Legislature:
Category:
Reset
Active:

konsum tal-ilma f'Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-konsum tal-ilma għax-xorb f'Malta u Għawdex kuljum? Jista' jgħid allura kemm huwa l-konsum tal-ilma għall-biedja kuljum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2010 il-medja tal-konsum tal-ilma għax-xorb f’Malta u Għawdex kien ta’ 78,800 metri kubi kuljum. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-Ilma m’għandhiex informazzjoni dwar kemm huwa l-konsum tal-ilma għall-biedja.

riserva ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna riservi ta' ilma bħala pajjiż u allura kemm-il ġurnata ta' riserva ta' ilma għandna bħala pajjiż?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-riserva tal-ilma tax-xorb fil-ġibjuni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ I-ilma tammonta għal 400,000 metru kubu. Din tfisser bejn wieħed u ieħor riserva ta’ ħamest ijiem, meta tifrex mal-pajjiż kollu.

informazzjoni dwar ġibjuni li jaħżnu l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ġibjun hawn f'Malta u Għawdex, fejn jinsabu u kemm jesgħu metri kubi ta' ilma? Jista' jgħid jekk dawn il-ġibjuni jinstabux f'kundizzjoni tajba biex jaħżnu l-ilma jew jekk dawn għandhomx xi ħsarat u ma jistgħux jaħżnu ilma fihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #23003 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

nefqa fuq servizz lill-pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jonfoq il-gvern biex iżomm is-servizz tal-customer care f'kull dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa tad-Dipartimenti f’dan l-uffiċċju fil-Customer Care huwa hekk: € Uffiċċju tal-Prim Ministru 37,013 Dipartiment ta’ l-Informazzjoni 14,530 Dipartiment tal-Kunsilli Lokali 20,780 Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg 67,735 Uffiċċju Elettorali 11,607 Dawn l-ispejjeż jirreferu għas-salarju ta’ uffiċjali pubbliċi li l-fondi tagħhom jiġu pprovduti taħt il-Voti rispettivi tad-Dipartimenti tagħhom.
Leg 11 PQ #23004 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

servizz tal-customer care fid-dipartimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dipartiment jagħti servizz tal-customer care u kemm kull dipartiment tal-customer care kellu każijiet quddiemu matul is-sena 2010? Kemm minn dawn il-każijiet issolvew wara li ntalbet l-għajnuna tal-customer care?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm ħames dipartimenti li jagħtu servizz ta’ Customer Care. Matul l-2010 l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kellu numru ta’ talbiet għas-servizz ta’ customer care li waslu permezz tas-sistema elettronika tal- customer care jew bl- email jew mill- website tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li laħaq it-total ta’ 701. Sussegwentement ġew ipproċessati mill-uffiċjal inkarigat mill- customer care fid-Direttorat għall-Operat u l-Implementazzjoni ta’ Programmi. Dawn it-talbiet kollha ġew riferuti lill-entitajiet jew uffiċċji fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jew f’ministeri oħra skont il-każ, biex tittieħed azzjoni ulterjuri fuq it-talbiet magħmula. Rigward id-Dipartiment tal-Informazzjoni kien hemm 1,701 każ fejn intalbet l-għajnuna tal- customer care . Il-każijiet kollha ssolvew. Fid-Dipartiment għall-Gvern Lokali t-taqsima tal- customer care rċeviet total ta’ 507 lment. Peress li dawn l-ilmenti jkunu finalment riferuti għand Dipartimenti u Entitajiet oħra sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa, d-dipartiment mhux f’pożizzjoni li jagħti informazzjoni relatata ma’ każijiet li ssolvew. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg għandu taqsima tal- Customer Care li għandha żewġ funzjonijiet: li tilqa’ mistoqsijiet u lmenti mill-pubbliku u li tagħti tagħrif fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Din it-taqsima ma ssolviex każijiet u għalhekk ma kelliex każijiet quddiemha matul is-sena 2010. L-Uffiċċju Elettorali sab li hu ħafna vijabbli juża l-istaff tal- Front Office għall-iskopijiet ta’ servizz ta’ Customer Care . Ma tinżammx statistika tal- queries li jqumu iżda preżentament ma hemmx każijiet pendenti.

Kotba mneħħija mil-libreriji tal-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tneħħew kotba mil-libreriji tal-iskejjel? Liema kienu l-ismijiet ta' dawn il-kotba u ta' liema awturi kienu? Tista' tgħid fuq liema raġuni dawn il-kotba, fosthom ktieb ta' Lino Spiteri, tneħħew mil-libreriji tal-iskejjel?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma tneħħa l-ebda ktieb mil-libreriji tal-iskejjel ħlief “Jum it-Tama” ta’ Wistin Born, għal raġunijiet ta’ copyright . Il-ktieb ta’ Lino Spiteri li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant jinsab fil-librerija tal-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi fin-Naxxar. Dan l-aħħar sar rapport li għamel grupp li qabbadt biex jagħmel rakkmandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tal-kotba fil-libreriji tal-iskejjel, liema rakkmandazzjonijiet kienu aċċettati u se jkunu implimentati.

