Legislature:
Category:
Reset
Active:

basktijiet tal-plastik — dħul mit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21990 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern minn Jannar sat-28 ta' Novembru 2010 minn fuq it-taxxa li daħħal fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22623.

Każijiet ta' vjolenza domestika fuq it-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk ir-rapporti magħmula lill-Pulizja ta' każijiet ta' vjolenza domestika fuq tfal taħt it-tmien snin f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn il-każijiet rriżultaw f'mewt? Jekk inhu possibbli, tista' l-informazzjoni tingħata sena b'sena kif muri fit-tabella li qed tingħata separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' rapporti li saru lill-Pulizija dwar każijiet ta' vjolenza domestika fuq tfal taħt it-tmien snin f'dawn l-aħħar għaxar snin kien ta' 71. Infurmat ukoll illi ħadd mill-75 vittma li kienu nvoluti f'dawn il-każijiet ma rriżulta f'mewt. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dettaljata hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Proġett tal-White Rocks

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 22014 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks, liema proġett kellu jinbidel f'kumpless sportiv u jekk hux veru li f'dan il-kumpless hemm ippjanati villel u flats?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.

xandir tal-istat — ħin ta' xandir għall-kumpaniji privati

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22008, tista' l-Ministru tgħid minn huma dawn il-kumpaniji li qed jagħmlu użu mix-xandir tal-istat u kemm kull kumpanija għandha sigħat ta' xandir fil-ġimgħa fuq l-istess stazzjon?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Siġar tal-Palm — mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm siġar tal-palm li ġew affetwati mill-mard li kien ħakem lil din it-tip ta' siġra matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn is-siġar kellhom jingħataw kura u kemm minnhom kellhom attwalment jinqerdu permezz ta' ħruq jew b'xi mod ieħor minħabba dan il-mard li affettwahom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li d-Direttorat ma jżommx statistika ta’ kemm ġew ikkurati siġar iżda ta’ kemm ġew maqlugħa siġar. Nirreferi wkoll l-Onor Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 20757.

Persuni li nqabdu jittraffikaw id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2010 inqabdu persuni jittraffikaw id-droga u x'kien l-ammont ta' droga li nqabdu jittraffikaw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22183.

Għajnuna mill-pulizija tal-għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2010 intalbet l-għajnuna tal-pulizija tal-għases biex jgħinu persuni li jkunu għaddejjin minn xi diffikulta', bħal ngħidu aħna, persuni anzjani li jkunu ilhom ma jidhru fil-komunità u l-ġirien jirrappurtaw dan il-fatt, jew inkwiet bejn partijiet differenti tal-istess familja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika bil-mod kif qed jindika l-Onorevoli Interpellant. Pero' ġejt infurmat illi matul is-sena l-oħra il-Pulizija kellha 379 rapport ta' persuni rrapuprtati nieqsa.

Glied bejn il-ġirien

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' ġirien fuq xulxin fl-għases ta' Malta u Għawdex kollu, għassa, għassa, lokal b'lokal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika hekk kif indikata mill-Onorevoli Interpellant.

Strateġija biex ma jkunx hemm pilloli out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21893 u jgħid liema strategija se japplika sabiex jassigura li fis-sena 2011 ma jkunx hemm pilloli out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 21893.

Basktijiet tal-plastik — Ġbir ta' Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien l-użu tal-flus li ġabar mit-taxxa li daħħal minn fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 u kemm huwa proġettat li jiġbor taxxa minn dawn il-basktijiet fis-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus li nġabaru mit-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 ġew ikkreditati fil-Fond Konsolidat u ntużaw biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-Gvern, inkluża n-nefqa għall-ħarsien u t-tisbiħ tal-ambjent. Id-dħul minn din il-miżura għall-2010 kien ta' €592,000.

