Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-bdiewa li qed jipparteċipaw fis-swieq tal-bdiewa u minn liema parti ta' Malta ġejjin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li Bdiewa reġistrati hemm 43 liema bdiewa ġejjin minn lokalitajiet imxerrda ma’ Malta kollha. Tajjeb li nżid li l-attendenza tagħhom f’dan is-suq tiddependi minn jekk il-bidwi jkollux prodotti mill-għelieqi tiegħu xi jbiegħ dakinhar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex fil-pjan tiegħu li jiftaħ swieq tas-sajjieda simili għal dak li qiegħed jorganizza għall-bdiewa ġewwa Ta' Qali? Jekk iva, fejn u meta beħsiebu jagħmel dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li preżentement diġa hemm parteċipazzjoni ta’ sajjieda f’dan is-suq u għalhekk m’ hemm l-ebda pjan li jinfetaħ suq espliċitament għas-sajjieda.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-kuntratti jew il-ftehim li għandu mal-homes u kumpaniji privati li permezz tagħhom jieħdu ħsieb l-anzjani ġewwa l-istess homes?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23228.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kwalità ta’ permess hemm biex kumpaniji privati jieħdu ħsieb anzjani taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm permess wieħed għad-djar kollha tal-anzjani, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Privat u tal-Knisja.. Il-liċenzja tinħareġ mill-Ministru tas-Saħħa fuq rakkomandazzjoni tad-Direttur Ġenerali għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-qasam pubbliku jeżistux żewġ tipi ta' miżati għall-anzjani skont in-nursing care provdut? Jista' jgħid jekk dawn il-kriterji jinstabux offruti ukoll lill-anzjani li jagħmlu użu mill-homes fil-qasam tal-privat offrut mill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-qasam pubbliku jeżistu zewġ tipi ta’ miżati għall-anzjani skont in-nursing care provdut. Skont l-Avviż Legali Nru 259 tal-2004 l-anzjani jħallsu 60% mill-penzjoni f’level 1 setting u 80% mill-penzjoni f’level 2 setting. Dan l-arranġament japplika wkoll għall-dawk l-anzjani li jkunu qed jokkupaw sodod fi djar għall-anzjani fis-settur privat mixtrija mill-gvern taħt l-iskema tal-Private Public Partnership.
Djar tal-anzjani li għad iridu jinfetħu — waiting list
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx waiting list għall-ftuħ ta' djar għall-anzjani? Jekk iva, kemm hemm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li m’hemmx waiting list għall-ftuħ ta’ djar għall-anzjani.
Kull applikazzjoni li tasal fil-Ministeru għas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunità tiġi proċessata minnufiħ.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-istandards bażiċi li kull home trid timxi fuqhom ħalli tkun tista’ tingħata permess biex tibda topera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-istandards japplikaw għad-djar tal-anzjani kollha jiġifieri kemm dawk tal-knisja, privati kif ukoll dawk tal-Gvern.
Id-djar għandhom ikunu konformi mal-liġijiet u r-regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l-iġjene tal-ikel. Id-djar iridu jinzammu ndaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Irid ikun hemm dawk il-faċilitajiet fid-djar biex jiġi assigurat l-għoti tal- kura neċessarja u t-tqassim tal-mediċina preskritta.
L-ambjent fid-dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r-resident ikollu l-privatezza, sigurtà, rikrejazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jipparteċipa soċjalment.
Min imexxi d-dar għandu d-dmir li jieħu dawk il-miżuri kollha biex jevita r-riskju ta’ xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu lir-residenti.
Kull dar tal-anzjani għandhu jkollha tabib li jkun jista’ jiġi msejjaħ skont il-bżonn inkluż f’każ ta’emerġenza
L-
istandards
jinkludu wkoll dawk għall-prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-faċilitajiet fid-djar f’każ ta’ ħruq.
Biex dar tibda topera irid ikollha l-liċenzja maħruġa mill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità wara li jkun hemm il-permessi neċessarji tal–MEPA u tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23323 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk dawk li għandhom il-Kartanzjan hux se jkollhom il-benefiċċju li jagħmlu użu minn trasport irħis meta jippreżentaw il-Kartanzjan?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.24421.
