Legislature:
Category:
Reset
Active:

Furjana — Bieb il-Bombi - inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inċidenti inti u dieħel lejn il-Furjana fejn Bieb il-Bombi matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn l-inċidenti ħallew vittmi fatali u vittmi oħrajn?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-kolliżjonijiet/inċidenti tat-traffiku li ġew irrapurtati lill-Pulizija fi Triq Nazzjonali, fil-parti li tagħmel mal-Furjana kienu kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Fatali Bi ġrieħi ta’ natura gravi Bi ġrieħi ta’ natura ħafifa 2005 0 1 3 2006 0 3 4 2007 0 1 3 2008 0 4 5 2009 0 1 3 2010* 2 6 8 * sa l-ahhar ta’ Ottubru. Ta’ min ifakkar illi mill-15 ta’ Jannar 1998, inċidenti front to rear bdew jiġu rrapurtati biss lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni, filwaqt li mill-1 ta’ Marzu 2004, inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa’ jew ħsara fi proprjetà pubblika, bdew jiġu rrapurtati lill-Gwardjani Lokali.

Furjana — Bieb il-Bombi - ramble zone

Question

Jista' l-Ministru jagħti direttivi biex inti u dieħel il-Furjana ħdejn Bieb il-Bombi terġa' tinbena t-triq biex issir inqas perikoluża u ma jkomplux isiru inċidenti? Jista' jordna li jsir ramble zone twila kemm jista' jkun ħalli bla ma jridu x-xufiera jnaqqsu minn rajhom l-ispeed li jkunu għaddejjin bih?

Response (GATT, AUSTIN)

Billi ma nippretendix li jien daqshekk adatt f’materja ta’ bini ta’ toroq daqs kemm jidher li hu l-Onor. ħabib tiegħi, m'għandi ebda ntenzjoni li noħroġ ebda direttiva simili imma nħalli l-esperti jaslu għall-konkluzjonijiet tagħhom.

Sptar Mater Dei — car park

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa sabiex il-kumpanija li kienet qed tikklempja l-karozzi u allura tiġbor flus mingħand il-ħaddiema tal-Isptar bla ma kellha l-permess li tagħmel dan, tagħti lura dawk il-flus li nġabru mingħand il-ħaddiema għaliex il-vettura tagħhom kienet ġiet ikklempjata f'dan il-car park privat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kuntrattur konċernat kien u għadu jottempra ruħu kemm mal-kuntratt li bih huwa marbut u anke mal-liġi. Għaldaqstant ma jirriżultalix li hemm xi passi li għandhom jittieħdu fil-konfront tal-imsemmi kuntrattur.

Nies li mietu minħabba l-asbestos

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm huwa indikat li kien hemm persuni li tilfu ħajjithom bejn l-2000 u 2010 u li din il-mewt kienet ikkawżata minħabba li dawn il-persuni kienu esposti għall-asbestos? Jista' jgħid liema kien il-post oriġinarjament fejn dawn kienu esposti għall-asbestos? Fejn kienu jaħdmu tul ħajjithom kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għalkemm l-NSO jippubblika statistika li kapaċi tkun relatata ma’ din il-kawża, m’għandux informazzjoni f’livell daqstant speċifiku.

Għajnuna lill-persuni li kienu esposti għall-asbestos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li jirriżulta li kienet esposta għall-asbestos u li apparentament għandha problemi ta' saħħa minħabba dan il-fatt tingħatax għajnuna legali mill-istat biex fl-aħħar mill-aħħar tirċievi l-għajnuna meħtieġa li jkollha bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru tas-Saħħa ma jipprovdix servizzi legali lill-pazjenti. L-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jinkludi provvedimenti għal kumpens għal persuni li għandhom problemi ta’ saħħa minħabba l-asbestos. Għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Korsijiet mill-Institute of Healthcare

