Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa twil iż-żmien minn meta jibda il-proċess biex jivverifika jekk it-tfal għandhomx bżonn facilitator jew le, sa meta fl-aħħar it-tfal jagħtuhom facilitator? Veru li dan il-proċess idum iktar minn sentejn? Veru allura li dawn it-tfal li jkollhom bżonn għajnuna speċjali qed idumu sentejn u iktar biex jieħdu dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Tfal b’diżabilita’ jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel skond in-numru ta’ applikanti fil-lista tar-reġistrazzjoni. It-tfal l-oħra li ma għandhomx diżabilita’ jissejħu quddiem il-Panel skond il-lista tar-reġistrazzjoni imma ma jingħatawx priorita’ għaliex dawn it-tfal diġa jieħdu s-servizz tal-Learning Support Assistant jew servizzi oħra li jingħataw lit-tfal b’diffikultajiet fit-tagħlim.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16559 u ċioe: B'referenza għall-kawżi li l-Unjoni Ewropea għamlet lil Malta rigward il-kaċċa fir-rebbiegħa, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-gvern Malti kemm fl-ispejjeż li kellu jħallas lill-Qorti Ewropea, kif ukoll dawk l-ispejjeż lill-avukat barrani u spejjeż b'konnessjoni ma' biljetti tal-ajru u akkomodazzjoni lid-delegazzjoni Maltija?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16372 u jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock ġewwa l-Isptar Mater Dei matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Kemm damu out of stock, liema kienu u għal liema raġuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-problema ta' pilloli out of stock tiġi solvuta darba għal dejjem? Sitwazzjoni li żgur hawn kunsens ġenerali fuqha minħabba t-tbatija żejda li qed tikkawża lil min ma jkunux jista' jixtri l-pilloli minn butu.
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta xi mediċina tkun out of stock f’xi spiżerija tal-Gvern, ma jfissirx li l-istess mediżina tkun out of stock fl-ispiżeriji kollha (eż. spizeriji oħra fiċ-Ċentri tas-Saħħa, spiżeriji li qegħdin fl-iskema Spiżerija tal-Għażla Tiegħek, spiżerija tal-Isptar Mater Dei jew sptarijiet oħra jew fil-Medical Stores). Hemm diversi raġunijiet għaliex mediċin jaqgħu out of stock fosthom:
· Interruzzjoni fis-
Supply Chain,
· Aġenti jwasslu l-mediċini tard,
· Ordnijiet saru iżda il-manifattur ma laħħaqx il-produzzjoni mad-domanda tagħna,
· Konsum jiżdied minħabba domanda ikbar għal xi mediċina partikolari,
· Nuqqas ta’ mediċini fis-swieq internazzjonali,
· Nuqqas ta’ materjal biex jiġu manifatturati mediċini.
Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi li d-Dipartimenti tal-Saħħa m’għandux kontroll fuqhom, id-Dipartiment żied il-monitoraġġ fuq is-
suppliers
u sar eżerċizzju ta’ ridistribuzzjoni tal-mediċini bejn l-ispiżeriji tal-Gvern.
Fejn qabel id-
delivery period
fis-sejħiet għall-offerti kien ikun twil u kien jiġi kkwotat mill-aġent meta jitfa’ t-
tender
, id-Dipartiment tal-Procurements issa qiegħed jiddetermina li l-massimu ta’ żmien tad-
delivery
ma jridx jeċċedi it-tmien ġimgħat.
Jista' l-Ministru jagħti spjega ta' x'ġara eżatt sabiex pazjenti li kienu qed jistennew intervent f'qalbhom tal-PCI kellhom jiġu posposti għaliex l-stands li kien hemm fil-unit li tieħu ħsieb dawn l-interventi b'responsabbiltà kbira ħalliet dawn l-istands għall-każijiet ta' emergenza? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew posposti u x'qiegħed jsir biex din s-sitwazzjoni ma terġax tirrepeti ruħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għall-offerti għal 1,600 stent permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, liema sejħa kienet tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju 2009. Din it-tender ma kienetx ġiet allokata minħabba li kien hemm problemi amministrattivi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni. Barra minn hekk, wara li kien konkluż il-proċess tat-tender u kien ippubblikat ir-riżultat, it-tender ġie kkanċellat u segwentement appellat, liema appell għadu ma nstemax quddiem il-Bord tal-Appelli [PCAB].
Id-Dipartiment tas-Saħħa xtara 1,133
stent
fl-2009 u 403
stent
s’issa fl-2010, permezz tal-kuntratt ta’ qabel u saru ordnijiet varji minn sejħiet pubbliċi t' offerti oħrajn. Dawn l-i
stents
kienu għall-użu ta’ emerġenza u
electives
. Gew posposti madwar 100
angioplasty
.