Sptar Mater Dei u Residenza San Vinċenz de Paule — security cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li twaħħlu security cameras f'postijiet strateġiċi kemm fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fir-Residenza San Vinċenz de Paule twaħħlu security cameras ġodda madwar il-kċina, il-Provision Stores u l-ispiżerija. Dwar dawn nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23063. Fl-Isptar Mater Dei twaħħlu security cameras f’postijiet strateġiċi primarjament bħala miżura kontra s-serq. L-istallazzjonijiet kollha saru skont il-liġi u l-postijiet li huma mgħassa bis-CCTV huma indikati permezz ta’ tabella.

Residenza San Vinċenz de Paule — cameras

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni prinċipali li xprunat l-idea biex jitwaħħlu cameras tas-siġurtà f'diversi postijiet fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-security cameras fir-Residenza San Vinċenz de Paule tqiegħedu fl-areas tal-Kċina, tal-Farmaċija u tal-Provision Stores. Il-Kċina tar-Residenza San Vinċenz de Paule hija waħda mill-akbar kċejjen f’Malta, fejn isiru l-fuq minn 3,000 ikla kuljum u taqdi l-bżonnjijiet tar-residenti ġewwa din ir-Residenza, li bħalissa jammontaw għal 1,200 resident. Wieħed jista’ jifhem l-operat kumpless u l-ammonti kbar ta’ ngredejenti u ikel li hemm bżonn sabiex isir dan l-ikel kollu. Propju għal dawn ir-raġunijiet twaħħlu s-security cameras, sabiex ikun hemm kontroll aħjar tal-area madwar il-kċina, liema kontrolli jgħinu biex ma jkunx hemm abbużi ta’ serq. Il-cameras iservu wkoll sabiex ikun hemm aktar kontroll ta’ aċċess u ipparkjar ta’ vetturi. Twaħħlu wkoll security cameras fl-area tal-Farmaċija u tal-Provision Stores peress li dawn is-sezzjonijiet jimmaniġġjaw ammont sostanzjali ta’ finanzi u għalhekk huwa mportanti li din l-area tkun sorveljata.

Sptar Mater Dei u Residenza San Vinċenz de Paule — security cameras - flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswewh is-security cameras li twaħħlu bħala sorveljenza fir-Residenza San Vinċenz de Paule u fl-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-security cameras li twaħħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule ġew jiswew €4,900.00. Dawn il-cameras twaħħlu wara li nġabru quotations skont il-provizjonijiet tal-Public Procurement Regulations. Fl-Isptar Mater Dei ġew installati għaxar CCTV cameras matul is-sena 2010. Il-prezz totali, li kien jinkludi l- wiring mis- CCTVs għall- multiplexers , kien ta’ €10,268.00.

studenti li waqfu milli jattendu l-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm żgħażagħ ma baqgħux jattendu għall-kors li daħlu għalih fl-Università ta' Malta f'Ottubru li għadda u issa li l-ewwel term spiċċa, dawn ma baqgħux jattendu dan il-kors? F'liema fakultà kienu bdew jattendu u liema kors kienu qed jagħmlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

korsijiet ta' nurses

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jerġgħu joħorġu l-korsijiet li jwasslu għal state registered nurse? Hemm il-ħsieb li jerġa' jibda jingħata l-kors li jwassal għal ċertifikat fin-nursing u li dawn kienu jiġu riferuti bħala enrolled nurse jew EN?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-korsijiet li jwasslu għal reġistrazzjoni bħala infermiera ( state registered nurse ) jiftħu kull Ottubru; il-korsijiet li jmiss jiftħu f'Ottubru tal-2011. L-applikazjonijiet huma miftuħin online s-sena kollha. Ma hemm l-ebda ħsieb li jerġa' jingħata l-kors għaċ-ċertifikat fin- nursing li kien iwassal għal kwalifika ta' enrolled nurse .

