Operazzjonijiet fuq l-imsaren u l-intern — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-imsaren u l-intern? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Operazzjonijiet u interventi fuq il-moħħ — Waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-moħħ? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sa l-aħħar ta’ Awwissu 2010 kien hemm 7 pazjenti fuq il-waiting list għal operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq ilmoħħ fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn 3 qegħdin jistennew għal transphenoidal surgery waqt li 4 qegħdin jistgennew għal craniotomy. Dawn huma kollha każijiet ta’ pazjenti li m’għandhomx bżonn ta’ operazzjoni urġenti u xi wħud minnhom jirrikjedu ippjanar u ko-ordinazzjoni bejn speċjalisti minn oqsma differenti qabel ma jistgħu jsiru. Dawk l-operazzjonijiet li jkunu urġenti isiru minnufiħ.
In-numru ta’ pazjenti fuq il-waiting list għal interventi mhux urġenti fuq il-moħħ fit-tliet snin li għaddew kien kif jidher hawn taħt:
Ottubru 2007 - 2 pazjenti
Ottubru 2008 - 3 pazjenti
Lulju 2009 - 7 pazjenti
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru iktar tagħlim lill-anzjani tagħna biex jevitaw il-waqgħat u b'konsegwenza t'hekk jiffrankaw ir-riperkussjonijiet li jkollhom wara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-proċess ta’ tagħlim lill-anzjani dwar kif jevitaw il-waqgħat għadu għaddej. Minn żmien għal żmien kemm l-istaff u kemm l-anzjani jiġu aġġornati dwar dan is-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ikollu jonfoq iktar kieku ma kienx hemm il-pilloli out of stock li kien hemm minn Jannar sa Settembru 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn out of stock items u n-nefqa fuq mediċini. Fil-fatt meta xi prodott ikun out of stock, id-Dipartiment tal-Procurements iżid l-ordnijiet sabiex jassigura li jkollu stocks adegwati. Meta d-Dipartiment tal-Procurements ikun kostrett jixtri minn sorsi alternattivi meta mediċini jaqgħu out of stock minħabba dewmien minn naħa tal-kuntrattur, id-differenza fil-prezz titħallas mill-kuntrattur oriġinali.
Lista ta' stennija fl-Oftalmoloġija, ortopedija u kardjoloġija
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk żdiditx il-lista ta' stennija fl-oftalmoloġija, ortopedija u kardjoloġija sa Settembru 2010 meta ikkomparata mas-snin 2006, 2007, 2008, 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm operaturi li offerew magni u servizzi tal-X-ray u għaliex intgħażlet it-tip ta' magna li ntgħażlet biex titwaħħal ġewwa il-Mosta Health Center?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19423.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-X-ray machine li ntgħażlet biex twaħħlet fil-Mosta Health Center u minn kemm-il magna oħra ġiet magħżula?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma kien hemm l-ebda sejħa pubblika biex intgħażlet l-X-ray machine li twaħħlet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Din l-X-ray machine kien sarilha upgrade wara li ntlaħaq ftehim mal-kumpanija Philips. L-ispiża biex sar dan l-upgrade kienet € 348,000.00.
Operazzjonijiet u interventi fuq l-għajnejn — waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-għajnejn? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar privati li jieħdu residenti anzjani mingħand il-Gvern minflok ma dawn l-anzjani jmorru f'xi dar għall-anzjani mmexxija mill-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm ħames djar tal-anzjani privati li jieħdu residenti mingħand il-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu dawk id-djar u r-residenzi li jieħdu fihom anzjani li jkunu miktubin biex jmorru f'residenza għall-anzjani tal-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn żmien għal żmien id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità joħroġ sejħa għall-operaturi fil-privat li huma interessati li jissuplixxu sodod għal kura fit-tul. Dawn is-sottomissjonijiet jiġu evalwati skont il-livell ta’ servizzi li joffru u l-bżonnijiet tad-Dipartiment.
Għażla bejn Djar tal-Anzjani Privati jew tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif jintgħażlu l-anzjani li jmorru ġewwa djar privati u mhux fi djar oħra għall-anzjani li jipprovdi l-Gvern? Anke jekk iħallas il-gvern u lilhom jinqatgħulhom 60% jew 80 % mill-pensjoni, hija l-għażla tal-anzjan li jmur f'dawn id-djar jew kull anzjan jista' jagħżel f'liema dar irid imur jgħix anke jekk din tkun immexxija mill-privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li anzjani li jkollhom bżonn kura fit-tul jintbagħtu fid-Djar tal-Gvern jew fid-djar tal-privat skont fejn ikun hemm sodda battala u skont il-bżonnijiet tal- kura tal-anzjan. Wara li jsir assessment tal-livell tad-dipendenza tal-anzjan u jintemm il-perjodu ta’ rijabilitazzjoni, l-anzjan jintbgħat fid-dar li toffri servizzi addatti skont il-bżonn individwali.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx inċentivi bħal ngħidu aħna taxxa mnaqqsa għal dawk l-anzjani jew qraba tagħhom li jħallsu minn buthom huma r-renta għall-akkomodazzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu ġewwa dar jew residenza għall-anzjani? U jekk m'hemmx, beħsiebu l-gvern idaħħal inċentivi biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jiġu inkoraġġiti ħalli jibqgħu jgħixu f'dawn id-djar mingħajr ma joħolqu ħafna iktar pressjoni fuq il-gvern ċentrali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Artiklu 14D tal-Income Tax Act li jipprovdi għal tnaqqis fit-taxxa lil dawk l-individwi li jkunu ħallsu miżati, f’isimhom jew f’isem xi membru tal-familja tiegħu, rigward residenza f’dar privata għall-anzjani.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ippjanat iktar servizzi għall-anzjani li jgħixu fil-komunità għas-sena 2010-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fis-sena li ġejja, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ser ikompli jinvesti f’aktar night shelters u day centres kif ukoll jibda jimplimenta l-proġett pilota tas-servizz ta’ kura fid-djar (Outreach Service).
