Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta — ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq il-Kulleġġ, it-Trinkatur u Xorxa, li kollha ġabu 65 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.

Mosta — ranġar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Bla Isem (fi Triq is-Sgħajtar), il-Biedja, il-Bwieqi, il-Kappella tal-Isperanza, ix-Xitwa, Marco Montebello, Mons. Mikiel Azzopardi, San Silvestru u Serafin Zarb li kollha ġabu 60 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
Leg 11 PQ #19584 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — Isem ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru jibda l-proċess sabiex xi triq li hemm bla isem fil-Mosta tissemma Triq it-Tislima lill-Vittmi tal-Kmamar tan-Nar, liema triq tibqa' ssellem lil dawk kollha li ħallew ħajjithom biex il-poplu b'mod ġenerali jkun jista' jgawdi l-ilwien sbieħ li x-xogħol finali tal-piroteknika li huma jipproduċu jsebbaħ u jsellem lill-padruna mis-sema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Mosta li s-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant ser jitpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali.
Leg 11 PQ #19585 Sitting 280 2010-11-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Budget għall-bliet u rħula għal tiswijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-budget ta' kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex kollu belt, belt u raħal, raħal għas-sena 2010 biex isiru toroq ġodda u jsiru t-tiswijiet fit-toroq eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.

Staff tal-isptar — full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu bżonn iktar ħaddiema f'Awwissu 2010 biex l-istaff tal-isptar jiġi bil-full complement? Jista' jgħid kemm jkollu bżonn iktar budget biex ikun jista' jħallas lil dawn il-ħaddiema għax-xogħol tagħhom? Jista' jgħid dawn il-ħaddiema f'liema kategorija huma? Jista' jgħid meta hemm ippjanat li dan il-full complement jintlaħaq u kif?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mosta — ranġar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma Triq ta' Alofju Wignacourt, Dun Karm Schembri, Bernard Callejja, il-Ballata, il-Bonnijiet, il-Familja Cumbo, il-Kwies, il-Parjan, il-Waqqafa, it-Taħħan, l-Antinni, l-Assemblea Nazzjonali, l-Istrinġel, Silvestru Fiteni ta' Mlit u Ta' Vnezja li kollha ġabu 100 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali huma determinati mil-liġi mhux mill-fuljetti li jippubblika xi kunsill. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 19277, li tagħti triq triq it-toroq kollha responsabbiltà ta' Transport Malta u li huma ppjanati li jsiru fis-snin li ġejjin.

Mosta — ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013, it-toroq fil-Mosta li huma Triq Antonio Miruzzi, Bla isem (Ma' Triq is-Snajja), Dun Gwann Pullicino, Il-Bennej, Il-Bergamott, Il-Farinal, It-Tabib Tumas Chetcuti, L-Isperanza Sqaq Nru.3, Madre Tereza, Nerik Mizzi, Rafel Caruana Dingli, Salvu Aquilina, Salvu Barbara, Salvu Zahra, Ta' Bistra, Tal-Qares u Tal-Wej, li kollha ġabu 95 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19575.

Mosta — Ranġar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Camillo Scibberas, Dun Karm Sciberras, id-Dawr, il-Buqqanier, il-Battaljun, il-Garrier, il-Wied, is-Snajja, l-Imsaqqfin, l-Imsiebaħ, l-Ortolan, u Mons.Edgar Salamone li kollha ġabu 90 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19575.

Mosta — ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq San Anton Abbati Nru 1, Dun Mikiel Xerri, E.B.Vella, il-Fdalijiet Preistorici, il-Ġnejna, il-Ħbit mill-Ajru, il-Kartacinizi, il-Lunzjata, il-Papa Giovanni XXIII, il-Papa Piju XII, il-Parroċċa (works in progress), il-Plejju, in-Naqqax, ir-Refuġjatti tal-Gwerra, ir-Rimona, Patri Avartan Fenech u Sir Arthuro Mercieca li kollha ġabu 85 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19575.

Mosta — ranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Anton Schembri Adami, Ġanni Chetcuti, Gio. M. Camilleri, iċ-Ċiklisti, il-Fuħħar, l-Għerien Tal-Wied, il-Kissier, il-Leġġenda, il-Wied, ir-Rumani, is-Sgħajtar, Salvu Dimech u Sant' Anna li kollha ġabu 80 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19575

Operazzjonijiet fuq is-snien u l-ħalq — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq s-snien u l-ħalq? Liema tip ta' operazzjonijeit huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

1. Infurmat li d-dettalji dwar il-lista ta’ stennija għal operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq is-snien u l-ħalq sal-aħħar ta’ Awwissu 2010 hija mqassma skont it-tip ta’ operazzjoni. Id-dettalji huma kif jidher hawn taħt: a. Oral Surgery under General Anaesthesia – hemm 204 adult u 122 tfal fuq il- waiting list b. Local Analgesia – M’hemmx waiting list c. Sessjonijiet ta’ General Anaesthesia għal tfal bi bżonnijiet speċjali – hemm 27 pazjent fuq il- waiting list . 2. Iż-żmien ta’ stennija għal dawn l-interventi huwa kif jidher hawn taħt. a. Oral Surgery under General Anaesthesia , Adulti – bejn wieħed u ieħor sena; b. Oral Surgery under General Anaesthesia , Tfal – bejn wieħed u ieħor tmien xhur; c. Sessjonijiet ta’ General Anaesthesia għal tfal bi bżonnijiet speċjali – bejn wieħed u ieħor, sena u disa’ xhur. 3. Id-dettalji dwar dawk il-pazjenti li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent huma kif jidher hawn taħt. a. Oral Surgery under General Anaesthesia , Adulti – għaxar xhur; b. Oral Surgery under General Anaesthesia , Tfal – tmien xhur; c. Sessjonijiet ta’ General Anaesthesia għal tfal bi bżonnijiet speċjali – sena u disa’ xhur. 4. Ninsab infurmat li peress li l- waiting lists jiġu aġġornati kuljum, mhuwiex possibbli li tingħata l-informazzjoni dwar il-listi ta’ stennija fl-aħħar ta’ Awwissu 2007, 2008 u 2009.

MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija twila l-waiting list u ukoll x'inhuwa l-perjodu ta' stennija minn meta jiġi ordnat MRI sakemm jsir it-test attwali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li Normalment iż-żmien ta’ stennija għal MRI huwa ta’ 5 xhur. Kull referral għal MRI jiġi vetted mir-radjoliġisti u tingħata data skont l-urġenza tal-każ. Dawk li huma urġenti jsiru immedjatament. Fil-5 ta’ Ottubru, kien hemm 1,804 appuntament ibbukkjati għall-MRI. Dawn kollha ingħataw appuntament u se jkunu saru l-MRIs kollha sas-7 ta’ Marzu 2011. L-appuntamenti huma mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Xahar Numru ta’ appuntamenti Ottubru 2010 538 Novembru 2010 454 Diċembru 2010 316 Jannar 2011 330 Frar 2011 83 Marzu 2011 83 1,804

CT Scan

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija twila l-waiting list u ukoll x'inhuwa l-perjodu ta' stennija minn meta jiġi ordnat CT Scan sakemm jsir it-test attwali?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li normalment iż-żmien ta’ stennija għal CT scan ivarja bejn 5 u 6 xhur. Kull referral għal CT scan jiġi vetted mir-radjoliġisti u tingħata data skont l-urġenza tal-każ. Dawk li huma urġenti jsiru immedjatament. Fil-5 ta’ Ottubru 2010, kien hemm 1691 appuntament ibbukkjati għal CT scan. Dawn kollha ingħataw appuntament u se jkunu saru is-CT scans kollha sat-23 ta’ Marzu 2011. L-appuntamenti huma mqassma kif jidher fit-tabella hawn taħt: Xahar Numru ta’ appuntamenti Ottubru 2010 682 Novembru 2010 458 Diċembru 2010 207 Jannar 2011 150 Frar 2011 165 Marzu 2011 29 1691

Pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock minn Jannar sa Awwissu 2010? X'kienu dawn il-pilloli u kemm damu kull tip ta' pilloli out of stock? X'kienet ir-raġuni għaliex kull tip ta' pillola kienet out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 17996 u 20663.

Nuqqas ta' materja prima waqt l-operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm materja prima u affarijiet vitali li jiġu użati biex permezz tagħhom jsiru operazzjonijiet u interventi fuq il-qalb, l-għajnejn, irkoppa u hips minn Jannar sa Awissu 2010 u li minħabba n-nuqqas ta' din il-materja prima ma setgħux jsiru l-interventi neċessarji li soltu jkunu pjanati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul il-perjodu indikat ma kien hemm l-ebda operazzjoni jew intervent fuq l-għajnejn, l-irkoppa u l-hips li ma setgħux isiru minħabba nuqqas ta’ materjali meħtieġa sabiex issir operazzjoni. Matul l-istess perjodu kien hemm interventi mhux urġenti tal-qalb li ma setgħux isiru minħabba problemi fit-tender biex jinxtraw l-istents. Sal-lum ħafna mill-interventi posposti saru u sa l-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru huwa mistenni li jkunu saru l-interventi kollha li kellhom jiġu posposti.

Materja prima li suppost xtara l-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm suppost nefaq iktar il-Gvern kieku kellu jixtri l-materja prima li soltu jagħmel użu minnha f'interventi tal-qalb, għajnejn u għadam imma peress li kienet out of stock ma xtarax u għalhekk ma nefaq xejn għalihom u li dawn kienu out of stock bejn Jannar u Awwissu 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Dwar id-dettalji li jikkonċernaw l-interventi msemmija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 19565. Mhux se jkun hemm differenza fin-nefqa tal-Gvern fuq materjali meħtieġa peress li l-interventi proposti saru jew se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin.

Operazzjonijiet u interventi fuq l-irkoppa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-irkoppa? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet u interventi fuq il-Hip

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-hip? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet u interventi fuq il-qalb — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-qalb? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Operazzjonijiet fuq l-imnieħer u l-widnejn — Waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm waiting list sal-aħħar ta' Awwissu 2010 għall-operazzjonijiet li jinvolvu interventi fuq l-imnieħer u widnejn? Liema tip ta' operazzjonijiet huma dawn u kemm jaħseb li jridu jistennew in-nies li hemm fuq il-waiting list tal-lum biex issirilhom din l-operazzjoni? Kemm ilhom snin u xhur jistennew dawk li ilhom l-iktar fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom dan l-intervent? Kemm kien hemm fuq din il-lista ta' stennija fil-2007/2008/2009?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.