Sezzjoni tal-Ġerantoloġija — dħul ta' aktar carers

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jdaħħal iktar carers fil-qasam tas-saħħa, fis-sezzjoni tal-Ġerantoloġija?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li għalissa m’hemmx ħsieb li jiddaħħlu iktar carers mas-servizz pubbliku. Bħalissa is-servizz ta’ carers ġewwa San Vincenz De Paule huwa ipprovdut minn żewġ kuntratturi li huma Health Care Services u Novitas Ltd. Għadu kif ġie awarded kuntratt ġdid tal- caring lill-Health Care Services. Id-Dipartiment tal-Anzjani ħareġ l-ittra biex il-kuntrattur jibda fl-1 ta’ Frar 2011. Dan għadu ma bediex billi il-kuntrattur qed jistenna mid-dipartiment tal-kuntratti biex jiffirma l-kuntratt. Il-kuntratt ser ikun fih regoli tal-impieg biex il-kuntrattur il-ġdid jimpjega lill-impjegati ta’ Novitas bl-istess ħlas li kellhom ma’ Novitas anke jekk dan hu aktar milli huma mħallsa il-ħaddiema ta’ Health Care Services.

Sptar Mater Dei — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ispiża tal-manutenzjoni tal-Isptar Mater Dei żdeditx għas-sena 2010 jew jekk baqgħetx stabbli bħal dik tas-sena 2009/2008? Jista' jgħid kemm kienet is-somma minfuqa fil-manutenzjoni ta' dan l-isptar f'dan il-perjodu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ispiza għal xoghol ta’ manutenzjoni fl-iSptar Mater Dei fl-aħħar tliet snin kienet kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena Spiża 2008 € 8,087,607 2009 € 11,858,421 2010 € 11,742,613

Qasam tas-Saħħa — nies li marru l-customer care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm li marru għand il-customer care tal-qasam tas-saħħa matul is-sena 2010? Kemm minn dawn il-każijiet li tressqu quddiem il-customer care tad-Dipartiment tas-Saħħa ġew solvuti wara dan l-intervent jew ingħatat soluzzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22991 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati ta' Malta — ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm bżonn suldati f'Diċembru 2010 biex il-Forzi Armati ta' Malta jkollhom il-full complement? Jista' jgħid meta se jerġa' jiftaħ ingaġġ ieħor mal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l- full establishment tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 136 fizzjal u 1825 Ranks għal tatal ta’ 1, 574 Ranks. Dan ifisser li kienu jonqsu 32 Fizzjal u 251 Ranks sabiex il-FAM jilħqu l-full establishment. Nhar it-Tnejn 24 ta’ Jannar 2011 beda ngaġġ ieħor ta’ erbgħin suldat fil-waqt li nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Jannar għalqet is-sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jidħlu tnax-il suldat mara fil-Forza. Huwa ppjanat li aktar tard din is-sena toħroġ is-sejħa annwali għal aktar suldati.

Qasam tas-Saħħa — full compliment ta' nurses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bżonn nurses f'Diċembru 2010 biex ikun hemm il-full complement fil-qasam tas-saħħa? Veru li biex jagħmel tajjeb għal dan in-nuqqas se jingaġġa nurses minn barra l-pajjiż? Jista' jgħid jekk dawn in-nurses humiex se jiġu ngaġġati b'kuntratt permanenti jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-complement tal-bżonnijiet tan-nurses fis-Servizz Pubbliku jinbidel skont il-ħtieġa u s-servizzi li qed noffru. Fl-2010 imtlew il-vakanzi kollha approvati mill-Gvern fil-Capacity Building Exercise. Din is-sena se nkomplu nimlew il-vakanzi skont l-istess Capacity Building Exercise għas-sena 2011. Dawn il-vakanzi imtlew kemm minn- nurses Maltin kif wkoll min nurses barranin, kemm mill-Unjoni Ewropeja kif wkoll minn pajjiżi oħra, skont sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fit-2 ta’ Frar 2010. Nurses barranin li mhux ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropeja, jiġ u ngaġġati b’kuntratt definit ta’ tlett snin.

Qasam tas-Saħħa — full complement tal-paramediċi u mediċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bżonn ta' ħaddiema, paramediċi u mediċi fil-qasam tas-saħħa, minbarra n-nurses, biex ikun hemm il-full complement fl-istaff mediku u paramediku kollu?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li fl-aħħar Eżerċizzju tal-Capacity Building hemm: · mitejn tlieta u ħamsin (253) vakanza fi gradi tal-klassi Medika; · u sitta u disgħin (96) vakanza fi gradi tal-klassi Paramedika.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — full complement tal-istaff

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bżonn teachers u staff ieħor fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex ikun hemm il-full complement fl-istaff kollu? Tista' tghid f'liema kategoriji hemm in-nuqqas u meta se jkun hemm call for application ħalli dawn il-postijiet jiġu mimlija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #22995 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ingaġġ ta' skrivani maċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jerġgħu jingaġġaw skrivani maċ-ċivil? Kemm huwa n-numru ta' skrivani li hemm bżonn biex dan il-grad ikollu l-full complement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari diġà ngħatat permezz ta-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19111, 19351, 21831, 21311, W184, 23037, 23049, 23531.