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 18905 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet rifeura lilha u tgħid liema korsijiet huma ppjanati li jiftħu f'Settembru /Ottubru tal-2010 mill-Institute of Healthcare u kemm sejrin jaċċettaw studenti f'kull kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Institute of Health Care — courses ta' taħriġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqisja parlamentari 18901 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid liema huma l-courses ta' taħriġ li offriet l-Institute of Health Care tal-Università ta' Malta matul is-snin 2007/08/09? Ta' liema livell kienu dawn il-korsijiet u jekk jistgħux jitkejlu jew jiġu komparati ma' livelli oħrajn bħal ngħidu aħna Livell Avvanzat jew xi diploma jew degrees oħrajn fl-Ingilterra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nonforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jaqbżu l-linja tal-faqar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18083 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hija ċ-ċifra tan-nies li jaqbżu l-linja tal-faqar b'€60, €100, €200, €300, €400 u €500 fis-sena? Allura kemm kien hemm nies li qabżu il-linja tal-faqar b'dan l-ammont fis-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-Istħarriġ dwar id-Dħul Finanzjarju u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions, SILC) il-parteċipanti huma mitluba, fost affarijiet oħra, li jwieġbu numru ta’ mistoqsijiet dwar id-dħul tagħhom. B’hekk għal kull familja magħżula f’dan l-istħarriġ jista’ jiġi kkalkulat d-dħul nett. Għal kull familja jrid jiġi kkalkulat ukoll id-daqs tagħha b’mod illi jirrefletti mhux biss in-numru ta’ persuni imma anke il-kompożizzjoni tal-familja. Għal dan il-għan jintuża l-“modified OECD” equivalence scale li jagħti: - weight ta’ 1.0 għall-ewwel persuna adulta fil-familja; - weight ta’ 0.5 għal kull persuna oħra fil-familja li għandha 14-il sena jew iktar; - weight ta’ 0.3 għal kull tifel jew tifla fil-familja. Meta jingħaddu flimkien dawn il- weights għal kull familja, ir-riżultat jissejjaħ l- equivalent household size . Per eżempju familja magħmula minn żewġ adulti u tifel ta’ 10 snin għandha equivalent household size ta’ 1 + 0.5 + 0.3 = 1.8. B’hekk jista’ jiġi kkalkulat l- equivalised disposable income billi wieħed jiddividi d-dħul nett tal-familja bl- equivalent household size ta’ l-istess familja. Dan l- equivalised disposable income huwa mehmuż ma’ kull individwu f’dik il-familja u jirrappreżenta d-dħul ta’ kull persuna. Il-livell li jiddetermina min hu f’riskju ta’ faqar huwa ekwivalenti għall-60 fil-mija tal- median national equivalised income tal-persuni kollha li jgħixu f’residenzi privati. Fl-istħarriġ tal-2009 dan il-livell, magħruf bħala at-risk-of-poverty threshold , kien ta’ €5,961 fis-sena. Kull persuna li għandha equivalised disposable income taħt dan il-livell titqies li qegħda f’riskju ta’ faqar. Il-figuri ppreżentati fit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ġew ikkalkulati permezz ta’ l-istħarriġ li sar matul is-sena 2009 fejn l-informazzjoni miġbura dwar id-dħul tirreferi għas-sena 2008.

Kura lil pazjenti barra l-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni jew intervent fuq pazjenti Maltin isiru ġewwa sptarijiet privati jew barra minn Malta minħabba l-fatt li l-kura li jkunu jeħtieġu dawn il-pazjenti ma tkunx tingħata ġewwa l-Isptar Mater Dei? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' interventi huma dawn u kif inhu l-proċess sabiex jintgħażlu dawn il-pazjenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

intervista dwar il-kundizzjoni Alzheimer

Question

Ġaladarba f'mistoqsija parlamentari 18142 il-Ministru kkonferma r-rakkmandazzjonijiet tan-National Dementia Strategy Group, jista' jgħid x'inhuma r-rakkmandazzjonijiet, liema minn dawn ġew imwettqa diġà u sa liema data se jiġu evalwati u mwettqa l-kumplament, ġaldarba dawn ilhom f'idejn il-Ministru għaxar xhur?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tas-Saħħa — mediċini out of stocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iffranka flus id-Dipartiment tas-Saħħa minħabba l-mediċini out of stocks matul il-perjodu 2009 u minn Jannar sa l-ewwel ta' Ottubru 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 20663.

kwestjoni dwar pensjoni tal-pulizija

Question

Tista' l-Ministru tgħid b'liema razzjonal jimxi biha l-istat meta jkollok raġel li għamel 25 sena fis-servizz u jkun qed jieħu il-pensjoni tal-pulizija u dan imut? Meta dan jiġi nieqes il-mara tiegħu ma tibqax tieħu il-pensjoni tal-pulizija imma tieħu biss il-pensjoni tar-romol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u Investiment.

kwestjoni dwar pensjoni tal-irtirar

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura meta ikollok mara li tkun ħadmet għal 20 sena u tkun miżżewġa raġel li jkun ħadem ghal 40 sena u meta dawn iż-żewġ persuni jaqbżu l-età tal-irtirar it-tnejn li huma jkunu qed jieħdu l-pensjoni tagħhom għax-xogħol li jkunu għamlu u l-bolol li jkunu ħallsu? Għaliex fil-kas tal-mara ma jibqgħux jgħoddu il-bolol li tkun ħallset hi meta jiġi nieqes ir-ragel tagħha u hija tispiċċa tieħu pensjoni tar-romol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor interpellant li l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali jistipula li ma tistax titħallas iżjed minn pensjoni kontributorja waħda lill-istess persuna. Għaldaqstant fil-każ ta’ mara li tormol u li tkun qegħda tirċievi l-pensjoni kontributorja għal min jirtira f’isimha, titlef id-dritt għal din l-pensjoni kontributorja għal min jirtira jekk il-pensjoni għar-romol tkun aktar vantaġġjuża.

