Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti li jħallsu għall-courses fl-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm studenti u liema huma l-courses/degrees eċċ li trid tħallas fee għalihom u li jiġu provduti mill-Università ta' Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

rata ta' school leavers

Question

Tista' l-Ministru tippubblika l-aħħar statistika li għandha tar-rata ta' school leavers meta din hija komparata mal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-aħħar statistika ppubblikata mill-Eurostat hija tal-2009 b’rata ta’ 36.8%. (Ara dokument numru 6374 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra waqt is-Seduta 307 nhar it-Tnejn 31 ta' Jannar 2011)

Rata ta' tfal illitterati

Question

Tista' l-Ministru tippubblika l-aħħar statistika li għandha flimkien mal-istatistika tal-aħħar għaxar snin fejn tindika ir-rata tat-tfal illitterati li joħorġu mis-sistema edukattiva f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-aħħar Ċensiment tal-2005, hemm 7.2 fil-mija ta' persuni ‘l fuq minn għaxar snin li huma illitterati (it- terminu illitterati tirreferi ghall-persuni li iddikjaraw li ma jafux jiktbu jew jaqraw sentenza sempliċi fil-ħajja ta’ kuljum). Ir-rata perċentwali ta’ llitterati maqsumin bl-età hija hekk: Eta’ bejn: Rata percentwali(%) 10-19 1.7 20-29 2.4 30-39 3.5 40-49 6.8 50-59 9.3 60-69 11.1 70-79 19.3 80-89 24.6 90 + 29.5 TOTAL 7.2 Din l-informazzjoni tista’ tingabar biss miċ-Ċensiment tal-popolazzjoni. Konsegwentament hija l-aktar waħda riċenti

Tfal bi skills

Question

Tista' l-Ministru tippubblika statistika ta' kemm joħorġu bi skills it-tfal mis-sistema edukattiva tagħna u jekk teżistix statistika simili fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Eżamijiet tal-MATSEC ma jżommx statistika ta’ ħiliet speċifiċi ta’ studenti. Il-Bord joffri eżamijiet li fihom l-istudenti juru taħlita ta’ ħiliet skont is-suġġetti. Il-Bord jista’ jipprovdi statistika dwar kemm studenti li spiċċaw l-iskola sekondarja laħqu l-istandards meħtieġa f’diversi suġġetti fil-livell tas-SEC u kemm studenti ikbar laħqu l-istandards meħtieġa fil-livell intermedjarju u avvanzat. L-istudju bl-isem PISA (Programme for International Student Assessment) imnedi mill-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) jiġbor statistika fuq il-ħiliet u l-kompetenzi tal-istudenti ta’ 15-il sena (ħafna minnhom jkunu waslu fi tmiem l-edukazzjoni obbligatorja) permezz ta’ assessjar fil-matematika, x-xjenza u l-qari. F’dan l-istudju jipparteċipaw diversi pajjiżi, wħud membri tal-UE. Malta ħadet sehem fil-PISA 2009+. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju mistennija jiġu ppublikati f’Diċembru tal-2011.
Leg 11 PQ #22205 Sitting 306 2011-01-26 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies li qed jaħdmu ma' NGO — Payroll tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies li huma mħallsin mill-payroll tal-gvern u qegħdin jagħmlu xogħol ma' xi NGO? Liema hija din l-NGO u kemm hemm ħaddiema li suppost għandhom xogħol maċ-Ċivil u li qed jaħdmu ma' xi NGO?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li permezz tal-policy tar-rilaxx ta’ uffiċjali pubbliċi ma’ xi Organiżżazzjoni Volontarja, skont Sezzjoni 4.9.3 tal-PSMC, bħalissa hemm sittax (16) il-persuna li huma fuq leave bi ħlas ma xi Organiżżazzjoni Volontarja. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal Kamra lista ta’ kemm hemm u ma’ liema Organiżżazzjoni Volontarja qegħdin dawn l-uffiċjali puubbliċi.