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena li ġejja, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ser ikompli jibni fuq is-servizzi eżistenti bex jindirizza l-bżonnijiet tal-anzjani li jgħixu fil-komunità.
Huwa ppjanat li nkomplu nindirizzaw il-bżonnijiet soċjali tal-anzjani biex ma jinqatgħux għalihom waħedhom u jaqgħu fi stat ta’ solitudni u dipressjoni. Għalhekk, flimkien mal-
Malta Communications Authority
se nkomplu noffru
courses
fl-informatika l-anzjani jingħataw il-possibilità jidħlu fid-dinja tal-IT.
Huwa maħsub ukoll li nkomplu ninvestu f’aktar
Night Shelters
u
Day Centres
. Is-servizz tal-Għajnuna fid-Dar (
Home Help Service
) se jkompli jiġi żviluppat skont il-ħtieġa tal-anzjan biex flimkien mas-servizz provdut mill-MMDNA u l-CommCare Assessment Unit nipprovdu servizz komplut.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux ippjanat iktar homes u residenzi għall-anzjani li jkunu jbatu mid-dimentia għas-sena 2010-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li f’dak li huwa ippjanar għall-kura fit-tul, il-Gvern qed jinkludi sezzjonijiet għal dawk ir-residenti li għandhom il-kundizzjoni tad-dimentia. Il-policy tal-Gvern hi li kull binja għall-anzjani għandha tkun dimentia friendly mill-ewwel.
Personell mediku fl-Għadira, Armier, Ġnejna u bajjiet oħra
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul ix-xhur tas-sajf f'postijiet li huma 'l bogħod bħall-Għadira/Armier/Ġnejna u bajjiet oħrajn, ikunx hemm stazzjonati ambulanza u personnel mediku fil-viċinanza ħalli jekk jiġri xi inċident f'dawn il-bajjiet ikunu mill-ewwel fuq il-post?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Insterpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17989.
Ħaddiema taċ-Ċivil li jgawdu mill-Continous Professional Development
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kategoriji u sezzjonijiet ta' kategoriji li jaħdmu maċ-Ċivil li jgawdu mill-Continous Professional Development?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fis-Servizz Pubbliku hemm numru ta’ ftehim settorjali li jipprovdu għal għoti ta’ Continous Professional Development (CPD) lil diversi uffiċjali pubbliċi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kategorija ta’ uffiċjali pubbliċi li huma ntitolati għal CPD.
deċiżjoni dwar min jingħata l-Continuous Professional Development
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġi deċiż liema professjoni jew grupp ta' ħaddiema jaqgħu taħt il-kategorija ta' Continuous Professional Development u liema mhumiex? Kif jiġu magħżula u min jagħmel din l-għażla? Hemm xi bord li jiddeċiedi dan? Kemm hemm ħaddiema tal-gvern u liema huma l-kategoriji li jaħdmu fiċ-Ċivil li mhumiex f'din il-kategorija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku jingħata Continuous Professional Development (CPD) u dan skont diversi ftehim settorjali negozjati bejn il-Gvern u l-Unions. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kategoriji ta’ uffiċjali pubbliċi li jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ CPD partikolari.
Ninsab infurmat ukoll illi s-Servizz Pubbliku b’mod kostanti, joffri diversi opportunitajiet ta’ taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jibqgħu aġġornati bl-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fil-qasam tagħhom. Għal dan il-għan fl-2009, il-Gvern alloka €159,370 u ibbenefikaw 5138 uffiċjal pubbliku minn dawn l-opportunitajiet. Il-
prospectus
ta’ taħriġ offrut jiġi aġġornat
on-line
. Fuq livell nazzjonali hemm ukoll skemi oħra li joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u żvilupp personali bħal ma hi l-iskema tal-iSteps u l-Malta Government Scholarships Scheme li minnhom jibbenefikaw numru mhux żgħir ta’ uffiċjali pubbliċi. Dawn huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea.
