Spezzjonijiet għall-għarrieda f'postijiet għall-protezzjoni kontra l-moħqrija tal-annimali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlet spezzjonijiet għall-għarrieda f'postijiet differenti s-sezzjoni ta' protezzjoni kontra l-moħqrija tal-annimali fl-2009 u x'kienu r-riżultati miksuba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fl-2009 saru 791-il-spezzjoni li rriżultaw fi ħrug ta’ twissija għal ħarsien xieraq ta’ l-annimali. F’ kazi fejn dawn it-twissijiet ma ġewx osservati s-sidien tal-annimali tressqu l-qorti
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġi approvat l-istudy leave għall-ħaddiema tal-gvern? Kemm kien hemm ħaddiema li ħadu ġranet ta' study leave matul is-sena 2009? Minn liema dipartimenti u f'liema grad kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kriterji li jiġi approvat l-istudy leave għall-ħaddiema tal-gvern huma skont l-Staff Development Manual li jinsab fuq is-sit http://www.sdo.gov.mt/StaffDevelopmentManual.htm - hard copy qed tiġi mqegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-i
study leave
jiġi approvat mill-Ministeru kkonċernat skont il-kriterji tal-Manual. Dan it-tagħrif ikun miżmum fil-Ministeri rispettivi.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nies li l-uniku dħul li għandhom huwa il-pensjoni tar-romol/ pensjoni tal-età, pensjoni tan-nies bi bżonnijiet speċjali/ għajnuna tal-qgħad jew xi pensjoni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 16273 li tiġbor fiha in-numru ta’ benefiċċjarji li qegħdin jirċievu xi tip ta’ pensjoni jew benefiċċju mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali.
Inżid ukoll li id-Dipartiment mhux f’posizzjoni li jgħid kemm huwa in-numru ta’ persuni li l-uniku dħul tagħhom huwa il-pensjoni jew il-benefiċċju li qegħdin jirċievu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li jieħdu l-għajnuna għaliex għandhom tfal taħt is-sittax-il sena ? Kemm hija l-popolazzjoni tat-tfal taħt din l-età u kemm hawn tfal li jikkwalifikaw għal dawn iċ-children's allawance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ammont ta’ familji (households) li jirċievu l-allowance tat-Tfal għaliex għandhom tfal taħt is-sittax-il sena huwa ta’ 42,507.
Il-popolażżjoni tat-tfal taħt is-sittax-il sena hija ta’ 65,272. Dawn it-tfal kollha jikkwalifikaw għall-ħlas tal-allowance tat-Tfal għalkemm mhux kollha jirċievu l-istess ammont ta’ allowance.
Tista' l-Ministru tgħid fejn jista' jmur jgħix xi ħadd li għandu bżonnijiet speċjali li wara li jmutulu l-ġenituri tiegħu li kienu jieħdu ħsiebu, dan ma jkollu lil ħadd li jkun lest li jieħu ħsiebu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta persuna b’diżabilita’ tasal f’sitwazzjoni fejn il-ġenituri jew il-main carers tagħha għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb aktar tagħha u l-persuna ma tkunx f’pożizzjoni li tieħu ħsieb lilha nnifisha, is-social worker tagħha (sakemm tiġi riferuta) t/jara’ x’inhu l-aħjar mod ta’ kif din il-persuna tista’ tingħata l-appoġġ meħtieġ.
Hemm diversi possibiltajiet ta’ għajnuna: Il-persuna tista' tingħata servizz fid-dar tagħha stess jekk iċ-ċirkustanzi jippermettu bl-għajnuna ta’ support workers, u professjonisti oħra; il-persuna tista’ tidħol f’waħda mir-residenzi li s-SAPPORT tmexxi, jew s-social worker tagħha ssib servizz residenzjali ieħor. F’dawn l-aħħar snin infetħu numru ta’ djar residenzjali għall-persuni b’diżabilità.
ilmenti fil-customer care ta' kumpaniji li jipprovdu dawl u ilma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti fil-customer care tal-kumpanija li tipprovdi s-servizz tad-dawl u l-ilma dwar il-kontijiet? Jista’ jgħid kemm kien hemm ilmenti fil-customer care tal-Ministeru tiegħu dwar kontijiet għoljin u barra minn lokhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx statistika speċifika fuq ilmenti dwar il-kontijiet, iżda tinżamm statistika li tirreġistra kull min jagħmel kull tip ta’ query ma' dak li għandu x’taqsam mal-kontijiet. Għall-matul l-ewwel erbgħa xhur tas-sena kien hemm medja ta’ 23,600 query ta’ dan it-tip fix-xahar.
Apparti minn dan bejn il-11 ta’ Frar u id-19 ta’ Mejju 2010, id-Direttorat ta’ l-Implimentazzjoni tal-Programmi li jieħu ħsieb il-
Customer Care
tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment rċieva 96 ilment dwar il-Korporazzjoni ta’ l-Ilma. Madankollu ta’ min jgħid li dawn l-ilmenti kienu varji u mhux kollha dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma.
