Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24445 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kunsilli lokali — mismanagement tal-fondi minn segretaji eżekuttivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif il-Gvern Ċentrali jimmoniterja li l-ebda segretarju eżekuttiv ma jagħmel mismanagement tal-fondi tal-kunsill lokali billi jħalli ċekkijiet mhux imsarrfin fil-kaxxi tal-kartun taħt l-iskrivanija tiegħu, minkejja r-rapporti u l-awditjar kollu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali huwa l-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-kunsill u huwa direttament responsabbli biex jinżammu sistemi ta’ kontroll intern biex ikun żgurat li, fost affarijiet oħra, l-operazzjonijiet finanzjarji tal-kunsill, jitmexxew skont l-att, ir-regolamenti u l-proċeduri stabbiliti. F’każ fejn is-Segrearju Eżekuttiv ma jkunx qiegħed jaġixxi skont il-liġi, ir-regolamenti u l-proċeduri, s-sindku għandu jibda investigazzjoni fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa u jinforma lill-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali b’dan. L-Onor. Interpellant hu mistieden sabiex, jekk jaf b’xi każ partikolari fejn qed isir dan in-nuqqas, jgħaddi l-informazzjoni li għandu, anke b’mod kunfidenzjali, ħalli d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jevalwa s-sitwazzjoni mressqa u jieħu l-passi neċessarji.
Leg 11 PQ #24446 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hawn kunsilli li rnexxielhom iġibu għajnuna mill-fondi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali u fuq liema proġetti ġabu dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 1681 u 16929. Intant tweġiba għall-parti tal-Mistoqsija Parlamentari relatata mas-sena 2010 tingħata f’xi seduta oħra hekk kif id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jiġbor l-informazzjoni mitluba permezz ta’ Memo 24-2011.
Leg 11 PQ #24447 Sitting 343 2011-05-09 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — applikazzjonijiet għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li applikaw għall-għajnuna minn Unjoni Ewropea? Liema kienu l-programmi li applikaw għalihom u kemm kien hemm kunsilli li ma ħadux għajnuna mill-istess Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba maqsuma f’seba’ tabelli waħda għal kull sena mill-2004 sal-2010.

Importazzjoni tal-laħam tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 lejn Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

importazzjoni tal-bajd

Question

Jista' l-Ministru jghid x'kienet l-importazzjoni tal-bajd lejn Malta fis-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

żwiġijiet biċ-ċivil u żwiġijiet bil-knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minn dawn kienu biċ-ċivil u kemm minn dawk kienu bil-knisja, kemm minn dawn saru b'xi reliġjon oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Trabi b'unknown father

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm trabi li ommhom tgħid u tiddikjarhom li għandhom unknown father mill 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 23882, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni għas-snin mitluba.

Annimali komuni bħala pets — reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar annimali komuni li jinżammu fid-djar Maltin bħala pets u kemm hawn irreġistrati minnhom mal-pulizija u kemm hawn minnhom li mhux reġistrati mal-pulizija? Allura kemm huwa ikkalkulat li hawn pets li jinżammu fil-komunità mingħajr l-ebda reġistrazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skont stħarrig li sar f' kull dar madwar sentejn ilu mill-SPCA ħareġ li f' Malta w Għawdex hawn madwar 70,000 kelb li jinżammu bħala pets. Minn naħa l-oħra, in-numru ta’ registrazzjonijiet ta’ klieb mal-Pulizija huwa biss ta’ madwar 5000. Sallum m’ hemm l-ebda ħtieġa jew obbligu li annimali ta’ kumpanija għajr il-klieb ikunu reġistrati u għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq annimali oħra ma teżistix.
Leg 11 PQ #24442 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — flus mgħoddija lilhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali jimmoniterjax kif jintefqu il-flus mgħoddija lill-kunsilli lokali? Minn meta beda dan il-monitering? Kif isir dan il-monitering u x'passi jieħu jekk isib li l-flus mhux qed jiġu mmexxija kif suppost? Jista' jgħid fuq liema linji gwida jimxi biex jagħmel dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Monitoring Unit tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali twaqqaf fl-2001. Ix-xogħol ta’ dan il-unit jinvolvi l-moniteraġġ tal-operat tal-kunsilli lokali kollha kemm mill-aspett finanzjarju kif ukoll amministrattiv. It-tlett oqsma prinċipali skrutinjati huma il-minuti tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali (li jinkludu l-iskedi tal-pagamenti), id-dokumenti finanzjarji, u d-deċiżjonijiet meħuda mill-kunsilli lokali. Fl-operat tiegħu, il-Monitoring Unit hu ggwidat mill-Att u r-Regolamenti tal-kunsilli lokali. F’każi fejn kunsill lokali jinstab li ma mexiex skont il-liġi, tinġbidlu l-Monitoring Unit jiġbidlu l-attenzjoni sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni. Ikun hemm anke ċertu instanti meta kunsill lokali jitnaqqsulu l-fondi bħala penali.
Leg 11 PQ #24443 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — flus imqassma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-flus li l-Gvern Ċentrali jgħaddi lill-kunsilli lokali humiex iddedikati għax-xogħol partikolari mill-Gvern Ċentrali jew inkella jħallix lill-kunsill lokali jqassam huwa skont il-prijoritajiet tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kunsilli lokali jingħataw il-fondi skont il-formula li hemm fit-Tmien (8) Skeda tal-Att dwar Kunsilli Lokali. Dawn il-fondi huma maqsumin taħt erba’ kategoriji: a) Tisbiħ u Manutenzjoni tal-Parki u Ġonna; b) Manutenzjoni tat-Toroq u Infrastruttura; c) Immaniġġjar tal-Iskart; u d) Amministrazzjoni Għalkemm kull kunsill lokali hu liberu biex ifassal il-budget tiegħu skont il-prijoritajiet tiegħu, f’dak li jirrigwardja l-manutenzjoni tat-toroq, il-kunsill lokali huma marbuta li l-ammont allokat għal dan l-għan ma jintużawx għal funzjonijiet oħrajn.
Leg 11 PQ #24444 Sitting 342 2011-05-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