Tista' l-Ministru tgħid fejn jistgħu jirrikorru għalliema li jħossu li qed issir diskriminazzjoni magħhom? Teżisti xi unit fl-istess dipartiment? Tista' tgħid fejn jistgħu jiċċekkjaw d-drittijiet tagħhom bħala għalliema? Tista' tgħid jekk id-deċizjonijiet li jieħu kap ta' skola jistgħux ikunu riveduti minn xi awtorità ikbar minnu, jew dak li jiddeċiedi dan il-kap isir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F'kull Kulleġġ hemm Prinċipal u l-għalliema li ma jaqblux ma xi deċiżjoni tal-kap tal-iskola jistgħu dejjem iresqu l-każ tagħhom għand il-Prinċipal. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għandu wkoll Customer Care and Staff Support Section fejn wieħed isib numru ta' customer care officers, kif ukoll żewġ counsellors li jagħtu appoġġ lill-ħaddiema fl-iskejjel. Impjegat tad-Direttorat jista' dejjem jirrikorri għand il-Customer Care and Staff Support Section biex jara x'inhuma d-drittijiet tiegħu/tagħha. Jekk wieħed għandu xi ilment dwar deċiżjoni li ħa xi Kap ta' Skola, għandu jkellem lill-Prinċipal jew javviċina lill-Customer Care. Kull każ ikun indirizzat u l-persuna tingħata feedback.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx full complement fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni? F'liema livelli u ta' liema suġġetti fadal vakanzi ta' għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa m’hemm l-ebda nuqqas ta’ għalliema fl-iskejjel primarji u sekondarji ħlief għal għalliema fi skola primarja li ħarġet fuq sick leave.
Il-vakanzi li kien hemm matul is-sena skolastika imtlew b’għalliema
supply
fejn ma nstabux għalliema regolari.
Is-suġġetti li għalihom ġew ingaġġati għalliema
supply
huma:
Primary
Sociology
SOK
Physics
English
Biology
Spanish
Italian
Maths
PE
Music
PSD
Computer Studies
ICT
Chemistry
Philosophy
HE
Maltese
Integrated Science
Textile Studies
Russian
Design & Technology (F&T)
Art
Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tal-Edukazzjoni dwar studenti ġodda li jixtiequ jsiru għalliema fid-dawl li l-popolazzjoni tat-tfal huwa stmat li tista' tonqos u allura n-numru ta' għalliema meħtieġa kulma jmur jista' jonqos?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi għandhom kuntatt tajjeb mal-Fakulta tal-Edukazzjoni u jgħaddu informazzjoni dwar il-progezzjonijiet ta' vakanzi li jista' jkun hemm fil-futur. L-Universita’ tikkonsidra dan meta tkun qed tagħmel xi 'capping' għal xi suġġetti partikolari. Imma l-istudenti dejjem ħielsa li jagħżlu huma liema suġġetti jixtiequ jgħallmu. F'ħafna suġġetti għad hemm bżonn għalliema. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qed isaħħaħ is-servizz ta' Career Guidance sabiex kull informazzjoni titwassal lill-istudenti. Pero imbagħad l-għażla hija f'idejn l-istudent. Is-sejħa ta' applikazzjoni għall-għalliema hija pjuttost wiesgħa fl-eliġibilta’ u għalhekk studenti li ma jintgħażlux għas-suġġett tagħhom jista' jkollhom opportunita’ jgħallmu xi ħaġa oħra jekk għandhom il-kwalifiki rikjesti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jdum il-proċess kollu sabiex tifel/tifla tiġi iċċertifikata li tikkwalifika għall-għajnuna ta' facilitator ġewwa l-klassi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dawk it-tfal li għandhom diżabilita’ jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel fl-aqsar żmien possibli skont in-numru ta’ applikanti. Kif il-Panel jirrakomanda għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) il-proċess ma jieħux aktar minn ġimgħatejn biex l-għajnuna tingħata.
Jista' l-Prim Ministru kemm kien hemm persuni miċ-Ċivil li ħadu flexi hours matul is-sena 2009? F'liema dipartiment jaħdmu dawn il-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm 3921 persuna li ħadu flexi-hours matul 2009.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni li jaħdmu maċ-Ċivil li matul is-sena 2009 ħadmu bir-reduced hours? Kemm kien hemm irgiel u kemm kien hemm nisa? Jista' jgħid jekk din is-sistema titħaddimx ukoll fil-privat u kemm kien hemm allura każijiet fil-privat li kienu bl-istess kundizzjonijiet fl-istess perjodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li 842 mara u 45 raġel ħadmu bir-reduced hours fis-Servizz Pubbliku matul l-2009.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk din is-sistema titħaddimx fil-privat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-full complement għall-ħaddiema fiċ-Ċivil, dipartiment, dipartiment u kemm hemm ħaddiema neqsin f'kull dipartiment u ta' liema grad huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-full complement għas-Servizz Pubbliku, fil-Ministeri, id-Diviżjonijiet, id-Dipartimenti u d-Direttorati, m’huwiex xi ħaġa statika iżda eżerċizzju kontinwu li jħares il-ħtiġijiet tas-Servizz u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni, minn żmien għal żmien, hekk kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru 14135 tal-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiġu jiswew kull darba li jieħdu t-test tad-demm LFT u CBC għal sitt darbiet f'sena? Jista' jgħid jekk sarux stimi biex jara kemm tiġi tiswa lill-pajjiż li ġġib lill-pazjent għal sitt darbiet f'sena biex jieħu dawn it-testijiet wara li jagħmel proċedura tal-P.C.I. tal-qalb?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prezz biex isiru it-testijiet tad-demm LFT u CBC huma kif jidher hawn taħt:
LFT - € 27.96
CBC - € 13.98.
