u tingħata wiċċ ġdid Triq Familja Cumbo fil-Mosta, minħabba l-istat ħażin li tinstab fih u li qed jikkawża ħafna inkonvenjent u ħsara lill-karozzi tar-residenti, minbarra li hija perikoluża għal dawk li jridu jimxu fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbiltià tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-kunsill lokali u meta l-finanzi tal-kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17306 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — traffic island bejn Triq Nicolò Isuard u Hope Street

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti pariri lill-awtoritajiet ikkonċernati biex issir traffic island bejn Triq Nicolò Isouard u Hope Street fil-Mosta? Jista' jagħti pariri lill-awtoritajiet konċernatli ħalli jsir managment tat-traffiku aħjar f'din iż-żona, biex jiġu evitati iktar aċċidenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u li l-kunsill lokali nnota s-suġġeriment tal-Onorevoli.

Golden Bay — problema ta' parking

Question

Jista' l-Ministu jgħid jekk il-parking li hemm ġewwa Golden Bay huwiex parti mil-lukanda privata jew huwiex parti mill-parking pubbliku? Jista' l-Ministru jispeċifika liema huwa il-parking pubbliku u liema huwa il-parking tal-lukanda? Jista' jgħid għaliex mid-9 a.m. il-parking il-kbir ta' quddiem il-lukanda u it-telgħa ta' Golden Bay jkun kuljum mimli diġà bil-karozzi tal-ħaddiema tal-lukanda u ma jitħalliex dak il-parking għat-turisti li jiġu jagħmlu visita f'dawn l-akwati? Jista' l-Ministu jgħid jekk huwiex suppost li l-ħaddiema tal-lukanda kellu jkollhom parking provdut għalihom mil-lukanda u ġewwa l-lukanda u mhux jagħmlu użu minn dan il-car park li suppost huwa pubbliku imma spiċċa kapparat mil-lukanda? Jista' l-Ministru jintervjeni ħalli l-problema tal-parking fl-akwata tiġi solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-parking area f’Golden Bay, jiġifieri dik li tinsab quddiem il-lukanda Golden Sands, hija parking area pubblika, filwaqt li l-ispazju għall-parking li jinsab ġewwa l-perimetru tal-lukanda huwa parkeġġ tal-lukanda. Ninsab infurmat ukoll li parking area pubblika hija għall-użu tal-pubbliku in ġenerali, u allura anke l-ħaddiema tal-lukanda għandhom id-dritt jużawha. Fir-rigward jekk il-ħaddiema tal-lukanda kellux ikollhom parking provdut għalihom mill-lukanda u ġewwa l-lukanda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #17538 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Blata l-Għolja - tiswija fuq it-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk it-toroq taż-żona Blata l-Għolja ġewwa l-Mosta li kollha għandhom bżonn li jiġu rranġati u jingħataw wiċċ ġdid minħabba l-istat ħażin ħafna li jinsabu fih, meta se jiġu msewwija? U minħabba dan l-istat ħażin ta' dawn it-toroq huma ħafna ir-residenti li qed jkollhom bosta ħsarat fil-karozzi tagħhom, apparti li ż-żona tinħass li hija abbandunata u mitluqa. Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jingħataw wiċċ ġdid u meta jaħseb li dan ix-xogħol se jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarhom wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17174 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15012 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu mal-Gozo Channel matul is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009? X'kien ix-xogħol tagħhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment il-Ministeru responsabbli mill-entità msemmija fid-domanda tiegħu. Għalhekk nitolbu jindirizza din il-mistoqsija lill-istess Ministeru.
Leg 11 PQ #17298 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Lunzjata - wiċċ ġdid bit-tarmac

