Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett tal-Wied tas-Salina/ Burmarrad, liema proġett kien imwiegħed diġà mill-gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti xi żmien ilu? Meta beħsiebu jibda dan il-proġett u meta huwa kkalkulat li jispiċċa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor interpellant jispeċifika għal-liema proġett qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus il-Gvern Malti f'ismu jew f'isem xi korporazzjoni jew kumpanija lil banek, kumpaniji u lill-poplu Malti u Għawdxi jew jrid jagħti b'xi mod ieħor, liema flus li jrid joħroġ il-gvern, wieħed jista' jqisu bħala dejn tal-pajjiż b'mod globali? Jista' l-Ministru jgħid sa meta dawn il-flus il-gvern irid iħallashom lura u kemm qed iħallas imgħaxijiet il-pajjiż minħabba dan is-self li għandu kull sena, jew kemm huwa stmat li jrid jħallas f'imgħaxijiet għas-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f'Malta u Għawdex kollu li l-uniku dħul li għandhom huwa minn xi pensjoni? Kemm hawn minn dawn il-persuni u liema tip ta' pensjoni hija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment mhux f’posizzjoni li jgħid kemm huwa in-numru ta’ persuni li l-uniku dħul tagħhom huwa il-pensjoni jew il-benefiċċju li qegħdin jirċievu, peress li din l-informazzjoni ma tasalx għand id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx persuni li ma jiddikjaraw l-ebda dħul finanzjarju? Jekk iva, għal liema raġuni u kemm hawn minn dawn il-persuni? Liema età għandhom u kemm ilhom f'din is-sitwazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li ma ddikjaraw l-ebda dħul finanzjarju fis-sena ta’ stima 2005 sa l-2009 huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mhux possibbli li wieħed jgħid għaliex dawn il-persuni mhumiex qed jiddikjaraw dħul finanzjarju. Il-fatt li persuna ma tiddikjara xejn ma jfissirx li attwalment ma jkollha l-ebda dħul, għax fil-fatt wieħed jista’ jkollu pereżempju dħul minn investimenti u jagħżel li tinqatagħlu t-taxxa bil-15% minn ras il-għajn, u għalhekk ma jkun hemm għalfejn jiddikjara xejn. Oħrajn ikollhom dħul minn dividendi u t-taxxa tinqatagħlhom ukoll minn ras il-għajn bla ma jiġu dikjarati d-dividendi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17732 u jgħid liema kien l-aħħar studju li sar biex jara xi stat jinsabu fih it-toroq tal-Mosta, Attard u Balzan? Jista' jgħid jekk ġiex ippubblikat dan l-istudju u kemm hija l-ispiża kkalkulata biex isiru dawn it-toroq li għandhom l-istat tagħhom b'iktar minn 50% ħsara, imkissra jew qatt ma ngħataw wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19277.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx direttiva tal-Unjoni Ewropea jew biex insegwu xi direttiva internazzjonali oħra li ma nistgħux nbiegħu t-tonn wara Ġunju jew kenitx xi regola li adotta il-Gvern Malti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-tonn jista jinbiegħ dejjem basta li min qed ibiegħ ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu dokumenti uffiċjali li juru li dak it-tonn nqabad skont ir-regoli stabbiliti mill-ICCAT u mill-U.E.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kenitx direttiva tal-Unjoni Ewropea jew biex insegwu xi direttiva internazzjonali oħra li ma nistgħux nużaw basktijiet tal-plastik jekk ma nħallsux taxxi fuqhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Interpellant illi din il-miżura kienet inizjattiva tal-Gvern Malti fil-baġit tas-sena 2009.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kentix direttiva tal-Unjoni Ewropea jew biex insegwu xi direttiva internazzjonali oħra li nibdew nagħmlu użu mill-flixken tal-plastik u ineħħu l-flixken tal-ħġieġ għall-użu tal-poplu Malti u Għawdxi, liema flixken kienu jiġu riċiklati u re usediktar faċli milli jistgħu jiġu riċiklati l-flixken tal-plastik li qed nagħmlu uzu minnhom bħalissa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li Malta għamlet l-argument waqt in-negozjati biex tinżamm il-prattika li kellna. L-Unjoni Ewropea kienet għamlitha ċara li l-obbligu li kellu pajjiżna biex jintuzaw fliexken ‘reusable’ kien meqjus