Il-prezz biex isiru LFT’s u CBC’s sitt darbiet f’sena jammonta għal € 251.64.
Jista' l-Ministru jgħid fejn hemm faċilitajiet ta' ħabs għaż-żagħzagħ ta' 18-il sena li jeħlu l-ħabs u li jkollhom sentenza ta' ħabs xi jsegwu? Jista' jgħid jekk hemmx diviżjoni għalihom u x'taħriġ isir fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex dawn iż-żgħażagħ ma jerġgħux jispiċċaw hemm wara li jiskontaw is-sentenza li jkunu ingħataw?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi żgħażagħ ta’ 18-il-sena iservu s-sentenza tagħhom fit-Taqsima tal-YOURS (Young Offenders Unit for Rehabilitation Services). Din it-taqsima, għalkemm tinstab ġol-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, hija apparti mill-bqija tat-taqsimiet l-oħra.
Infurmat ukoll li fil-YOURS, barra li wieħed jista’ jieħu tagħlim u taħriġ fit-taqsima stess, jista’ jkollu l-opportunita’ li jmur għal korsijiet li huma organizzati mill-ITS, ETC, MCAST u istituzzjoni oħrajn edukativi. Barra minnhekk f'din it-taqsima jsir ukoll xogħol volontarju fil-kommunita’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom kartuna roża għaliex m'għandhomx flus il-bank u dħul ieħor u għandhom dħul limitat u għalhekk jikkwalifikaw għall-kartuna roża? Kemm huwa kkalkulat li hawn nies li jikkwalifikaw għall-istess kartuna roża imma m'għandhomx?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Pensjoni tar-romol, mard, età u benefiċċju tal-unemployement
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nies li l-pensjoni tar-romol/mard/età/benefiċċju tal-unemployment tagħhom hija l-uniku dħul finanzjarju? Kemm minn dawn huma l-bread winners u għandhom familja tiddependi fuq dan id-dħul?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li ma tinżammx statistika li tikkonferma kemm hawn persuni li pensjoni/benefiċċju/assistenza li jirċievu mid-Dipartment tas-Sigurta’ Soċjali hi l-unika dħul tagħhom u għaldaqstant mhux possibli jiġi kkwantifikat in-numru ta’ persuni li huma l-bread winners u li għandhom familja tiddependi fuqhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk bħala dipartiment teżistix xi sezzjoni li tara li ma ssirx moħqrija fuq l-annimali? X'inhu x-xogħol prinċipali ta' din is-sezzjoni u liema attività ta' moħqrija taqa' taħt il-ħarsien tagħha biex ma ssirx?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-dipartiment tal-Animal Welfare, li ilu mwaqqaf aktar minn sentejn, huwa responsabbli biex iħares l-annimali minn kull xorta ta’ moħqrija skond kap.439 tal-liġijiet ta’Malta, Att dwar it-trattament xieraq tal-annimali.
Persuni li tressqu akkużati b'moħqrija fuq l-annimali
Question
Jista l-Ministru jgħid kemm fl-2009 tressqu persuni akkużati b'moħqrija fuq l-annimali? X'kienu l-annimali li sofrew moħqrija u x'tip ta' moħqrija sofrew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi fl-2009 kienu akkużati 15 il-persuna fuq moħqrija ta klieb, qtates żwiemel, nagħag, mogħoz u fniek. Il- moħqrija li-sofrew kienet kif ġej;
· Klieb kienu miżmuma ġo gaġeġ żgħar u oħrajn bla ebda għata biex ikunu jistgħu jistkennu jew ma ngħatawx il-kura meħtieġa.
· Klieb u żwiemel li ma kellhomx ilma u ikel .
· Qtil illegali ta’ nagħag u mogħoz mhux kif approvat mill-awtoritajiet kompetenti.
· Annimali li ġew trasportati minn Malta għal Għawdex b’mod mhux adegwat.
· Annimali li kienu marbutin b’tali mod li ma setgħux jiċċaqalqu għal tul ta’ żmien.