Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17641 Sitting 248 2010-06-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15082 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq ir-Rimona ġewwa l-Mosta li tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”

Flight enquiries — ħlas

Question

Jaf il-Ministru li l-flight enquiries bin-numru 50043333 issa m'għadhomx joffru s-servizzi tagħhom b'xejn imma biex tkun taf informazzjoni dwar il-flights trid tħallas €1.50? Jista' jgħid minn meta beda dan is-servizz ġdid bil-ħlas u jekk huwiex permessibli li titħallas miżata fuq servizz li l-iktar li jagħmlu użu minnu huma dawk l-inqas li għandhom mezzi, għaliex kieku għandhom mezzi jaraw minn fuq l-internet b'xejn l-informazzjoni li jkunu jridu jafu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Mosta — Kulleġġ Maria Reġina

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jibda jopera Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta? Minn liema skejjel ġejjin l-għalliema u l-istudenti għal din l-iskola?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Kulleġġ Maria Reġina, Sekondarja Subien, Mosta se jibda jopera s-sena skolastika li ġejja. Studenti subien mill-Mellieħa, Mosta, Naxxar, Għargħur u San Pawl il-Baħar se jattendu f’din l-iskola. Filwaqt l-għalliema jiġu assenjati fil-proċess ta’ deployment li jsir matul is-sajf.

Attard, Balzan u Mosta — toroq fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq li għandhom l-istat tagħhom ta' ħsara 'il fuq minn 50%, 60%, 70% jew 80% fil-lokalitajiet ta' Attard, Balzan u Mosta? Jista' jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħti wiċċ ġdid f'dawn it-toroq u liema huma dawk it-toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq li kienu diġà saru huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali rispettivi u għalhekk wiċċ ġdid jew xogħol ta’ manutenzjoni għandu jsir mill-kunsilli lokali.

Kulleġġ Maria Reġina — studenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn liema skejjel ġejjin dawk l-istudenti li se jibdew jattendu fil-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta u x'se jsir mill-iskejjel eżistenti li ġew minnhom? Se jintużaw għal xi skop ieħor edukattiv jew se jintużaw għal xi ħaġa oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istudenti ġejjin mill-Mellieħa, Mosta, Naxxar, Għargħur u San Pawl il-Baħar se jibdew jattendu fil-Kulleġġ Maria Reġina tal-Mosta. L-iskejjel sekondarji fejn kienu jattendu (Naxxar u Ħandaq) se jibqgħu joperaw bħala skejjel.

Imtarfa — Ċentru għall-immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li fl-Imtarfa se jsir ċentru għall-immigranti irregolari? Jekk iva, fejn u meta se jibdew jittieħdu l-immigranti irregolari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentement il-gvern m'għandu ebda pjan li jiftaħ ċentri għall-immigranti irregolari, la fl-Imtarfa u l-anqas f'post ieħor.

servizzi fil-bereġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15898 u jgħid kemm jingħataw servizzi fil-bereġ/polikliniċi, kemm jattendu nies għal kull servizz u f'liema berġa/poliklinika jingħataw dawn is-servizzi? Jista' jagħti l-lista ta' servizzi ġodda li beħsiebu jdaħħal f'kull berġa/poliklinika fil-perjodu ta' Jannar u Diċembru 2010? Jista' jsemmi jekk għandux f'moħħu li jneħħi xi servizz ieħor mill-bereġ u jagħtih f'xi post ieħor bħalma ġara fil-każ tad-dentistrija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

qtugħ tad-dawl u l-ilma minn kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15899 u jgħid kemm-il kumpanija responsabbli mill-provvista tad-dawl u l-ilma bagħtet lill-ħaddiema tagħha biex jaqtgħu d-dawl jew l-ilma lil residenti partikolari wara li dawn ikunu naqsu milli jħallsu l-kont tad-dawl u l-ilma bejn Jannar u Diċembru 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #17637 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — manutenzjoni neċessarja fuq Triq id-Dawr

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15155 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se ssir il-manutenzjoni neċessarja fi Triq id-Dawr, Mosta, liema triq tinsab fi stat ħażin ħafna u l-ħsara li fiha qed tikkawża ħafna ħsarat fil-vetturi tar-residenti li jagħmlu użu minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17638 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15079 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq Sgħajtar ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti b'ħafna iktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17639 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Wiċċ ġdid lit-Triq EB Vella

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15080 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq E.B. Vella ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin u qed tikkawża ħafna ħsara fil-karozzi tar-residenti u b'ħafna aktar inkonvenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”
Leg 11 PQ #17640 Sitting 244 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15081 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-gvern ċentrali beħsiebu jagħti wiċċ ġdid lil Triq il-Kulleġġ ġewwa l-Mosta li tinsab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-karozzi tar-residenti u ħafna inkovenjent fis-sajf mod u fix-xitwa mod ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa’ taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarha wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prijoritajiet għat-toroq imħejji mill-Kunsill Lokali u meta l-finanzi tal-Kunsill jippermettu.”

