Legislature:
Category:
Reset
Active:

każ tal-qtil ta'  Karen Grech — żviluppi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul-is-sena 2010 kienx hemm xi żviluppi ġodda fuq il-każ tal-qtil ta' Karen Grech?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 14755.

każijiet ta' qtil mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' qtil li għadhom mhux solvuti li qed jiġu investigati mill-Pulizija u li seħħew f'Malta? Jista' jgħid kemm ilhom dawn il-każijiet u kemm ilu ma jkun hemm żviluppi jew informazzjoni ġdida fuq dawn il-każijiet każ b'każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14756. Infurmat ukoll illi kien żdied każ wieħed.

każijiet ta' traffikar ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni matul is-sena 2010? Minn liema pajjiż kienu ġejjin il-vittmi, kemm kellhom età u ta' liema sess kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2010 ma kienx hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni.

każijiet ta' traffikar ta' persuni, prostituzzjoni jew droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-każijiet li qabdet il-Pulizija matul is-sena 2010, kienx hemm mottivi ta' traffikar ta' persuni, prostituzzjoni jew droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2010 ma kienx hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni jew droga.

informazzjoni dwar droga maqbuda f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga li kien hemm inqabad mill-Pulizija matul is-sena 2010? Kemm kien l-ammont f'kull qabda li nqabdet, minn liema pajjiż kienet ġejja u jekk id-droga li nqabdet kenitx għall-konsum lokali jew jekk Malta kenitx qed tintuża bħala hub li minnu d-droga maqbuda kellha intenzjoni li tmur għal xi pajjiż ieħor? Kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u kemm kien hemm droga nvoluta għal kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija qabdet 128 każ ta’ traffikar ta’ droga, li kienu ġejjin minn Switzerland, Spanja, l-Olanda u l-Belgium. Infurmat ukoll illi dawn kienu kollha għal Malta u l-ammont ta’ droga maqbuda kien kif ġej: Cocaine 4kgs045.36grm Heroin 4kgs959.8grm Cannabis resin 42kgs608.31grm Cannabis grass 236.76grm Cannabis plant 27 plants Ecstasy 19,445 tablets LSD 5 micro dots Mephedrone 0.7grs Methadone 1 ltr 500ml

traffikar ta' armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 nqabdux nies fuq traffikar ta' armi tan-nar f'Malta? Kemm inqabdu minn dawn l-armi? Jekk inqabdu, x'tip ta' armi kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 ma kien hemm ebda każ ta' traffikar ta' armi f'Malta.

Strateġija biex ma jkunx hemm pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema strategija se japplika sabiex jassigura li fis-sena 2011 ma jkunx hemm pilloli out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2010 il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità għamel studju tal-proċess kollu f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u d-distribuzzjoni tal-mediċini. Wara li sar analiżi ta’ dan l-istudju, il-Ministeru addotta din l-istrateġija: 1. Beda jħejji biex jintroduċi kull entita’ pubblika fil-qasam tas-saħħa fuq sistema ta’ informatika komuni għall-immaniġjar tal-inventarju tal-medicini. Permezz t’hekk il-Ministeru sa jkun jista janaliżża l-istat tal-inventarju għall-kull prodott, biex b’hekk ikun jaf kemm għandu stock mifrux mal-Ministeru, kif ukoll l-ammont ta’ stock ta’ kull prodott f’ kull entita’ oħra. 2. Sa jibdew jintużaw metodi ta’ xiri innovattivi fl-ispirtu tar-Regolamenti stabbiliti. Dawn jinkludu sistemi bħal e-Auction , Framework Agreement u Dynamic Market Mechanisms . L-użu ta’ dawn il-metodi sa jkun wieħed immirat lejn prodotti farmaċewtiċi varji, u mediċinali oħra li jkun ta’ benefiċċju jekk jinxtraw b’dan il-metodu. 3. Sa jinbeda proċess ta’ kontroll fuq is-sistemi nterni tal-Ministeru fejn jidħlu xiri u tqassim ta’ mediċina bil-għan li jkun hemm iktar effiċjenza u koordinazzjoni. F-Ottubru tal-2010 twaqqaf kumitat taħt it-tmexxija tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru biex jimplementa dawn il-miżuri.

Negozji li għalqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn negozji li għalqu l-bibien tagħhom minn Jannar 2010 sal-ewwel ta' Diċembru 2010? Kemm kienu jħaddmu nies magħhom dawn in-negozji li għalqu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar u Dicembru tal-2010, kien hemm 3,933 negozju gdid registrat. Dawn kienu: 2,900 kumpanija registrata mal-Awtorita Maltija ghas-Servizzi Finanzjarji; 483 registrazzjoni ghal hwienet godda; 132 registrazzjoni ghal non-premises based activities; 242 registrazzjoni ghal bejjiegha tal-monti; u 176 registrazzjoni ghal bejjiegha tat-triq. F’dan l-istess perjodu, kien hemm 947 negozju li temm ir-registrazzjoni tieghu, filwaqt li kien hemm 359 talba mad-Dipartiment tal-Kummerc ghal trasferiment ta’ licenzji. Wiehed irid ifakkar ukoll illi hemm setturi kummercjali li ma jaqghux taht ir-responsabbilta ta’ dan il-Ministeru, u li ghalhekk l-informazzjoni ghandha tintalab lill-Ministeru koncernat. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ngharraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta mhix disponibbli ghalissa.

Negozji ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji ġodda li fetħu mill-1 ta' Jannar sal-1 ta' Diċembru 2010? Kemm iħaddmu nies magħhom dawn in-negozji ġodda? Jista' jgħid f'liema settur huma speċjalizzati dawn in-negozji l-ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22117.