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta sejra tiġi rranġata, jiġifieri tingħata wiċċ ġdid u l-bankini jiġu rranġati ukoll, Triq il-Lunzjata fil-Mosta fejn jarma l-monti, li hija ddikjarata li għandha iktar minn 80% tkissir u li partijiet mill-bankini tagħha huma ukoll fi stat ta' periklu għat-tfal, nies bi bżonnijiet speċjali u anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi id-Dipartiment Għall-Gvern Lokali talab l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Billi s’issa din l-informazzjoni għadha ma waslietx, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

tneħħija tal-liċenzja tat-televiżjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta l-liċenzja tat-Televiżjoni sejra titneħħa? Tista' tgħid jekk huwiex fil-pjan li titneħħa fl-immedjat jew fil-bogħod?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Leg 11 PQ #17300 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — tiswija fuq inspuctions

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti parir lill-awtorità konċernata biex isiru t-tiswijiet neċessarji ħalli tissewwa d-dawra ta' inspuction ( manhole) li hemm quddiem 167, Main Street Mosta, peress li l-istat li qiegħda fih illum jista' jikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti? Jista' jagħti l-pariri lill-awtoritajiet konċernati ħalli jagħmlu xi ħaġa ħalli l-għotien tal-istess inspuctions li hemm matul it-triq kollha ta' Main Street isirulhom ħalli mhux kull karozza li tgħaddi toqgħodu tagħmel dak l-istorbju li qed tagħmel u ddejjaq r-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ilment tal-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta.
Leg 11 PQ #17301 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — xogħol fuq gandott

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-ewwel gandott li kien sar f'Main Street, aħna u neżlin mir-Rabat għall-Mosta, se jitkompla x-xogħol fuqu peress li dan m'huwa mwaħħal mal-ebda kanal jew katusa bil-konsegwenza li l-ilma li jinżel ġo fih qed jiskula għall-ġewwa d-djar tar-residenti tal-area ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab l-informazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali tal-Mosta. Billi s’issa din l-informazzjoni għadha ma waslitx, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17302 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tribunal Lokali — seduti kanċellati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' fuq liema gazzetti u mezzi oħrajn ġew imxandra u ppubblikati l-avviżi li saru matul is-sena 2009 ta' seduti li kellhom jidhru fit-tribunal lokali u li ġew ikkanċellati minħabba xi raġuni jew oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika Tribunal li kellu seduti differiti matul l-2009 kien dak tat-Tramuntana: total ta’ 12-il seduta (8 fit-2 ta’ Diċembru u 4 fid-9 ta’ Diċembru). L-avviżi kienu pubblikati fil-gażżetti The Malta Independent, In-Nazzjon u l-Orizzont.

Ħlas għall-home help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iħallsu l-klijenti kull siegħa ta' servizz tal-home help? Kemm jiġi jiswa lill-gvern dan is-servizz kull siegħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħlas għas-servizz tal-Home-Help mhux ikkalkulat kull siegħa imma fil-ġimgħa u mhux marbut ma' kemm-ilsiegħa servizz fil-ġimgħa jkollu approvat klijent. Il-ħlas għas-servizz hu kif ġej: Persuna waħda f’residenza €2.33 fil-ġimgħa Aktar minn persuna waħda f’residenza (eż. Koppja jew aħwa) €3.49 fil-ġimgħa Hemm ħlas addizzjonali ta’ €1.16 fil-ġimgħa għal persuna waħedha f’residenza u ta’ €1.75 fil-ġimgħa għal aktar minn persuna waħda f’każ li dawn ikunu jinħtieġu għajnuna biex jippreparaw xi ikel.

home help — skop oriġinali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu mwaqqaf is-servizz tal-home help? X'kien l-iskop oriġinali tiegħu? Kemm ilu ma jsir studju biex jara jekk l-iskop oriġinali ta' dan is-servizz intlaħaqx? Kemm intlaħaq jew kemm ma ntlaħaqx?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

home help — linji gwidi

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk jeżistux linji gwida dwar is-servizz tal-home help? Jista' l-gvern jippubblika dawn il-gwidi? Hemm linji gwida li l-gvern/ dipartiment jagħti lill-klijent? Jista' jippubblika dawn il-linji gwida? Kemm ilhom ma jkunu aġġornati dawn il-linji gwida u kemm-il darba ġew aġġornati kemm ilu li ġie mwaqqaf dan is-servizz?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-linji gwida dwar is-servizz tal-Home Help. Ninsab infurmat li dawn il-linji gwida huma ippubblikati u jingħataw lil kull minn jiġi approvat lilu s-servizz. Dawn il-linji gwida ġew aġġornati 5 snin ilu. Saru ukoll linji gwida għal Part-Time Social Assistants li jipprovdu dan is-servizz.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — kwestjoni dwar ġbir ta' pilloli