Mosta, Attard u Balzan — toroq sekondarji li qatt ma ngħataw wiċċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' toroq fil-Mosta, Attard u Balzan ta' dawk it-toroq sekondarji u li qatt ma ngħataw wiċċ asfalt u tarmak u għalhekk huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li jagħmel dan ix-xogħol u jagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Minstru jgħid kemm hawn bċejjeċ tal-baħar reġistrati? Ta' liema qies huma u kif dawn il-bċejjeċ tal-baħar huma reġistrati, jekk humiex għal skop ta' sajd jew sports jew jekk hemmx xi tip ieħor ta' reġistrazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru flus mill-eco-tax matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2010? Fuq liema proġett ambjentali intnefqu dawn il-fondi miġbura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 inġabret is-somma ta’ €3,151,622,71 mill-eko-kontribuzzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li tilfu l-għajnuna supplimentari u tal-mard minħabba ż-żieda tal-għoli tal-ħajja li ngħatat għas-sena 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dħul massimu sabiex koppja miżżewġa kif ukoll persuna waħeda tikkwalifika għall-Għajnuna Supplimentari ġie miżjud bl-ġħoli tal-ħajja mogħti għas-sena 2010. Għaldaqstant l-ebda persuna ma għandha titlef id-dritt għal din l-għajnuna minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja li ngħata mill-Gvern għal din is-sena.
Ma’ dan inżid ukoll illi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mogħtija kull sena ma tiġix ikkunsidrata fir-reviżjonijiet li jsiru għall-Għajnuna Medika u għalhekk l-ebda persuna ma titlef id-dritt għall-Għajnuna Medika minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mogħtija mill-gvern għas-sena kurrenti.
Jista' l-Ministru jippubblika meta u fejn sar spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2009 mill-awtoritajiet konċernati u responsabbli minn dan il-fattur, biex jara li dawn it-toroq huma safe għas-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug — toroq fi stat ħażin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm toroq li għandhom l-istat tagħhom ta' ħsara 'il fuq minn 50%, 60%, 70%, 80% fil-lokalitajiet ta' Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug Malta? Jista' jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq u liema huma dawk it-toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ħadu l-injection tal-influwenza pandemika għas-sena 2009-2010 H1N1? Jista' jgħid kemm kien fadallu injections żejda d-Dipartiment tas-Saħħa? X'se jsir minn dawn l-injections u kemm ġiet tiswa kull injection u allura kemm hija l-ispiża tal-injections li ma ntużawx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ dożi ta vaċċin kontra l-influwenza pandemika li ingħataw bejn l-2009 u l-2010 kien ta’ 92,043. In numru ta’ dożi li għadhom maħżuna huwa ta 239,620.
Bħalissa għadu qed jiġi evalwat x’jista’ jsir minn dawn id-dożi u deċiżjoni tkun tista’ tittieħed wara li l-informazzjoni neċessarja minn sorsi internazzjonali dwar fatturi ta’ riskju tkun stabbilita.
Peress li il-kuntratt mal-kumpannija GSK jistabbilixxi li tali prezz ma jiġix magħmul pubbliku, mhux possibbli li tigħata l-informazzjoni dwar l-ispiża involuta iżda nista ngħid li n-nefqa totali kienet ta’ bejn iż-€2,500,000 u t-€3,000,000.
Nefqa f'konsulenza mill-ministeri u segretarji parlamentari
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'konsulenza fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 mill-ministeri u segretarji parlamentari, dekasteru b'dekasteru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema kien l-aħħar studju li sar biex jara xi stat jinsabu fih it-toroq tal-Mosta, Attard u Balzan? Jista' jgħid jekk ġiex ippubblikat dan l-istudju u kemm hija l-ispiża kkalkulata biex isiru dawn it-toroq li għandhom l-istat tagħhom b'iktar minn 50% ħsara, imkissra jew qatt ma ngħataw wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
politika biex jiġu organizzati l-bajjiet u l-portijiet
Question
Wara l-iżviluppi li kien hemm fejn ġie mħabbar li l-gvern se jadotta politika biex jorganizza l-bajjiet u l-portijiet tagħna b'tali mod li kull moll u biċċa tal-baħar tkun reġistrata u torbot ma' moll reġistrat u bil-permessi kollha neċessarji u minħabba li skond il-Ministru jidher li hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir kollu mill-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji biex jigu kkalkulati l-ispejjeż li se jiżdidulhom id-delettanti u kemm se jiġu jiswew dawn l-ispejjeż, jigifieri kemm se jiġi jiswa l-użu tal-irmiġġ għall-qxur tal-baħar? Jista' jgħid jekk dawn il-prezzijiet humiex se jkunu fissi jew jekk kull daħla/port immexxija mill-privat tagħmel il-prezzijiet hi skond kif jidhrilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.