Liġi tal-Health and Safety ta' Malta — xogħol tal-Asbestos

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-liġi tal-health and safety ta' Malta fejn jidħol xogħol tal-asbestos hijiex konformi ma' dik tal-Unjoni Ewropea?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Liġi partikolari li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpelant huwa l-Avviż Legali numru 323/06 imsejjaħ “Regolamenti dwar il-Protezzjoni tal-Ħaddiema mir-Riskju li Jinħoloq meta Wieħed ikun Espost għall-Asbestos fuq il-Post tax-Xogħol 2006”. Dan l-Avizz Legali huwa konformi mad-Direttiva bir-riferenza 2003/18/EC tal-Parlament u l-Kunsill Ewropej li ġġib id-data tas-27 ta’ Marzu 2003.
Leg 11 PQ #20508 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tneħħija tal-asbestos

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċeduri għandhom jittieħdu jekk xi ħadd ikollu l-asbestos fid-dar tiegħu u jkun irid ineħħi dan il-materjal? Hemm xi post u esperti fejn wieħed jista' jitlob l-għajnuna ħalli dan il-materjal jitneħħa bl-inqas periklu għalih u għal dawk ta' madwaru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’kas bħal dan tista tiġi ikkuntattjata l-kumpanija tal-Gvern Wasteserv Malta Ltd, speċjalment fejn jirrigwarda kwantitajiet zgħar ta’ asbestos li jkun iġġenerat min persuni domestiċi. F’ każi fejn għandhom bżonn jitneħħew kwantitajiet sostanzjali għandha tiġi kkuntattjata l-OHSA u possibilment kuntratturi privati li jagħtu dan is-servizz.

żbroff ta' drenaġġ fi triq prinċipali l-Mosta

Question

Jista' l-Ministu jintervjeni sabiex ma jibqax jiżbroffa d-drenaġġ minn triq principali li tagħti mill-Mosta għal Birkirkara iktar qrib Ħal Balzan u liema drenaġġ jispiċċa mat-toroq kollha ta' Ħal Balzan kull darba li tagħmel ix-xita, liema drenaġġ iħalli rwejjaħ insapportabbli u skumdità kbira għar-residenti tal-inħawi? Jista' janalizza x'passi kienu ttieħdu wara li l-istess problema jien kont diġà ġibtha għall-attenzjoni tiegħu xhur ilu u hu kien qalli li se jgħaddi l-ilment lid-dipartiment konċernat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol biex tissolva din il-problema jinsab fil-listi ta’ prijoritajiet fil-Master Plan tad-drenaġġ għal dawn l-inħawi.
Leg 11 PQ #20239 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpaniji li għollew it-tariffi tagħhom fuq is-servizzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm servizzi li joffri l-gvern u d-dipartimenti tiegħu, agenziji tal-gvern u bodies oħrajn li huma mwaqqfa mill-gvern biex jagħtu servizz lill-poplu u lill-kumpaniji parastatali li għollew it-tariffi tagħhom matul is-sena 2008/2009/ 2010? Liema kienu dawn il-kumpaniji u x'servizz jagħtu u kemm kien is-servizz li kienu jagħtu fl-2008 u kemm huwa illum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat Malta — Għajn Qajjet Block A - Lift

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex jinbena lift ġewwa il-qasam tal-bini tal-gvern f'Għajn Qajjet fil-Rabat Malta fi Block A? Meta huwa ikkalkulat li dan ix-xogħol jitlesta meta f'dan l-istess blokk hemm anzjani li għandhom bżonn dan is-servizz mill-iktar fis possibli minħabba l-kundizzjoni medika tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għall-installar ta’ lift fil-blokk insemmi kienet ġiet ikkunsidrata xhur ilu mill-Awtorità tad-Djar. L-applikanti kienu ġew infurmati li f’dan il-blokk mhuwiex teknikament possibbli li jiġi akkomodat lift.

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li ttieħdu passi kontra tagħhom minn Jannar sa Ottubru 2010 minħabba li ma kinux regolarizzati mad-dipartiment tal-VAT għas-snin ta qabel 2008 u 2009 u għal din is-sena 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn in-nies li ngħataw l-opportunità li jirregolarizzaw ruħhom qabel ma ngħataw u kellhom jħallsu il-multa? Kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2010 sa Ottubru 2010 kellhom atwalment jħallsu il-multa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru 2010 id-Dipartiment tal-VAT kellu 1770 każ ġdid fil-Qorti u 1613 il-każ miġjub mis-snin ta’ qabel kontra persuni li ma kinux bgħatu d-denunzja tal-VAT għas-snin preċedenti. Fil-każijiet kollha l-persuni kellhom kull opportunità li jirregolarizzaw ruħhom qabel jibdew il-proċeduri fil-Qorti. Fil-fatt 1536 każ ġew irtirati għax il-persuna ikkonformat ruħha mal-liġi u 266 każ li ġew immultati. Il-kumplament tal-każi għadhom pendenti.