Question

Jista' l-Ministu jgħid jekk ċittadin għandux dritt li minflok imur jiġbor il-pilloli minn Spiżerija tal-Għażla Tiegħek imur jiġborhom mill-Ispiżerija Ċentrali tal-Isptar mill-ewwel? Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek hijiex sejra tkompli tinfirex ma' Malta u Għawdex kollu, jew jekk għalissa hijiex se tieqaf u żżomm il-postijiet li qed tagħti s-servizzi minnhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

F’dawk il-lokalitajiet fejn diġa daħlet fis-seħħ l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, il-pazjenti għandhom jiġbru l-pilloli tagħhom mill-ispiżerija tal-lokal u mhux mill-Ispiżerija Ċentrali. Pilloli li jkunu out-of-stock biss jkunu jistgħu jinġabru mill-Ispizerji Ċentrali jew miċ-Ċentri tas-Saħħa. Kif tħabbar uffiċjalment f’Marzu ta’ din is-sena, l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ser tiġi estiża għal Għawdex u mbagħad tkompli tinfirex ma’ Malta kollha.
Leg 11 PQ #17170 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — qliegħ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15011 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm għamlet qliegħ il-Gozo Channel matul l-2007, 2008 u 2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment il-Ministeru responsabbli mill-entità msemmija fid-domanda tiegħu. Għalhekk nitolbu jindirizza din il-mistoqsija lill-istess Ministeru.
Leg 11 PQ #17172 Sitting 240 2010-06-21 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — Ġarr ta' passiġġieri u vetturi

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 15009 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm inġarru passiġġieri mill-Gozo Channel, vetturi bi tnejn u b'aktar roti eżempju 4, 6 u 8 bejn Malta u Għawdex bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2007, 2008 u 2009?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment il-Ministeru responsabbli mill-entità msemmija fid-domanda tiegħu. Għalhekk nitolbu jindirizza din il-mistoqsija lill-istess Ministeru.

każijiet ta' vendikazzjonijiet u vandaliżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vendikazzjonijiet u vandaliżmu matul is-sena 2009? Jista jgħid kemm minn dawn il-każijiet ta' vandaliżmu saru fuq siġar u msaġar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 il-Pulizija kellha 1,840 rapport ta' ħsara volontarja, 21 minnhom kienu fuq siġar.

Każijiet ta' vjolenza fuq annimali rapportati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza fuq l-annimali rapportati matul is-sena 2009 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid kemm minn dawn il-każjiet ta' vjolenza kienu segwiti bil-mewt tal-istess bhejjem?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Għar-rigward l-ewwel domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 14008 u 17208 rispettivament. Dwar l-aħħar domanda ninsab infurmat illi ma tinżammx tali statistika.

Refurbishment fl-Isptar Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir refurbishmentfl-Isptar Boffa, fil-Furjana? Jista' jdaħħal sistema ta' kwestonarju lill-pazjenti li jkunu qed jagħmlu użu mis-servizz ta' dan l-isptar ħalli l-istess pazjenti jkunu jistgħu b'mod anonimu jissuġġrixxu x'għandu jsir aħjar ħalli s-servizz jitjieb?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ refurbishment fl-Isptar Boffa diġà bdew u mixjin b’ritmu tajjeb. Tlestiet il-parti ta’ quddiem u issa se jibda x-xogħol fuq il-parti ta’ wara ta’ l-Isptar. Dan skont il-workplan li sar bejn l-Isptar Boffa u l-Foundation for Medical Services. Qed isir xogħol fuq il-kwestjonarju li jinsab fil-parti finali tiegħu. Il-pjanijiet huma li sa l-aħħar ta’ din is-sena il-kwestjonarju jitqassam lill-pazjenti.