Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema li l-gvern qed iħaddem miegħu li qed jiġu impjegati minn xi kuntrattur u mhux mill-gvern innifsu? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema u f'liema settur jinsabu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta l-gvern jitlob xi servizzi mingħand xi intrapriża kummerċjali ma jimpjegax l-ħaddiema ta’ dik l-intrapriża miegħu. Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkostanzi m’hemmx involviment dirett bejn il-gvern u l-ħaddiema tal-kuntratturi li jingħataw xi kuntratt mill-gvern.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa Ġnien Bonello Du Puis biex inbena? Dawn kollha ħallashom il-Gvern Ċentrali jew kellu l-għajnuna tal-kunsill lokali jew xi għajnuna oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal-istqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni Nru. Stqarrija Nru 2327, ninformah li l-ispiża kienet koperta minn fond ital-gvern ċentrali u li l-proġett kien ikopri mhux biss il-ġnien imsemmi, iżda wkoll il-promenade tal-viċinanza.
kumpaniji li għollew it-tariffi tagħhom fuq is-servizzi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20239 u jgħid kemm kien hemm servizzi li joffri l-gvern u d-dipartimenti tiegħu, agenziji tal-gvern u bodies oħrajn li huma mwaqqfa mill-gvern biex jagħtu servizz lill-poplu u lill-kumpaniji parastatali li għollew it-tariffi tagħhom matul is-sena 2008/2009/ 2010?
Liema kienu dawn il-kumpaniji u x'servizz jagħtu u kemm kien is-servizz li kienu jagħtu fl-2008 u kemm huwa llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tabelli li inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rigward informazzjoni minn Entitajiet li għollew it-tariffi tagħhom matul is-snin 2008/2009/2010. Dawn l-Entitajiet huma:
· Patrimonju Malta
· L-Awtorità ta’ Malta dwar l-
iStandards
· L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali toffri servizzi li huma
tailor-made
skont id-domanda tal-klijent u għaldaqstant it-tariffi tal-Orkestra jiġu kkalkulati fuq il-kunċert li l-klijent jixtieq li jittella’.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il social impact assessment sar tul dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkumissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il economical impact assessment sar tul-dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkummissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il cultural impact assessment sar tul dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkummissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jispjega aħjar dak li qiegħed jirreferi għalih peress li ninsab infurmat li l-leġislazzjoni Maltija la tirregola u lanqas tipprovdi linji gwida dwar Cultural Impact Assessments. Nisab informat li lanqas ma hemm leġislazzjoni internazzjonali jew konvenzzjonijiet li jiddefinixxu Cultural Impact Assessment jew meta dan għandu jsir.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il educational impact assessment sar tul dawn l-aħħar 23 sena? Kemm ġew jiswew? Min ikkummissjonahom u għal liema raġuni kienu ġew kummissjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn barranin, kemm li ġejjin mill-pajjizi tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minbarrra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, li jaħdmu fl-industrija tal-bini u li għandhom permess biex jagħmlu dan? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn il-barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm barranin li ġejjin minn barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom permess biex jaħdmu f'Malta u Għawdex? F'liema settur jistgħu jaħdmu dawn u minn liema pajjiż ġejjin dawn il-ħaddiema li għandhom permess biex jagħmlu dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandu barrieri l-gvern u kemm hawn minnhom tal-privat u f'liema post jinstabu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miżmuma fid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, il-Gvern għandu 27 barriera f’dawn il-lokalitajiet kif ġej:
Tenement No
Address
Locality
Mikrija
51079
Field ix-Xaghra
Attard
Privat
51733
Lands at Kuttaf Gandolf
Kirkop
Privat
E21201
Site at tal-Ponta
Kirkop
M’hemmx kirja
50122
Site – Stone Quarry l/o
Luqa
M’hemmx kirja
50123
Site – Stone Quarry l/o
Luqa
M’hemmx kirja
50124
Site – Stone Quarry l/o
Luqa
M’hemmx kirja
51724
Land tat-Tonna
Mellieha
Privat
52912
Land at it-Tomna Quarry
Mellieha
Privat
50245
4 Fields ta’ Xantin
Mqabba
Privat
51787
Reclaimed Quarry at Ta’ Kandja
Mqabba
M’hemmx kirja
E20023
Site D Quarry Kuttaf Gandolf l/o
Kirkop
Privat
E20024
Site E Quarry Kuttaf Gandolf l/o
Kirkop
Privat
E20025
Site F Quarry Kuttaf Gandolf l/o
Kirkop
Privat
E20026
Site G Quarry Kuttaf Gandolf l/o
Kirkop
Privat
G39087
Quarry tad-Dawl or il-Bur ta’ Dingli
Mqabba
Privat
Z50422
Quarry at il-Qortin
Nadur Gozo
M’hemmx kirja
Z50372
Quarry at il-Qortin
Nadur Gozo
M’hemmx kirja
Z60721
Site for Quarry il-Qortin
Nadur Gozo
Gvern
Z50371
Quarry
Qala Gozo
M’hemmx kirja
Z50388
Stone Quarry at Tal-Ferfuse
Qala Gozo
M’hemmx kirja
94716
Stone Crusher Buskett
Rabat
Privat
80401
Soft Stone Quarry tal-Ponta
San Lawrenz Gozo
Privat
51666
Site at Ta’ Zuta
Siggiewi
M’hemmx kirja
52193
Land ix-Xaghri ta’ Zuta
Siggiewi
Privat
G39912
Crusher Plant & Quarry
Xaghra Gozo
Gvern
51000
Stone Quarry Wigi Sinjur
Zurrieq
Gvern
51481
Plot of land
Zurrieq
Privat
Kif diga gie spjegat fir-Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24088, din il-lista ma tinkludiex barrieri li qegħdin fuq art li qabel kienet tal-Knisja u li issa ġew f’idejn il-Gvern. Id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandux informazzjoni dwar proprjetà, inkluż barrieri, li jinsabu fuq art privata.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-barrieri tal-gvern qed jiġu immaniġjati mill-privat u kemm min-nies tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miżmuma fid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, hemm 11-il barriera li qegħdin mikrija lill-privat filwaqt li 3 barrieri oħra qegħdin jintużaw minn entitajiet tal-gvern.