ħsara fil-vettura ta' ċittadin — kumpens mill-kunsill lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux xi bye-laws biex jirregolarizzaw l-imġieba taċ-ċittadin u l-kumpens li jistgħu jagħtu l-kunsilli fil-każ li ċittadin iġarrab ħsara fil-karozza tiegħu minħabba l-istat ħażin tat-toroq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali drittijiet li qiegħed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu joħorġu mill-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363 tal-Liġijiet ta’ Malta) u mill-Kodiċi Ċivili, u mhux minn xi bye laws partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja matul is-sena 2009 u dan skont l-Eight Council Directive tas-6 ta’ Dicembru, 1979? Kemm kien il-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja matul is-sena 2010 u dan skont il-Council Directive 2008/9/EC tat-12 ta’ Frar, 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi stabbiliti fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Eight Council Directive kien kif ġej:
matul is-sena 2009 - €948,789.48
matul is-sena 2010 - €1,050,328.77
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-VAT Refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi fin-non-member states matul is-sena 2010 u dan skont it-Thirteen Council Directive tas-17 ta’ Novembru, 1986?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT refund totali mogħti lill-kumpaniji/individwi stabbiliti fin-non member states skont it-Thirteen Council Directive tas-17 ta’ Novembru 1986 matul is-sena 2010 kien €264,793,15.
Homes u kumpaniji privati — kuntratti ta' kura pubblika
Question
Jista' l-Ministru jgħid ma' kemm-il home u kumpanija privata għandu kuntratti li permezz tagħhom jistgħu jittieħdu anzjani mill-kura pubblika u jibdew jinżammu ġewwa homes immexxija mill-privat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23228.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinħarqu l-biċċiet il-ħżiena jew bhejjem sħaħ u dak li jifdal fil-biċċerija? Jista' jispjega l-proċess kollu u jgħid jekk huwiex kuntent bis-sitwazzjoni preżenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-website tal-Kumpanija WasteServ Malta Ltd (http://www.wasteservmalta.com/facilities.aspx?id=121) fejn fiha tingħata spjega tal-materjal trattat fl-inċeneratur. Fl-istess website l-Onorevoli Interpellant jista’ jsib readings aġġornati dwar l-operat tal-impjant. Rigward jekk inhix kuntent jew le, li nista’ nigħid hu lid an l-impjant qed jaqdi l-funzjoini tiegħu.
prodotti agrikoli importati — garanzija li huma tajbin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi garantit li l-prodotti agrikoli li qed jiġu importati bħal fniek, laħam ieħor u prodotti ta' ħaxix u frott ikunu tajbin biex jiġu kkonsmati mill-poplu Malti u Għawdxi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontrolli fis-swieq Ewropej minn Stati Membri varji jsiru fejn jinqaltu l-fniek jew jigi prodott l-ikel. Meta dawn il-prodotti jivjaggaw minn Stat għall-iehor, kull prodott iġorr mieghu d-Dokument Kummercjali li jkun fih ukoll l-informazzjoni meħtiega ghat-traccabilità u ċertifkiar tal-qatla. L-importaturi kollha għandhom jimlew in-notifika tal-NSO. Kontrolli oħra jsiru mis-sanità fil-ħwienet fejn jinbiegħu.
ċittadini li ftixxu lill-kunsill lokali għad-danni
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-ċittadin għandux dritt li jfittex lill-kunsill lokali wara li jkun ġarrab ħsara fil-vettura tiegħu minħabba l-istat ħażin tat-toroq? Jekk iva, jista' jgħid xi proċedura trid tiġi segwita miċ-ċittadin li jkun qed iressaq il-każ tiegħu? Jekk dan ma jsibx rimedju mill-kunsill, fejn iktar jista' jirrikorri? Hemm limitu ta' kumpens li ċittadin jista' jieħu jew din titħalla f'idejn id-deskrizzjoni tal-kunsill biex jiddeċiedi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ċittadin għandu d-dritt li jfittex kunsill lokali jekk iġarrab xi ħsarat li jkunu konsegwenza ta’ xi nuqqas tal-kunsill lokali. F’dan id-dawl il-kunsilli lokali huma obbligati li jkollhom polza tal-assigurazzjoni.
Ċittadin l-ewwel għandu jikteb direttament lill-kunsill lokali konċernat u minn hemm, jekk ma jingħatax rimedju, jista’ jressaq il-każ tiegħu ukoll quddiem il-Qorti kompetenti.
Il-kumpens li jingħata jkun determinat mill-Qorti jew mit-Tribunal kompetenti skont il-każ.
kumpens liċ-ċittadini mill-kunsill lokali fuq vetturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm ċittadini li għamlu talba għall-kumpens wara li ġarrbu ħsarat fil-vetturi tagħhom minħabba l-istat ħażin li jinsabu fih it-toroq tagħhom, matul is-snin 2007, 2008, 2009 u 2010? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn iċ-ċttadini li attwalment ingħataw il-kumpens li huma talbu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant permezz ta’ Memo 42/2011 li nħareg mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.