budget ta' kull kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien imqassam il-budget ta' kull kunsill lokali għas-sena 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif kienet imqassma l-allokazzjoni tal-kunsilli lokali għas-sena finanzjarja 2011.
Leg 11 PQ #24357 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnien Bonello Du Puis — sigurtà ta' cameras

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li fil-Ġnien Bonello Du Puis hemm sigurtà tal-cameras u anke tas-security24 siegħa kuljum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi fil-ġnien hemm CCTV system li tirrekordja dak li jkun qed jiġri minħabba li fl-inħawi hemm ammont ta’inġenji u materjal tad-dipartiment konness ma’ xogħol ieħor li qed jitkompla wara l-perjodu tal-Milied u l-festi kif ukoll għax hemm ħtieġa li għal ċertu perjodu taż-żmien, it-turf ma jistax jintrifes biex ikun jista’ jikber sewwa, is-security officers tal-Ministeru qegħdin ikunu fil-post biex jassiguraw li din il-ħtieġa tiġi rispettata. Mhux eskluż li jinżammu security guards eventwalment jekk tinħass il-ħtieġa. Tajjeb wieħed jinnota li inkluż fl-Adventure Park f’Ta’Qali nżammet il-preżenza ta’ uffiċjali bħal dawn biex ikun assigurat li ma jsirx ħsara lill-playing equipment u l-materjal inġenerali tal-post.
Leg 11 PQ #24358 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Security fil-ġonna

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex hemm is-security 24 siegħa kuljum fil-Ġnien Bonello Du Puis? Jista' jgħid kemm hemm iktar ġonna li għandhom is-sigurtà 24 siegħa kuljum bħalma hemm f'dan il-ġnien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm ma nistax nifhem l-iskop veru ta’ din il-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari numru 24357. Dwar it-tieni parti, nfurmat li l-ġonna ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta’ dan il-Ministeru.
Leg 11 PQ #24359 Sitting 341 2011-05-03 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ġnien Bonello Du Puis — flus għas-sigurtà

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed tiġi tiswa s-sigurtà li hemm ġewwa l-Ġnien Bonello Du Puis f'Tas-Sliema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nistax nifhem l-iskop preċiż għaliex qed tintalab din l-informazzjoni, madankollu ninsab infurmat li l-preżenza ta’ security fil-ġnien imsemmi hija pprovduta min security personel impjegati diretti mal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali li ġew assenjati hemmhekk.

Persuni nqabdu jpejpu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu nies mill-pulizija jpejpu f'postijiet li fihom mhux permess it-tipjip minn wara li nbidlet il-liġi dwar it-tipjip f’postijiet pubbliċi fil-2004, jiġifieri kemm inqabdu nies jpejpu f'dawn il-postijiet pubbliċi fis-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ persuni li nqabdu mill-Pulizija jpejpu f’postijiet li fihom mhux permess it-tipjip minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti dwar it-Tipjip f’Postijiet Pubbliċi fl-14 ta’ Settembru 2004 kien kif ġej: 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 19 230 776 1275 2862 2567 2185

Taxxa fuq it-tipjip tas-sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nġabru taxxi minn fuq it-tipjip tas-sigaretti fis-sena 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 id-dipartiment tad-Dwana ġabar it-taxxi tas-sisa u tal-VAT minn fuq it-tipjip tas-sigaretti kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għas-sena 2004, l-ammonti huma disponibbli biss għal Novembru u Diċembru.

Taxxi fuq sigaretti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li nġabru mit-taxxi tas-sigaretti fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 ntnefqu f'kampanji edukattivi u għall-bżonnijiet biex jiġu imfejqa pazjenti li jkunu morda b’mard respiratorju u kardiologiku?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kampanji u inizzjattivi dwar prevenzjoni ta’ mard ġew finanzjati mill-Vot 5057 GO2. Informazzjoni dwar il-flus li ngabru mit-taxxi tas-sigaretti għandha tintalab mil-Ministru konċernat.

permessi biex barranin jaħdmu f'Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ħaddiema li huma ġejjin minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jingħataw permess biex ikunu jistgħu jaħdmu f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema li jaħdmu bħala self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema l-Gvern jaħdmu u joffru s-servizzi tagħhom lill-istess gvern u li dawn qed jaħdmu bħala self-employed? Jista' jgħid kemm għandu kategoriji minn dawn il-ħaddiema u liema huma dawn il-kategoriji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.