Studenti barranin jistudjaw fl-Universitá ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk studenti li huma cittadini fl-Unjoni Ewropea jistgħux jiġu jistudjaw f"Universita ta' Malta u b'liema kundizzjonijiet jistgħu jagħmlu dan? Hemm xi żmien stipulat b'xi ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinbidlu wara li jgħaddi xi perjodu ta' żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jidħlu f’korsijiet offruti mill-Università ta’ Malta jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Università u r-Rekwiżiti Speċjali għall-kors fejn applikabbli. Dawn ir-rekwiżiti huma l-istess bħal dawk għall-ċittadini Maltin. Ma hemm l-ebda ftehim dwar dan bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Fil-każ tal-miżati għall-korsijiet (fejn applikabbli), ċittadini tal-Unjoni Ewropea iħallsu l-istess miżati bħal ċittadini Maltin. Ċittadini mhux minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Università u r-Rekwiżiti Speċjali għall-Kors bħal applikanti Maltin u mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-persuni jridu jħallsu l-miżati għal kull kors, li huma ogħla minn dawk għal ċittadini mill-Unjoni Ewropea.

Studenti barranin fl-Universita' ta' Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk studenti cittadini fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jkunu jixtiequ jiġu jistudjaw f'Malta jkollhomx l-istess kundizzjonijiet bħal studenti Maltin? Hemm xi zmien stipulat b'xi ftehim bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinbidlu wara li jgħaddi xi perjodu ta' żmien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22270.
Leg 11 PQ #19050 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa f'konsulenza mill-ministeri u segretarji parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17731 u jgħid kemm intnefqu flus f'konsulenza fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2010 mill-ministeri u segretarjati ta' segretarji parlamentari, dekasteru b'dekasteru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Rigward in-nefqa f’konsulenza minn Ministeri oħra, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

sezzjoni tal-Pulizija ta' kontra d-drogi u l-armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm personnel fis-sezzjoni tal-Pulizija li tieħu ħsieb is-sezzjoni ta' kontra t-traffikar tad-droga u armi? Ma' liema organizzazzjoni Ewropea u internazzjonali din is-sezzjoni hija affiljata biex permezz ta' hekk tkun tista' twettaq il-ħidma tagħha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 18420.

Pagi ta' Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema li qalgħu iktar minn €17,000 matul is-sena 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tat-Taxxi Interni m’għandux l-informazzjoni neċessarja sabiex iwieġeb din il-mistoqsija, minħabba l-fatt li din l-informazzjoni tiġi sottomessa lid-Dipartiment fl-2011, meta jinġabru t-tax returns tas-sena bażi 2010.

pagi ta' ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema u persuni oħrajn li jaqilgħu u jiddikjaraw iktar minn €15,000, €20,000, €23,000, €25,000, €27,000, €30,000, iktar minn €35,000, €40,000, €45,000, €50,000, €55,000, €60,000, €65,000, €70,000 u iktar minn €75,000? Jista' jgħid xi professjoni għandhom dawn il-persuni u f'liema settur qegħdin?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi ppreżentata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni ma jiġborx informazzjoni dwar liema professjoni għandhom dawn il-persuni u f’liema settur qegħdin.

Żejtun — Night Shelter għall-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li n-night shelter taż-Żejtun jakkomoda nisa biss u allura dan il-fatt jista' joħloq diskriminazzjoni sesswali kontra l-anzjani rġiel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li huwa veru li n-night shelter taż-Żejtun jakkomoda nisa’ biss peress li l-istess night shelter huwa mmexxi mis-sorijiet tan-Nazzarenu. Ta` min jinnota li n-night shelter li jmiss u li ser jiftaħ fil-Mellieħa se jakkomoda kemm anzjani nisa kif ukoll anzjani rġiel.

