Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn Maltin li huma miżżewġa lill-barranin u x'nazzjonalità huma dawn il-barranin li żżewġu? Jista' jgħid kemm kien hemm Maltin li żżewġu barranin fl-aħħar ħames snin u liema kien il-pajjiż oriġinali ta' dawn il-barranin li żżewġu Maltin?
Response (GATT, AUSTIN)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant li jkun iżjed speċifiku dwar il-perjodu li qed jirreferi għalih.
L-informazzjoni mitluba dwar kemm Maltin iżżewġu barranin fl-aħħar ħames snin hija kif ġej:
fl-2005 252
fl-2006 224
fl-2007 255
fl-2008 203
fl-2009 233
Dwar liema kien il-pajjiż oriġinali tal-barranin li żżewġu Maltin, nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dawn il-pajjiiżi jammontaw għal madwar 92 pajjiż.
Ta’ min wieħed jiġbed l-attenzjoni illi kien hemm istanzi ta’ żweġijiet b’rit mhux Kattoliku fejn dawn ma’ jiġux rreġistrati u allura mhumiex inklużi fl-istatistika li ngħatat aktar ‘il fuq, li tkopri biss dawk iż-żweġijiet li jkunu reġistrati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn barranin li kellhom permess tax-xogħol f'Malta matul l-ewwel tliet xhur tas-sena 2010? Tista' tagħti lista ta' xogħlijiet li dawn il-barranin kellhom permess li jaħdmu fih u minn liema pajjiż tal-oriġini ġew dawn il-ħaddiema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex qed isir monitoring biex jara l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fil-hotels/homes tal-anzjani/sptarijiet/ fabbriki/ bars/ restoranti eċċ.? Jekk iva fejn u f'liema settur? Jista' jgħid jekk hemmx xi unit li tara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ma jkunux imkasbrin u li qed tiġi segwita il-liġi fuq il-post tax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li parti mir-responsabbilta li taqa' taħt id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg hi li jsir sorveljar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fid-diversi setturi tal-industrija Maltija bil-għan li l-obligi li joħorġu mil-liġi ndustrijali jiġu osservati. Dan ix-xogħol jitwettaq min spetturi fi ħdan it-Taqsima tal-Infurzar ta’ l-istess Dipartiment.
Barra min hekk, persuna li tħoss li l-kundizzjonijiet tal-impieg tagħha ma kenux rispettati għax tallega li soffriet diskriminazzjoni, fastidju sesswali, tkeċċija nġusta, vittimizzazjoni jew nuqqas ta’ ħlas indaqs għal xogħol ta’ valur ugwali għandha l-possibilta li tirrikori min jedda għal rimedju mingħand it-Tribunal Industrijali biex dan jagħti ġudizzju fuq il-materja inkwistjoni u jordna l-metodu li biha tiġi ndirizzata n-nuqqas li jirriżulta.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija ċ-ċifra tan-nies li jaqbżu l-linja tal-faqar b'€60, €100, €200, €300, €400 u €500 fis-sena? Allura kemm kien hemm nies li qabżu il-linja tal-faqar b'dan l-ammont fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex f’mistoqsija parlamentari 12074 li kienet fil-leġislatura l-oħra, kien qal ili l-atypical antipsychotics ma jistgħux jintuzaw bħala mediċini li jgħinu biex itaffu l-problema tal-imgieba ta' dawn il-pazjenti għaliex instab li jżidu serjament problemi ta’ saħħa fiżika oħra, u li l-uniċi mediċini li baqa' li jistgħu jintużaw huma l-acetylchominesterase inhibitors jew l-NMDA receptor anatagonists?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Jidher li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 15185. F’din it-tweġiba jiena kont għidt li “-mediċini antipsychotic jistgħu jintużaw f’każ ta’ sintomi psikotiċi u mġieba aggressiva jew vjolenti anki f’persuni bid-dimenzja u li hija l-kompetenza tat-tabib li jkun jaf liema mediċini għandu jagħti lill-pazjenti f’dawn iċ-ċirkustanzi” u mhux kif qiegħed jgħid l-Onor. Interpellant.
Nikkonferma li l-
atypical antipsychotics
jista’ jkollhom xi effet negattiv fuq is-saħħa fiżika, iżda dan jista’ jiġi segwit b’testijiet tad-demm biex jiġi żgurat li dan ma jseħħx.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' toroq li hemm fuq il-waiting list biex issirilhom manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak?
Kemm ilhom jistennew it-toroq li hemm miktubin biex issir manutenzjoni fuqhom u meta huwa ppjanat li kull triq tiġi rranġata kif jixraq għaż-żmenijiet tal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10722 u jgħid kemm hemm parking slots il-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mir-residenti biss u kemm hemm parking slots li jistgħu jintużaw mill-pubbliku b'mod ġenerali?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru ta’ parking slots ġewwa l-Belt Valletta huwa kif gej:
· 133
parking slots
li jistgħu jintużaw mir-residenti biss il-ġurnata kollha.
· 1414
parking slots
li jistgħu jintużaw mill-pubbliku in ġenerali il-ġurnata kollha.
· 413
parking slot
s
li jistgħu jintużaw mill-pubbliku in ġenerali bejn is-sebgħa ta’ fil-għodu u s-sebgħa ta’ fil-għaxija, u mir-residenti biss bejn is-sebgħa ta’ fil-għaxija u s-sebgħa ta’ fil-għodu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija responsabbli mill-provvista tad-dawl u l-ilma bagħtet lill-ħaddiema tagħha biex jaqtgħu d-dawl jew l-ilma lil residenti partikolari wara li dawn ikunu naqsu milli jħallsu l-kont tad-dawl u l-ilma bejn Jannar u Diċembru 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi jirriżulta li ntbagħtu 9430 ittra ta’ sospensjoni f’residenzi domestiċi bejn Jannar u Diċembru 2009.