Madanakollu, kif kien spjegat fir-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 24089, dawn il-figuri ma jinkludux barrieri li jinsabu fuq art li qabel kienet tal-Knisja u li issa saret tal-gvern skont il-Ftehim tal-1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede. Dan peress li l-Kurja kienet tikklassika l-art fejn hemm il-barrieri bħala qbiela u għaldaqstant, preżentament, id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern m’għandux il-meżżi meħtieġa biex jagħmel din id-distinzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu introjtu l-gvern mill-barrieri li għandu u li huma mmaniġjati mill-privat?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern idaħħal introjtu ta’ €36,037 fis-sena bħala kera fuq barrieri li huma proprjetà tal-gvern u qegħdin mikrija lill-privat. Din is-somma ma tinkludix il-kera ta’ barrieri li huma f’idejn id-Dipartimenti tal-Gvern u lanqas barrieri li huma mikrija lill-privat u qegħdin fuq art li qabel kienet tal-Knisja u li issa saret tal-gvern skont il-Ftehim tal-1991 bejn il-Gvern u s-Santa Sede. Dwar il-barrieri li jinsabu fuq art li qabel kienet tal-Knisja, il-Kurja kienet tikklassifikhom bħala qbiela u meta titħallas il-qbiela, m’hemm l-ebda distinzjoni jekk din hiex titħallas fuq art li qegħda tintuża għal skop agrikolu jew inkella għall-barriera. Preżentament, id-Dipartiment m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jagħmel din id-distinzjoni, madanakollu, huwa ttamat li meta tkun implimentata s-sistema kompjuteriżżata tal-Lemis, ikun hemm il-fakultà li din id-distinzjoni tista’ ssir.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mill-barrieri li hawn ma' Malta u Għawdex suppost għaddew lura għand il-gvern? Meta suppost għaddew lura għaliex għalqilhom il-kuntratt? Kemm ilu li għalqilhom u x'sar minn meta għalqilhom il-kuntratt tal-ownership mill-privat sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qiegħda tinġabar u għaldaqstant, risposta għal din il-Mistoqsija tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema skop qed jintużaw dawk il-barrieri li m'għadhomx jintużaw bħala barrieri u min qed jieħu ħsieb il-management ta' dawn il-postijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid-dipartiment tat-toroq biex water culvert mejjet li hemm f'Main Street il-Mosta aħna u neżlin mir-Rabat għall-Mosta jitwaħħal mal-kumplament tal-water culvert li hemm eżistenti matul din it-triq, liema water culvert sar biex l-ilmijiet kbar li jgħaddu minn din it-triq jinġabru ġewwa fih u ma jkomplux jkunu ta' inkonvenjent għar-residenti tal-akwata? Dan il-water culvert mejjet qed jikkawża ħafna ħsara fil-bini tar-residenti peress li l-ilma li jżomm qed jidħol taħt id-djar tal-istess residenti u qiegħed iżid ħafna l-umdita' fl-istess djar, għalhekk jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa ħalli dan ix-xogħol jitlesta kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt il-każ lil Transport Malta sabiex tkun tista' tinvestigah.
Jista' l-Ministru jgħid dan ix-xogħol ta' ħasil tal-kaxxi l-ħodor tal-Pitkalija qed isir wara sejħa għall-offerti jew minħabba xi tip ta' arranġament ieħor?
Jista' l-Ministru jispjega jekk in-nutara pubbliċi jkunux qed jaġixxu f'isem il-gvern meta jiġbru l-bolla u l-flus relatati ma' ħlasijiet lill-gvern, meta ċittadini komuni jmorru jinqdew għand in-nutar biex jagħmlu xi kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Intrpellant illi n-Nutar huwa uffiċċjal pubbliku u għaldaqstant huwa nkarigat jiġbor l-bolla u flejjes oħra relatati ma kuntratti għan-nom tal-Gvern. B’danakollu n-Nutar Pubbliku m’huwiex mandatorju tal-Gvern u jibqa’ responsabbli hu personalment għal ġbir tal-flus dovuti lill-erarju pubbliku u biex jgħaddihom lill-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-fiduċja tiegħu fin-nutara li jiġbru l-flus mingħand il-poplu f'ismu u allura li jagħmlu dan ix-xogħol ifissirx li n-nutar għandu l-poter li jamministra dawn il-flus li jingħataw lilu miċ-ċittadini li jmorru għandu biex jagħmlu xi kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Gvern jafda f’idejn in-Nutara li huma uffiċjali pubbliċi sabiex jiġbru l-flus ta’ taxxa fuq kuntratti. Huwa l-obbligu u d-dmir tan-Nutar sabiex jgħaddi dawn il-ħlasijiet lill-kummissarju tat-taxxi interni.