bħala ‘barrier to trade’ u għaldaqstant il-pajjiż kellu tliet snin mis-sħubija sabiex ineħħi dan l-obbligu (liema obbligu tneħħa fl-2007). Meta seħħ dan, l-operaturi kellhom id-dritt li jagħżlu liema materjal iridu jużaw ħalli jippakkeġġaw ix-xarbiet tagħhom skont il-bżonnijiet tas-suq. Id-deċizjoni li jibdew jintużaw fliexken tal-plastik flok dawk tal-ħġieġ għall-użu tal-poplu Malti u Għawdxi kienet waħda purament kummerċjali meħuda mill-operaturi kkonċernati. Irid jingħad, iżda, li dawn l-operaturi xorta baqgħlhom obbligu jottempraw wriehom mar-regolamenti ambjentali dwar skart tal-ippakkjar li daħħlu fis-seħħ mas-sħubija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex ċertu ħaddiema tal-Gvern qed jirċievu l-pay slip ħmistax-il ġurnata wara li tidħol il-paga l-bank u qalulhom li jekk iċemplu Għawdex biex jaraw għaliex din qed iddum ma tidħol jaqilgħu charge?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari numru 19156.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom salarju u dħul ieħor kull Ministru, Segretarju Parlamentari u Parlamentari Ewropew fis-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-dettalji dwar salarji u dħul ieħor ta’ Ministru u Segretarju Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward is-salarju u dħul ieħor tal-Parlamentari Ewropej, billi mill-bidu ta’ din il-leġislatura tal-Parlament Ewropew dawn il-Membri bdew jitħallsu totalment minn hemm, din l-informazzjoni mhijiex disponibbli.
Sptar Mater Dei — ċitazzjonijiet mogħtija fil-car park
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri jekk xi ħadd li jkun qala' ċitazzjoni fil-carpark tal-Isptar Mater Dei mill-istess kuntrattur li jopera dan l-post jidhirlu li din iċ-ċitazzjoni hija inġusta? Fejn għandu japella biex issir ġustizzja miegħu? Fejn jista' jieħu rimedju għal dan l-aġir tal-istess kuntrattur li qed imexxi lil din il-car park?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 18978.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17723 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Jaf il-Ministru li l-flight enquiries bin-numru 50043333 issa m'għadhomx joffru s-servizzi tagħhom b'xejn imma biex tkun taf informazzjoni dwar il-flights trid tħallas €1.50? Jista' jgħid minn meta beda dan is-servizz ġdid bil-ħlas u jekk huwiex permessibli li titħallas miżata fuq servizz li l-iktar li jagħmlu użu minnu huma dawk l-inqas li għandhom mezzi, għaliex kieku għandhom mezzi jaraw minn fuq l-internet b'xejn l-informazzjoni li jkunu jridu jafu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet permezz tat-telefon kien ‘
outsourced
’ lill-
Call Centre
minn Settembru tal-2003 permezz tan-numru 50043333, liema servizz qatt ma ngħata b’xejn.
F’Diċembru 2009, GO plc infurmawna li l-
Call Centre
sussidjara tagħhom – Dial-It – ma kinitx se tkompli toffri dan is-servizz u għaldaqstant l-MIA għażlet
Call Centre
ieħor biex ikompli jingħata dan is-servizz. It-tariffa għal kull telefonata għoliet għal 1.50 ewro minn Marzu 2010, li minnha l-MIA ma tagħmel ebda qliegħ. Din it-tariffa tkopri l-ispejjeż tal-
Call Centre
l-ġdid biex jagħti l-informazzjoni kif ukoll il-perċentwal dovut lill-GO plc biex jipprovdu l-linja ‘
Premium
’ li nużaw.
Is-servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet huwa offrut b’xejn permezz tal-
internet
kif ukoll permezz tal-‘
Information Channel
’ fuq it-televiżjon kemm fuq Melita TV kif ukoll fuq GO TV.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17728 u jippubblika meta u fejn saru spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2009 mill-awtoritajiet konċernati u responsabbli minn dan il-fattur, biex jara li dawn it-toroq huma safe għas-sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li ġew spezzjonati skond dawn il-kriterji matul is-sena 2009.
Nefqa f'konsulenza mill-ministeri u segretarji parlamentari
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17731 u jgħid kemm intnefqu flus f'konsulenza fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 mill-ministeri u segretarjati ta' segretarji parlamentari, dekasteru b'dekasteru?
Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug — toroq fi stat ħażin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17729 u jgħid kemm hemm toroq li għandhom l-istat tagħhom ta' ħsara 'il fuq minn 50%, 60%, 70%, 80% fil-lokalitajiet ta' Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug Malta? Jista' jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq u liema huma dawk it-toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li toroq li kienu diġà saru huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali rispettivi u għalhekk wiċċ ġdid jew xogħol ta' manutenzjoni għandu jsir mill-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17733 u ċioe: Wara l-iżviluppi li kien hemm fejn ġie mħabbar li l-gvern se jadotta politika biex jorganizza l-bajjiet u l-portijiet tagħna b'tali mod li kull moll u biċċa tal-baħar tkun reġistrata u torbot ma' moll reġistrat u bil-permessi kollha neċessarji u minħabba li skont il-Ministru jidher li hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir kollu mill-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji biex jigu kkalkulati l-ispejjeż li se jiżdidulhom id-delettanti u kemm se jkunu dawn l-ispejjeż, jigifieri kemm se jiġi jiswa l-użu tal-irmiġġ għall-qxur tal-baħar? Jista' jgħid jekk dawn il-prezzijiet humiex se jkunu fissi jew jekk kull daħla/port immexxija mill-privat tagħmel il-prezzijiet hi skont kif jidhrilha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li, fir-rigward ta’ organised mooring areas u temporary marinas immexxija mill-privat, kienu ġew identifikati żoni marittimi minn Transport Malta li l-privat ikun responsabbli li jorganizza u jmexxi skont kriterji stabbiliti mill-istess awtorità. Il-prezzijiet ta’ rmiġġi f’dawn iż-żoni m’humiex fissi iżda jiġu negozjati (permezz ta’ proċess ta’ request for proposals) bħala parti minn kuntratt bejn l-operatur u Transport Malta għal kull żona speċifika.
Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa Transport Malta qed tagħmel studju sabiex jiġu riveduti r-regolamenti dwar l-irmiġġi sabiex, fost oħrajn, jiġu regolati liċenzji għall-irmiġġi, l-allokazzjoni tagħhom kif ukoll it-tariffi. Dan l-istudju qed isir għal żoni mmexxija mill-awtorità u mistenni jiġi konkluż sal-aħħar t’Ottubru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2010 u ta' liema tip kienet? Minn liema lokalitajiet u kemm kien hemm persuni involuti f'dan it-traffikar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont u t-tip ta' droga maqbuda mill-Pulizija f'diversi lokalitajiet matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena. Infurmat ukoll illi matul l-istess perijodu kien hemm 48 persuna li ġew investigati mill-Pulizija fuq traffikar ta' droga.
Attachments:18908 - Drug suezure Jan - May 2010.doc
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' kuntrabandu li nqabdu mill-Freeport wara li dawn daħħlu s-sistema ta' x-ray u screening ta' diversi containers b'mod random?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2005 sa 2010 id-Dwana ta’ Malta kellha 86 każ ta’ kuntrabandu ta’ merkanzija ta’ trasbord u 9 każijiet ta’ kuntrabandu ta’merkanzija għal Malta.
Sptar Mater Dei — ċitazzjonijiet għall-ħaddiema li jipparkjaw ħażin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-ħaddiema li qed jaħdmu fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw ċitazzjonijiet għaliex min imexxi l-car park qed jgħid li jkunu pparkjati ħażin u li jridu jħallsu mingħajr m'għandhom id-dritt li jappellaw minn din id-deċiżjoni quddiem arbitraġġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntrattur li jmexxi l-car park tal-Isptar Mater Dei ma jistax jagħti ċitazzjonijiet. Apparti minn hekk, ma jistgħux jingħataw ċitazzjonijiet għal ipparkjar ħażin fil-car parks ta’ Mater Dei li huma meqjusa bħala areas privati. Ċitazzjonijiet jistgħu jingħataw biss minn gwardjani lokali jew mill-pulizija għal kontravenzjonijiet fl-areas pubbliċi bħalma huma r-ring road, il-bus stops eċċ.
Jista' l-Ministru jippubblika l-legal notice fejn turi kif min qed imexxi l-car park tal-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei ingħata l-permess li jagħmel multi lil dawk li skont hu jkunu pparkjati ħażin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mhux meħtieġ il-provvediment t’ avviż legali biex jiġi nfurzat ikklampjar u towing ġewwa parkeġġ privat. Avviż legali jinħtieġ biss meta jsir ikklampjar u towing f’toroq u parkeġġi pubbliċi. Il-parkeġġ tal-ħaddiema tal-isptar mhux żona pubblika imma jifforma parti mill-istess sptar. L-unika ħtieġa legali biex isir infurzar ta’ ikklampjar u towing fil-parkeġġ tal-ħaddiema fl-isptar huwa il-provediment ta’ sinjali li jindikaw li dik iż-żona hija suġġetta għal ikklampjar u towing.