Mosta, Attard u Balzan — toroq sekondarji li qatt ma ngħataw wiċċ
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' toroq fil-Mosta, Attard u Balzan ta' dawk it-toroq sekondarji u li qatt ma ngħataw wiċċ asfalt u tarmak u għalhekk huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali li jagħmel dan ix-xogħol u jagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19277.
Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern Ċentrali x'nefqa se jagħmel fuq it-toroq fil-Mosta, Attard u Balzan fis-snin 2010 u 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Gvern Ċentrali qed jippjana li jintefqu madwar €260,000 fis-snin 2010 u 2011 għall-bini ta' toroq residenzjali fil-lokalitajiet imsemmija. Il-programm ta' major patching għadu qed jiġi ppreparat.
Vetturi ta' kull ministeru u kull segretarju parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi/vetturi oħra ma' kull ministeru u kull segretarju parlamentari? Jista' jgħid jekk dawn il-vetturi humiex mikrija jew inkella humiex tal-gvern ministeru b'ministeru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi jintużaw total ta' sbagħtax-il karozza li huma kollha tal-Gvern. Fir-rigward tal-ministeri l-oħra nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeri konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kif isir ix-xiri ta' fuel ta' kull ministeru, jekk huwiex minn pompa tal-petrol waħda jew jekk kull ministeru jistax jagħmel l-arranġamenti tiegħu? Jista' jgħid allura kemm intuża fuel matul is-sena 2009 minn kull ministeru u segretarju parlamentari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hija fid-diskrezzjoni tal-Ministeru minn fejn jixtri l-petrol. Matul l-2009, il-Ministeru tiegħi uża 19,374 litru ta' fuel. Fir-rigward ta' ministeri oħra, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeri konċernati.
Manutenzjoni fil-karozzi tal-ministeri u segretarji parlamentari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'manutenzjoni fil-karozzi li jintużaw minn kull ministeru u kull segretarju parlamentari matul is-sena 2009?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2009, il-Ministeru tiegħi nefaq €13,829 f'manutenzjoni ta' karozzi. Fir-rigward ta' ministeri oħra, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi t-talba tiegħu lill-ministeri konċernati .
karozzi li jagħmlu użu minnhom il-ministri u s-segretarji parlamentari — VRT
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-karozzi li jagħmlu użu minnhom il-ministri u s-segretarji parlamentari ssirilhomx il-VRT jew inkella jsirilhomx xi test ieħor biex jaraw ir-road saftey ta' dawn il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza li nagħmel użu minnha jien, issirilha l-VRT meta jkun imissha. Fir-rigward ta' ministeri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-ministeri konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn koppji li sseparaw matul is-snin 1995 - 2009 kull sena separatament? Kemm kellhom età dawn il-koppji li sseparaw? Jista' jagħti statistika ta' figura globali ta' kemm hawn koppji li ufiċjalmet huma separati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-Reġistru Pubbliku għandu biss informazzjoni dwar dawk is-separazzjonijiet li attwalment ikunu reġistrati u li din l-informazzjoni ma tinkludix l-età tal-partijiet. Infurmat ukoll li l-informazzjoni li għandu l-imsemmi Reġistru hija mill-2003 'il quddiem biss u għalhekk l-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tkun risposta.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li huma miżżewġa biċ-ċivil biss?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ żwiġijiet reġistrati fir-Reġistru Pubbliku biċ-Ċivil biss mill-1975 , li hija s-sena minn meta bdew jiġu reġistrati ż-żwiġijiet , huwa ta’ 11,127.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hija twila l-waiting list biex tagħmel kull test li huwa meħtieġ qabel ma tiġi deċiza jekk tifel għandux bżonn facilitator jew le?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Assessment tat-tfal ma jsirx mill-iStatementing Moderating Panel imma minn professjonisti li jinsabu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jew entitajiet oħra fid-Diviżjoni tas-Saħħa. It-tfal jiġu quddiem l-iStatementing Moderating Panel wara li jkunu saru t-testijiet meħtieġa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm facilitators jaħdmu mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm kien hemm fil-waiting list għal dan is-servizz f'Mejju 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hemm elf mitejn sebgħa u sebgħin (1,277) Learning Supply Assistants u Supply LSAs jaħdmu mad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi. Dan in-numru ma jinkludix Supply/LSAs li qegħdin fuq xi forma ta’ unpaid leave. Bħalissa hemm tlieta u sebgħin (73) fuq unpaid leave (Parental Responsibility etc.).
L-ammont ta’ tfal fl-iskejjel tal-Istat li għadhom fuq il-waiting list huwa ta’ ħames mija u wieħed u disgħin (591). Il-parti l-kbira ta’ dawn it-tfal ma għandhom l-ebda diżabilita’ u diġa’ qed jibbenifikaw mis-servizzi li hemm fl-iskejjel.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal u kemm kienet l-età tat-tfal li kienu identifikati li huma slow learners/ li għandhom slow concentration span matul is-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2009 b’kollox kien hemm 38 tifel u tifla bejn l-eta ta’ 5 snin u 14 il-sena bi problemi ta’ “Slow Concentration / slow learners”.