Sptar Mater Dei — kura għall-kundizzjoni C3-R

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20699, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jibda joffri l-kura msemmija għall-kundizzjoni C3-R fl-Isptar Mater Dei ? Jekk iva, minn meta? Jekk le, għaliex din il-kura mhux qed tiġi offruta lill-pazjenti Maltin bħall-kura l-oħra li tingħata minn dan l-isptar?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s’ issa ma saret l-ebda proposta biex tiġi kkunsidratha li l-gvern jibda joffri l-kura msemmija għall-kundizzjoni C3 R. Jekk issir talba formali mid-Dipartiment ikkonċernat, din it-talba tiġi evalwata skont il-proċess stabbilit għad-dħul ta’ servizzi ġodda fil-pakkett ta’ kura offrut mill-gvern. Aktar informazzjoni dwar dan il-proċess jinstab fuq https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/strategy_policy/strategy_sustainability.aspx

Homes, SVPR u Mount Carmel Hospital — Health technology Assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qatt sarux xi health technology assessments jew pharmaco-economic evaluations biex jara kemm jiffranka l-gvern mill-kura mill-homes, Residenza San Vinċenz de Paul, Mt.Carmel u istituzzjonijiet oħra tal-gvern li kieku kellu iżjed l-Alzheimer fix-Schedule V u jagħti l-mediċina għalija, partikolarment fil-forma ta' patches, li huma aktar cost-effective? Jekk iva, jista' jqiegħed dawn ir-riżultati fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, għaliex qatt ma saru studji bħal dawn? Hemm il-ħsieb li dawn l-istudji jsiru? Jekk iva meta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Bħalissa ‘health technology assessments’ jew ‘pharmaco-economic evaluations’ isiru għal applikazzjonijiet validi għal mediċini biex jikkuraw mard kroniku li jaqa taħt il-ħames skeda tal-liġi tas-Sigurta’ Soċjali. Dan skont l-avviż legali 58/2009. Il-Ministeru ser jibda eżerċizzju ta’ evalwazzjoni finanzjarja sabiex tiġi ffinaliżżata l-istrateġija tad-Dementia li jista jinkludi id-dħul ta’ mediċini ġodda għall-kura tad-Dementia fil-ħames skeda tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali.

Trasport pubbliku — privileġġi tal-karta anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-privileġġi li għandhom l-anzjani minħabba l-karta anzjan humiex se jispiċċaw jinżammu jew jissaħħu wara li tiġi implimentata r-riforma fit-trasport pubbliku u t-trasport jgħaddi f'idejn il-kumpanija ġdida?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

każ tal-qtil ta'  Raymond Caruana — żviluppi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 kienx hemm xi żviluppi ġodda fuq il-każ tal-qtil ta' Raymond Caruana?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 16873.

Nollijiet tal-vapuri għal Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21229, jista' l-Ministru jgħid minn meta se jibda jopera n-noll tax-xitwa għall-vapuri għal Għawdex bħalma ġara fis-snin ta' qabel, jiġifieri minn meta u b'kemm se jorħos il-prezz li bih Maltin u turisti jistgħu jżuru lill-gżira Għawdxija matul ix-xhur tax-xitwa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-ticketing system qiegħda minn Għawdex u l-Gozo Channel qed tevalwa skemi oħra simili għal dawk li kienu jeżistu għaż-żminijiet passati.

intervista dwar il-kundizzjoni Alzheimer

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20369, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rakkmandazzjonijiet dwar dan is-suġġett? Jista' jgħid kemm minn dawk ir-rakkmandazzjonijiet twettqu? Kemm minnhom għadhom ma twettqux? Meta hu ppjanat li jitwettqu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ir-rapport li kien imħejji mid-Dementia Strategy Group ġie ppreżentat lil Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-Ministru se jwaqqaf grupp fi ħdan il-Ministeru biex jitkompla x-xogħol u jsiru costings dwar l-azzjonijiet proposti sabiex fuq din l-informazzjoni il-gvern ikun f’pożizzjoni li jiddeċiedi dwar il-proġetti li għandhom jiġu indirizzati, dejjem fir-realtà tar-riżorsi disponibbli.
Leg 11 PQ #22113 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pagi tal-membri parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta kien l-aħħar li żdiedu l-pagi tal-membri parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Membri Parlamentari ma jirċevux paga, iżda jirċievu honararium. Fl-1992 dan l-honorarium kien stabbilit għar-rata ta’ 50% ta’ skala 1 tal-gvern. Din ir-rata issa ġiet riveduta għal 70% ta’ skala 1.
Leg 11 PQ #22114 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwoli tal-Assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-assistenti parlamentari? Kemm għandhom żieda fin-numerazzjoni dawk il-membri parlamentari li jagħmlu dan ir-rwol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.
Leg 11 PQ #22115 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tibdil fl-istruttura tal-parlament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid issa bil-formatil-ġdid ta' assistenti parlamentari, l-istruttura tal-parlament kif taħdem? Kemm hemm kumitati fi ħdanu? Liema huma l-membri parlamentari involuti f'kull Kumitat tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor.Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ispeaker.
Leg 11 PQ #22116 Sitting 300 2011-01-12 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Diskussjonijiet fil-Parlament

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru sigħat ta' diskussjoni fil-Parlament matul is-sena 2010? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-kumitati tal-Kamra u kemm kien hemm sigħat ta' diskussjoni f'kull kumitat matul l-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ispeaker.

stazzjoni Channel 22 — ħin mixtri minn kumpaniji privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm kumpaniji privati li għandhom ħin mixtri mill-istazzjon Channel 22?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda kumpanija privata ma tixtri ħin mill-Istazzjon Education 22 .