Outpatients — informazzjoni rigward appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jintbagħtu appuntamenti bħala Outpatients fis-sena f'kull dipartiment? Kemm minn dawn l-appuntamenti ma jattendux għalihom? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex dawk li jkunu intbagħtulhom l-appuntament ma jkunux marru għalih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Post tal-Gvern — nies fuq il-waiting list

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jistennew fuq il-waitng list biex jingħataw post tal-gvern fl-aħħar t'April 2010? Tista' tgħid kemm-il unit beħsiebu joħroġ għal dan l-għan matul is-sena 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sa l-aħħar t'April, l-Awtorità tad-Djar kellha 2,673 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. L-awtorità talloka postijiet li minn żmien għal żmien jiġu vakanti. Kontinwament l-Awtorità tad-Djar tinvestiga appartamenti li jkollha rapporti fuqhom li mhux qegħdin jiġu użati mill-inkwilini sabiex tieħu l-pussess tagħhom lura u terġa' tallokhom lil terzi. Għalhekk l-Awtorità tad-Djar mhiex f’pożizzjoni li tagħti numru ta’ allokazzjonijiet sa l-aħħar ta’ din is-sena.

nies fuq il-waiting list biex jieħdu unit tal-Housing Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilhom jistennew dawk in-nies li qegħdin fuq il-waiting list tal-housing soċjali fi gruppi ta' min ilu iktar minn 5 snin? Kemm minnhom ilhom jistennew erba' snin, tliet snin, sentejn u sena biex jieħdu post ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nies barranin li jaħdmu Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta' barranin li jaħdmu bil-ktieb f'Malta bejn Jannar u Mejju 2010? F'liema kategoriji ta' xogħol kienu qed jaħdmu dawn? Tista' tgħid xi status għandhom dawn il-barranin li qed jaħdmu f'Malta bil-ktieb?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #17634 Sitting 243 2010-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inventarju ta' affarijiet storiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15874 u jgħid jekk jinżammx inventarju tal-affarijiet storiċi li għandna f'kull belt u raħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15874.
Leg 11 PQ #17303 Sitting 242 2010-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Triq Silvestru Fiteni u Triq Wied is-Sir - wiċċ ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru u jingħataw wiċċ ġdid Triq Silvestru Fiteni u Triq Wied is-Sir fil-Mosta, minħabba l-istat ħażin li jinstabu fih u li dan l-istat qed jikkawża ħafna inkonvenjent u ħsara lill-karozzi tar-residenti, minbarra li hija perikoluza għal dawk li jridu jimxu fuq dawn it-toroq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u meta l-Kunsill Lokali tal-Mosta kien mistoqsi dwarhom wieġeb li “dan ix-xogħol jista’ jsir skont il-programm ta’ prioritajiet għat-toroq imħejji mill-kunsill lokali u meta l-finanzi tal-kunsill jippermettu.”

irranġar ta' ħitan u mogħdijiet tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix inċentiv biex bdiewa jirranġaw il-mogħdija u l-ħitan tagħhom, jiġifieri t-trejqiet tagħhom jingħataw wiċċ ġdid u jibnu l-ħitan imwaqqa'? Hemm xi tip ta' fondi dedikati għal dan il-għan ħalli trejqiet u ħitan jiġu rranġati u fl-istess ħin jagħmlu ambjent aħjar? Jekk iva, fejn u kif iridu japplikaw għal dan il-fond?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi taħt il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013, nsibu żewg miżuri fejn speċifikament tingħata għajnuna sabiex ikun jista’ jsir xogħol ta’ tiswijiet u titjib ta’ mogħdijiet u ħitan fil-kampanja għall-benefiċċju tal-bdiewa u l-pubbliku inġenerali. L-ewwel miżura tirrigwarda għajnuna marbuta ma’ l-iżvilupp ta’ infrastruttura relatata ma’ l-agrikoltura. Permezz ta’ din il-miżura għajnuna tkun mogħtija lill-bdiewa jew raħħala sabiex jitjieb l-aċċess għar-raba u l-irziezet tagħhom. Taħt miżura oħra nsibu għajnuna għall-investiment assoċjat mal-konservazzjoni, restawr u titjib tal-wirt rurali. Taħt din il-mizura Kunsilli Lokali jistgħu japplikaw sabiex iwettqu proġetti marbuta mal-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu f’żoni li huma barra miż-żoni ta’ żvilupp (ODZ).