ETC — servizzi għal persuni minn 60 sena 'l fuq

Question

Tista' l-Ministru telenka x'servizzi għandhom il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ li permezz tagħhom persuni li għandhom minn 60 sena 'l fuq ikunu jistgħu jagħmlu użu minnhom ħalli jibqgħu integrati fid-dinja tax-xogħol? Tista' tgħid matul is-sena 2010 kemm kien hemm persuni li għandhom minn 60 sena 'l fuq li għamlu użu minn dawn is-servizzi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ toffri numru ta’ servizzi lill-persuni li għandhom minn 60 sena 'l fuq bl-għan li jibqgħu integrati fid-dinja tax-xogħol. Fost dawn is-servizzi nsibu ir-reġistrar għal xogħol full jew part-time kif ukoll gwida fuq xogħol u taħriġ mill-employment advisors. Il-Korporazzjoni toffri l-Employment Aid Programme (EAP) għal dawk li jidħlu fil-kriterji tal-iskema kif ukoll numru vast ta’ korsijiet f’oqsma differenti. Matul is-sena 2010 kien hemm numru ta’ persuni li għandhom minn 60 sena 'l fuq li għamlu użu minn dawn is-servizzi. B’kollox 484 persuna għamlu użu minn tal-inqas wieħed minn dawn is-servizzi bejn Jannar u Novembru tal-2010. Minn dawn 301 irreġistraw fuq ir-reġistru tax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għall-ammont ta’ żmien bejn Jannar u Novembru ta’ 2010 (id-data tinkludi dawk li irreġistraw fuq part 1, 2 jew 3 (għal xogħol full-time ), 3C1 and 3C2 (għal xogħol part-time ). Sal-aħħar ta’ Novembru kien hemm total ta’ 124 persuna li għandhom minn 60 sena 'l fuq li kienu għadhom fuq ir-reġistru tal-Korporazzjoni. Kien hemm ukoll 270 li għandhom minn 60 sena 'l fuq li segwew xi wieħed mill-korsijiet li toffri il-Korporazzjoni. Waqt li 4 persuni pparteċipaw fl-Employment Aid Programme (EAP).

Education Channel — NGO edukattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk NGO edukattiva tistax ixxandar l-attivitajiet tagħha fuq l-Education Channel? Kif tista' tagħmel dan, jekk dejjem huwa possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li NGO edukattiva tista’ xxandar l-attivitajiet tagħha fl-Education Channel. Dan tista’ tagħmlu billi tinforma lill-Education 22 u l-entità tiġi mistiedna biex titkellem jew l-attività tiġi mtellgħa fuq powerpoint f’diversi ħinijiet matul il-ġurnata.

traffikar ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 nqabdux nies fuq traffikar ta' armi mill-portijiet u minn merkazija li għaddiet minn Malta? Jista' jgħid id-destinazzjoni ta' dawn l-armi kenitx għas-suq lokali jew għal xi pajjiż ieħor? Jekk kien hemm minn dawn il-każijiet, jista' jgħid għal liema pajjiż u organizzazzjoni jew kumpanija kienu dawn l-armi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 22184.

raids mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il raid sar mill-Pulizija matul is-sena 2010? F'liema nħawi saru u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-raids?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari numru 14575.

road blocks mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-Pulizija matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa, jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija għamlet 749 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Infurmat ukoll illi waqt dawn ir-roadblocks, minbarra 2194 persuna li nstabu bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku, kien hemm ukoll 46 każ fejn instabet id-droga.
Leg 11 PQ #22188 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

road blocks mill-armata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-armata matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul 2010 l-armata għamlet wieħed u għaxrin vehicle check point f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dawn ic- check points irriżultaw fi tnejn u tletin persuna suspettati li kkommettew kontravenzjonijiet minuri u/jew f’suspett ta’ pussess ta’ sustanzi llegali.

roads kongunti bejn l-armata u l-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-Pulizija u armata b'mod konġunt matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li matul l-2010 saru xi roadblocks mill-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati.

Pulizija li jieħdu ħsieb ir-road blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm personnel fis-sezzjoni tal-Pulizija li tieħu ħsieb is-sezzjoni tar-road blocks? Jista' jgħid għal liema raġuni jsiru dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda Taqsima fil-Korp tal-Pulizija addetta speċifikament sabiex tagħmel road blocks. Kull meta l-Pulizija tagħmel kontrolli fit-toroq dawn isiru skont id-disposizzjoni li hemm minn Artiklu 355 sa Artiklu 355 D tal-Kodiċi Kriminali.