Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw disposables fl-ewwel 6 xhur tas-sena 2010 fl-Isptar Mater Dei u kemm hija l-ħażna ta' disposables li hemm għal dan l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2010 fuq disposable items li nxtraw mid-Dipartiment tal-Procurements għall-iSptar Mater Dei kient €973,845.85. L-ammont ta’ flus f’disposables items li hemm maħżuna bħalissa fl-Isptar Mater Dei huwa €234,958.50. Dan l-ammont jinbidel minn żmien għall-ieħor, u jirrifletti ħażna ta’ ħmistax il-jum f’materjal mediku għall-istess sptar.
ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa iċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt u jekk dawn il-flus kenux inklużi mal-istima oriġinali ta' kemm se jiġi jiswa l-proġett innifsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ċ-ċelebrazzjoni tal-inawgurazzjoni tal-proġett ta' Bieb il-Belt ġiet tiswa' €61,039. Dawn il-flus m'għandhomx x'jaqsmu mal-budget tal-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies li qed jibbenifikaw minn għajnuna li qed tiġi mill-Unjoni Ewropea għal dawk li għandhom dħul baxx , liema għajnuna titqassam mill-qassisin fl-irħula u bliet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.
Għajnuna mill-Unjoni Ewropea minħabba anzjani u nies li jgħixu f'riskju ta' faqar
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk intalbitx iktar għajnuna mis-snin ta' qabel mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li l-persentaġġ ta' anzjani u oħrajn li qed jgħixu fir-riskju ta' faqar qed jiżdied?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk qed jirefferi għal għajnuna ta’ prodotti ta’ l-ikel li tingħata mill-Unjoni Ewropea, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m'għandux din l-informazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.
Spjegazzjoni dwar fatt li hawn aktar irġiel fqar minn nisa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti jista' jispjega l-fenominu li l-anzjani irġiel huma iktar foqra mill-anzjani nisa f'Malta, liema fatt jidher biss f'Malta u ma ssibu fl-ebda statistika Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li statistika annwali kkumpilata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li n-nisa qegħdin jgħixu aktar mill-irġiel. Għalhekk il-proporzjon ta’ rġiel f’din l-età li jgħixu waħedhom huwa anqas minn dak tan-nisa minħabba li f’koppja, hemm aktar ċans li jmut ir-raġel qabel il-mara. Minħabba f’hekk, il-proporzjon ta’ nisa li jkollhom jaqsmu il-pensjoni ma’ xi ħadd ieħor huwa anqas minn dak ta’ l-irġiel. Għaldaqstant, hemm aktar ċans li l-equivalised income ta’ mara f’din l-età ikun akbar minn dak ta’ raġel fl-istess età.
Ta’ min jinnota wkoll li dan il-fenominu huwa aċċentwat fl-istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions), minħabba li nies li jgħixu fid-djar tal-anzjani mhumiex inklużi f’dan l-istħarriġ.
Jista' l-Minsitru jgħid meta sejjer jsir l-intervent ortopediku fuq il-pazjent, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn din l-operazzjoni fuq dan il-pazjent għal diversi raġunijiet ġiet posposta diversi drabi, liema posponiment ħoloq u qed joħloq ħafna tbatija psikoloġika żejda fuq dan il-pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ilu jiġi segwit mill-konsulent tiegħu għal dawn l-aħħar 3 snin. Minnħabba l-kundizzjoni tiegħu l-operazzjoni li għandu bżonn ma setatx issir qabel, għaliex kien ikun hemm riskju kbir ta’ kumplikazzjonijiet serji għad-dannu tal-pazjent. Dan kollu ġie spjegat bir-reqqa kollha diversi drabi kemm lill-pazjent u lill-qrabatu. Huwa mistenni li l-operazzjoni li qiegħed jistenna se ssirlu fix-xhur li ġejjien.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta sejra titwaqqaf milli titħallas il-liċenzja tat-tv, iktar u iktar meta llum hawn diversi nies li mhux qed jagħmlu użu mill-aerial tradizzjonali u qed jużaw mezzi iktar moderni biex jaqbdu l-istazzjonijiet favoriti tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'kontijiet ta' dawl l-Isptar Mater Dei kull ġimgħa għall-ewwel disa' xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża medja fuq kontijiet tad-dawl fl-Isptar Mater Dei kienet hekk:
fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2010 - €83,000 fil-ġimgħa
fit-tieni perjodu ta’ tliet xhur - €80,000 fil-ġimgħa
fit-tielet perjodu ta’ tliet xhur - €141,000 fil-gimgħa
L-istima ta’ l-ispiża totali f’kontijiet tad-dawl fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2010 hija ta’ €3,948,000. Din hija stima għax il-kontijiet tad-dawl li ntbagħtu s'issa kienu sal-bidu ta’ Marzu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'kontijiet tal-ilma l-Isptar Mater Dei għall-ewwel 9 shur tas-sena u kemm allura jintnefaq medja ta' ilma fil-ġimgħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ta’ l-ispiża tal-kontijiet tal-ilma fl-Isptar Mater Dei għall-ewwel 9 xhur tas-sena 2010 hija ta’ €100,000. Din hija stima għax il-kontijiet tal-ilma li ntbagħtu s'issa kienu sal-bidu ta’ Marzu.