B’rabta ma’ dan kollu għandu jingħad ukoll li l-Gvern mhux biss jiffinanzja s-CPD u l-parti l-kbira tat-taħriġ msemmi, imma issa investa ukoll b’fondi nazzjonali f’Ċentru ta’ taħriġ li ser jiġi inawgurat fil-ġranet li ġejjin. Dan iċ-Ċentru ikkolabora mal-Università ta’ Malta biex għal l-ewwel darba, minn dan ix-xahar, 43 uffiċjal pubbliku ser jibdew
Higher Diploma in Public (Accounting and Finance)
li apparti l-valur fiha nnifisha, għandha marbuta magħha garanzija ta’
career advancement
biex kull min jiggradwa jieħu pożizzjoni ta’
Manager (Accounting and Finance)
fi skala 7.
Minn naħa tiegħu il-Gvern hu kommess li jtejjeb dejjem aktar l-opportunitajiet ta’ taħriġ u kien għalhekk li, fost l-oħrajn applika (u ġie approvat) proġett ko-finanzjat mil-Unjoni Ewropea sabiex, flimkien ma’ l’
École Nationale d’Amministration
ta’ Franza u numru ta’ Aġenziji oħrajn, isir taħriġ lill-uffiċjali pubbliċi.
Il-Gvern, konxju mill-ħtieġa li l-uffiċjali pubbliċi jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jappellalhom biex jagħmlu użu minn dawn l-opportunitajiet billi, iwieġbu għas-sejħiet tat-taħriġ, skont il-każ u ċ-ċirkostanzi partikolari.
flus allokati għal Continuous Professional Development
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm jiġu allokati flus ħalli jkompli jkun hemm Continuous Professional Development? Kif jiġu mqassma dawn il-flus lejn professjonijiet differenti u kemm hemm professjonijiet li bbenifikaw minn dan il-fond matul is-sena 2009? Jista' jgħid kif irid jagħmel ħaddiem li jkun jixtieq jibbenefika minn dawn il-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fis-Servizz Pubbliku hemm numru ta’ ftehim settorjali li jipprovdu għal għoti ta’ Continuous Professional Development (CPD) lil diversi uffiċjali pubbliċi. Fl-2009, fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, ġew allokati €3427.40 għal CPD. Għar-rigward il-Ministeri l-oħra nistieden lill-Onorevoli Interpellant jagħmel l-istess mistoqsija lill-Ministri rispettivi. Għar-rigward kemm hemm professjonijiet li huma ntitolati għal CPD, nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 19358. Sabiex uffiċjal pubbliku li skont il-ftehim settorjali tiegħu jkun intitolat mit-tali ħlas, l-uffiċjal konċernat għandu jagħmel talba lid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru tiegħu sabiex jiggwidah skont il-parametri tal-ftehim settorjali applikabbli.
Aparti l-flus li jingħataw bħala CPD skont id-diversi ftehim settorjali, ninsab infurmat illi sabiex l-uffiċjali pubbliċi jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u jibqgħu aġġornati bl-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fil-qasam tagħhom fl-2009, is-Servizz Pubbliku, permezz tal-i
Staff Development Organisation
u
Centre for Development, Research and Training
alloka €159,370 f’taħriġ u
sponsorships
lil uffiċjali pubbliċi. Il-gradi tal-uffiċjali pubbliċi li ibbenefikaw minn dan it-taħriġ u l-
isponsorships
jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Sabiex uffiċjal pubbliku jattendi għal dan it-taħriġ, huwa għandu jimla formola li tinsab fil-
prospectus
li joħroġ kull sena u li jinsab
on line
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Continuous Professional Development iġġibx flus minn fondi mill-Unjoni Ewropea, jew jekk il-fondi li għandha li jagħmlu użu minnhom il-ħaddiema humiex kollha provduti mill-Gvern Malti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-fondi għal ħlas ta’ Continuous Professional Development (CPD) li hemm stipulate fid-diversi ftehim settorjali fis-Servizz Pubbliku huma kollha provduti mill-Gvern Malti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li huma fuq il-lista tal-gvern imma li qed jgħixu ġewwa homes u djar immexxija mill-privat? Jista' jgħid kemm hemm f'kull dar privata minn dawn l-anzjani u kemm jiġu jiswew lill-Gvern biex lil dawn l-anzjani jżommhom f'dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 257 anzjan li qegħdin fi djar immexxija mill-privat taħt l-iskema tal-Public Private Partnership. Id-dettalji sal-aħħar ta’ Lulju 2010 huma kif jidher hawn taħt:
Residenza
Numru ta’ Residenti
Nefqa Jannar – Lulju 2010
€
Casa Serena
78
506,913
Central Home
61
355,470
Casa Arkati (independent residents)
23
84,915
Casa Arkati (dependent residents)
10
88,689
Villa Messina (independent residents)
43
275,294
Villa Messina (dependent residents)
12
119,145
Roseville Home (dependent & semi dependent)
40
3,855 (Lulju 2010)
TOTAL
257
1,434,281