Legislature:
Category:
Reset
Active:

Informazzjoni dwar Pulizija fuq ir-ronda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija li jkunu fuq ir-ronda f'kull lokalità u kemm għandhom ħin allokat biex jagħmlu dan is-servizz liċ-ċittadini tal-lokal fejn ikunu qed jagħmlu dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W79.

Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi hemm għaxar (10) impjegati mas-Segretarju Parlamentari ta' Erarji Pubbliċi u Artijiet. Il-karigi tagħhom huma kif ġej: 1 Head of Secretariat 1 Private Secretary 1 Communications Coordinator 1 Policy Coordinator 3 Secretariat Officers 1 Messenger 2 Drivers/Security Officers Il-pagi tagħhom huma konformi mal-linji gwida ppubblikati fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22865 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati fis-Segretarjat tiegħi huma 13 u huma mqassma hekk: Numru ta’ Staff Pożizzjoni Skala ta’ Salarju 1 Kap tas-Segretarjat 4 1 Segretarju Privat 5 1 Ko-ordinatur tal-Kommunikazzjoni 7 1 Ko-ordinatur tal-Politika 7 2 Uffiċjali tas-Segretarjat 10 2 Uffiċjali tas-Segretarjat 9 1 Membru tas- Secretariat Pool 14 1 Membru tas- Secretariat Pool 13 1 Charwoman/Messaġier 15 2 Xufier Personali / Uffiċjal tas-Sigurtà 15 Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn il-pożizzjonijiet huma elenkati fil-Linji Gwida dwar l-ingaġġ tan-nies fis-Segretarjati Privati tal-Ministri ( Guidelines for the engagement of staff in Ministers’ Private Secretariats ) li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra.

nies li jieħdu xi tip ta' pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni li jdaħħlu flus fix-xahar permezz ta' pensjoni tal-età, pensjoni tar-romol, pensjoni tad-diżabilità u kull tip ta' pensjoni oħra, peress ukoll li huma għandhom studenti jew żgħażagħ u nies bla xogħol, jew minħabba xi ċirkostanza oħra inqas minn €1000, €900, €800, €700, €600, €500 fix-xahar? Taħt liema kappa jaqa' d-dħul tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress d-dritt għal, u r-rata ta’ xi waħda mill-pensjonijiet imsemmija ma jiddependix fuq id-dħul jew is-sitwazzjoni ta’ l-ulied ta’ l-applikant, l-istatistika kif mitluba ma tinżamx mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

persuni li qed ifittxu xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellna żgħażagħ u persuni oħrajn li matul is-sena 2010 kien ilhom iktar minn 6 xhur, sena , sena u nofs, sentejn jew iktar minn tliet snin ifittxu x-xogħol? X'tip ta' skills għandhom jew m'għandhomx il-persuni li qed ifittxu x-xogħol u kemm għandhom età?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

pensjonanti li jaħdmu

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li għandhom 'il fuq minn 60/61/62/63/64/65/66/67/68/69/70 sena jew iktar li kienu qed jaħdmu matul is-sena 2010? Tista' jghid jekk dawn kenux irgiel jew nisa u f'liema kategorija ta' xogħol kienu qed jaħdmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22990 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

żieda fl-iskali tal-ħaddiema tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-iskali tal-ħaddiema tal-gvern bejn l-2005 u l-2010, skala bi skala?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskeda tal-gradi u s-salarji tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku hija nformazzjoni pubblika li tinsab fl-appendiċi tal-Estimi Finanzjarji ta’ kull sena.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fis-Segretarjat Ministerjali tiegħi hemm 17-il persuna li jokkupaw dawn il-karigi li ġejjin: 1 Head of Secretariat 1 Deputy Head of Secretariat 1 Private Secretary 1 Communications Coordinator 1 Policy Coordinator 8 Secretariat Officers 1 Secretariat Pool 1 Messenger 2 Drivers/Security Officers Dawn jitħallsu skont il-linji gwida li jinsabu fl-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats maħruġ f’Ottubru 2007 u li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #22861 Sitting 321 2011-03-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari tat-Turiżmu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati fis-Segretarjat tiegħi huma 14 u huma mqassma hekk: Numru ta’ Staff Pożizzjoni Skala ta’ Salarju 1 Kap tas-Segretarjat 4 1 Segretarju Privat 5 1 Ko-ordinatur tal-Kommunikazzjoni ^ 7 2 Ko-ordinatur tal-Politika 7 3 Uffiċjali tas-Segretarjat 10 2 Membri tas- Secretariat Pool 14 1 Messaġġier 12 1 Charwoman 17 2 Xufier Personali / Uffiċjal tas-Sigurta^^ 15 Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn il-pożizzjonijiet huma elenkati fil-Linji Gwida dwar l-ingaġġ tan-nies fis-Segretarjati Privati tal-Ministri ( Guidelines for the engagement of staff in Ministers’ Private Secretariats ) li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, bl-eċċezzjonijiet kif ġej: ^ Dan l-uffiċjali jaħdem fuq arranġament part-time u jitħallas pro-rata. ^^ Wiehed min dawn ix-xufiera jaħdem fuq arranġament part-time u jitħallas pro-rata.

Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Segretarju Parlamentarui tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu mas-Segretarju Parlamentari tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta’ ħaddiema fis-Segretarjat Parlamentari tal-Anzjani u l-Kura fil-Komunità bil-karigi u s-salarji rispettivi, huwa hekk: Numru ta’ Ħaddiema Grad Skala ta’ Salarju 1 Head of Secretariat 4 1 Private Secretariat 5 2 Secretariat Officer 10 3 Member of Secretariat Pool 13 1 Secretariat Messenger 14 2 Personal Driver / Security Officer 15
Leg 11 PQ #22852 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

No question text.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-impjegati fis-Segretarjat tiegħi huma 40 u huma mqassma hekk: Numru ta’ Staff Po¿izzjoni Skala ta’ Salarju 1 Kap tas-Segretarjat 2 1 Segretarju Privat 4 1 Segretarja Personali 4 1 Deputat Kap tas-Segretarjat 4 1 Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern 4 1 Ko-ordinatur tal-Politika 5 5 Uffiċjali tal-Ko-ordinazzjoni* 6 12 Uffiċjali tas-Segretarjat 9 4 Membri tas- Secretariat Pool 13 1 Membri tas- Secretariat Pool ** 14 2 Membru tas- Secretarait Pool Fuq lif mingħajr ħlas 1 Messaġġier 12 3 Messaġġier*** 14 4 Messaġġier/ Charwoman 15 1 Messaġġier 16 1 Xufier Personali / Uffiċjal tas-Sigurta 14 Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn il-po¿izzjonijiet huma elenkati fil-Linji Gwida dwar l-ingaġġ tan-nies fis-Segretarjati Privati tal-Ministri ( Guidelines for the engagement of staff in Ministers’ Private Secretariats ) li ġew impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, bl-eċċezzjonijiet kif ġej: * Wahda min dawn l-uffiċjali taħdem fuq arranġament ta’ siegħat imnaqqsa u titħallas pro-rata. ** Dan l-uffiċjali jaħdem fuq arranġament ta’ siegħat imnaqqsa u jitħallas pro-rata. *** Wieħed min dawn il-messaġġiera jaħdem fuq arranġament ta’ siegħat imnaqqsa u jitħallas pro-rata.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tiegħi hawn tliet mija u tmienja u erbgħin (348) uffiċjal pubbliku li minnhom, 24 uffiċjali qegħdin fuq unpaid leave. Il-Kariga tal-ħaddiema tinfirex minn skala 2 sa skala 20 u jitħallsu a bażi tal-iskeda tal-pagamenti tal-Estimi Finanzjarji 2011.
Leg 11 PQ #22854 Sitting 320 2011-03-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tagħha? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi sas-17 ta’ Jannar, 2011 in-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu fil-Ministeru tiegħi kien ta’ 3,323. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni dwar il-karigi u l-iskali tagħhom.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — informazzjoni dwar il-ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu fil-Ministeru tagħha? X'kariga u x'paga għandhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li l-Ministeru hu wieħed vast ħafna nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

informazzjoni dwar każijiet ta' serq

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm każijiet ta' serq u attentati ta' serq fis-snin 2006/07/08/09? F'liema lokalitajiet kienu u kemm kellhom żmien il-persuni li saru dawn is-serqiet u attentati ta' serq fuqhom u minn liema lokalitajiet kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 22547 u 22552 rispettivament.