L-istima ta’ l-ispiża medja fil-ġimgħa matul l-ewwel tliet perjodi ta’ tliet xhur tas-sena hija kif ġej:
Jannar sa Marzu - €2236 fil-ġimgħa
April sa Ġunju - €2393 fil-ġimgħa
Lulju sa Settembru - €3077 fil-ġimgħa
Jista' l-Ministu jgħid kemm ġie jiswa l-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei għall-ewwel 6 xhur tas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża għall-manutenzjoni fl-Isptar Mater Dei kienet tammonta għal €5,433,000. Dan l-ammont jinkludi manutenzjoni fuq il-post u apparat fost affarijiet oħra.
Rapporti ta' liema huma toroq imkissrin madwar Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti f'idejh ta' kemm hemm u liema huma t-toroq li hemm imkissrin madwar Malta u Għawdex kollu? Jista' jgħid kemm għandhom toroq imkissra u ta' liema persentaġġ ta' tkissir huma kull belt u raħal f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol tal-inkjesta li waqqfet ix-xogħol fl-estenzjoni tal-club tal-football ta' H'Attard? Meta huwa kkalkolat li x-xogħol jista' jitkompla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma kien hemm ebda inkjesta dwar ix-xogħol tal-estensjoni tal-klabb tal-
football
ta’ Ħ’Attard.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li jitkompla x-xogħol fuq il-main tad-drenaġġ li jispiċċa ġewwa l-Baħrija, u b'hekk tispiċċa din il-problema għal dawn ir-residenti darba għal dejjem?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għandha pjan li tinstalla impjant zgħir għat-trattament tad-drenaġġ fil-Baħrija u mhux main. Dan l-impjant mhuwiex mistenni li jiġi nstallat qabel is-sena 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn prodotti li nħallsu VAT fuqhom, u kemm hija l-VAT fuq materja prima?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-VAT titħallas fuq il-prodotti u l-materja prima kollha barra dawk li huma elenkati fil-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar Taxxa fuq Valur Miżjud (Kap 406) li huma eżenti. Hemm prodotti oħra li għandhom rata mnaqqsa li jinsabu elenkati fit-tmien Skeda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza fuq il-VAT mħallsa fuq prodotti mpurtati lejn Malta jekk dawn ikunu maħduma lesti jew jekk il-prodott impurtat ma jkunx maħdum u jkun iktar materja prima mhux maħduma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-VAT titħallas bir-rata standard fuq il-prodotti kollha barra dawk li huma elenkati fil-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq Valur Miżjud (Kap 406) li huma eżenti irrispettivament jekk humiex importati lejn Malta maħduma jew bħala materja prima . Hemm prodotti u materja prima oħra li għandhom rata mnaqqsa li jinsabu elenkati fit-Tmien Skeda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji ġodda li fetħu f'Malta u Għawdex matul l-ewwel 6 xhur tas-sena 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm min dawn in-negozji li għalqu l-bibien għaliex ma sabux li kien jaqbilhom jkomplu bin-negozji tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Bla Isem (Trejqet il-Ħanqa), Carmelo Dimech, Fabrizio Bartolo, id-9 ta' April, il-Merill, il- Mitħna l-Qadima, il-Poeta u l-Għerien li kollha ġabu 75 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Don Alvaro De Sande, il-Bajtra, il-Bajtar, il-Feniċi, l-Għasel, il-Pont, l-Għonnella, l-Inkurunazzjoni u Madre Maria Tereza Spinelli li kollha ġabu 70 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.