Basktijiet tal-plastik — Ġbir ta' Taxxa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien l-użu tal-flus li ġabar mit-taxxa li daħħal minn fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 u kemm huwa proġettat li jiġbor taxxa minn dawn il-basktijiet fis-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-flus li nġabru mit-taxxa fuq il-basktijiet tal-plastik fis-sena 2010 ġew ikkreditati fil-Fond Konsolidat u ntużaw biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-Gvern, inkluża n-nefqa għall-ħarsien u t-tisbiħ tal-ambjent. Id-dħul minn din il-miżura għall-2010 kien ta' €592,000.

basktijiet tal-plastik — moniteraġġ fis-suq Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21991 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif qiegħed jimmoniterja kemm jintużaw basktijiet tal-plastik fis-suq Malti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont dikjara ta’ Eko-kontribuzzjoni fuq basktijiet tal-plastik li ġiet introdotta fil-miżuri tal-baġit tas-sena 2009 għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2010 – 28 ta’ Novembru 2010 kien ta’ €259,913,40.

Mottiv wara s-serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm mottiv wara s-serq li sar matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 u x'kien dan il-mottiv?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-mottiv wara s-serq huwa li wieħed jagħmel gwadan, pero mhux possibli li wieħed jasal għall-konkluzjoni eżatta x’użu jkun irid jagħmel min jikkommetti serqa minn tali gwadan.

Reati kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm kellhom età l-vittmi ta' dawn ir-reati? Kif jikkategorizza dawn ir-reati kriminali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dwar il-kategoriji tar-reati, dawn jiġu kklassifikati skont in-natura tad-delitt u l-eta' tal-vittmi ta' dawn ir-reati jvarja minn 4 snin sal-101.

Post fejn seħħew is-serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena fejn seħħew u ġew rapportati s-serqiet matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Serqiet li ġew solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn is-serqiet li seħħew u ġew rapportati matul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 ġew solvuti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet ta' serq reġistrati bħala solvuti huma s-segwenti:- 2006 2007 2008 2009 2010 CID 261 229 258 305 242 Distrett 333 370 286 288 305

Delitti li seħħew fl-aħħar għaxar snin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru delitti f'dawn l-aħħar għaxar snin f'Malta u f'Għawdex u kemm kellhom żmien il-vittmi? Jista' jgħid x'kien il-mottiv tad-delitt?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-2001 u l-2010 kien hemm 42 każ ta’ qtil, b’wieħed minn dawn il-kazi ikun fih żewġ vittmi. L-iżgħar vittma kienet tarbija ta’ sena filwaqt li l-akbar vittma kienet mara ta’ 78 sena. Mhux dejjem huwa possibli li wiehed jistabbilixxi xi jkun il-mottiv wara dawn il-kazijiet li jistgħu jkunu kommessi għall-varjeta' ta’ raġunijiet u intenzjonijiet kriminali u illegali.

Sezzjoni tal-mobile squad tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2010 s-sezzjoni tal-mobile squad tal-pulizija ntalbet l-għajnuna? X'kienu l-każijiet li ssejħet għalihom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Mobile Squad tal-Korp tal-Pulizija tikkontribwixi bis-sehem tagħha mingħajr il-ħtieġa ta’ talbiet speċifiċi għal xi għajnuna peress li tkun kontinwament bil-patrols u għaldaqstant tinterveni kull fejn ikun hemm il-ħtieġa.

Dipartiment tas-Saħħa — postijiet tal-nursing officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'razzjonal intuża u kien hemm wara l-fatt li jidher li biex tapplika għall-postijiet ta' promozzjoni li ħarġu fid-Dipartiment tas-Saħħa fil-grad ta' Nursing Officer, l-esperjenza m'għadhiex tiġi kkunsidrata bħala waħda mill-kredenzjali, fejn is-soltu jintalab li jrid ikollok ħames snin esperjenza fil-grad ta' Deputy Nursing Officer, għal din is-sejħa anke dawk li għandhom inqas esperjenza se jkunu jistgħu japplikaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li m’hemm l-ebda klawsola fil-Ftehim Kollettiv dwar il-Gradi tal-Infermiera u l-Qbiela li jistipula li s-sejħiet għall-grad ta’ Nursing Officer għandhom ikunu ristretti għal uffiċjali li jkollhom ħames snin esperjenza fil-grad ta’ Deputy Nursing Officer. Qed jiġi ikkonfermat ukoll li fis-sejħa preċedenti, ir-rekwiżiti tas-sejħa kienu l-istess bħal tal-aħħar sejħa li ħarġet. Għaldaqstant, din is-sejħa hija miftuħa ukoll għal uffiċjali li għandhom inqas esperjenza sakemm dawn jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati mis-sejħa.