Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux qiegħed iħaddem il-policy dikjarata tiegħu li artijiet li jkunu tal-gvern iżda li jkunu mikrija għal skop ta’ biedja lill-persuni resiġtrati bħala full-time farmers, jerġgħu jinkrew lill-istess bdiewa meta jintemm il-kuntratt viġenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru responsabbli mill-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid meta jintemm kuntratt fuq art tal-gvern li tkun qed tinħadem minn bidwi reġistrat full-time, u l-art in-kwistjoni tinħareġ għal offerti fuq il-gazzetta tal-gvern, id-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jagħti r-Right of First Refusal lill-bidwi li kien jaħdem l-art?
Dipartiment tal-Artijiet — art li bdiewa jaħdmu fiha
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi dritt għandu d-Dipartiment tal-Artijiet biex joħroġ fuq art li tkun qed tinħadem għal skop ta' biedja minn bidwi full-time, l-encroachment permit temporanju għal skop mhux relatat mal-biedja?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid, meta xi ħadd ikun intitolat għal nuċċali b'xejn għaliex ikollu l-kartuna r-roża minħabba li għandu mezzi limitati, dan in-nuċċali li jkun intitolat għalih jingħatax kollu b'xejn, jiġifieri bil-ħġieġ b'kollox, jew inkella l-persuna konċernata tridx tħallas għall-ħġieġ jew għal-lenti tal-istess nuċċali minn butha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull ċittadin Malti huwa intitolat għall-vista tal-għajnejn u riċetta għan-nuċċali b’xejn bħala parti mis-servizzi tas-saħħa li jipprovdi l-gvern. Dawk il-klijenti li għandhom il-kartuna r-roża valida huma wkoll intotolati għall-lenti u frame mingħajr ħlas. Dan isir billi l-klijent jirċievi dettalji mid-Dipartiment tal-Procuerment dwar l-outlets privati tan-nuċċalijiet li jkunu ntgħażlu permezz ta’ tender.
Mosta — żona tal-Blata l-Għolja - bini ta' ċint madwar għalqa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji ħalli kif suppost bil-liġi għalqa kbira, inti u dieħel il-Mosta quddiem il-Housing Estate tal-Blata l-Għolja, tiddawwar b'ħajt nadif u li permezz ta' hekk ma jkomplix jagħti dehra ta' telqa u abbandun lil din ż-żona?
Mosta — żona tal-Blata l-Għolja - taabella tat-Triq Gio Maria Camilleri
Question
Jista' l-Prim Ministru jara li l-awtoritajiet neċessarji jwaħħlu t-tabella tat-Triq Gio Maria Camilleri fit-triq imsemmija b'dan l-isem fiż-żona tal-Blata l-Għolja l-Mosta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mosta ordna l-plakek bl-isem tat-triq imsemmija sabiex jitwaħħlu f’posthom kemm jista' jkun malajr.
tiswija fil-pajpijiet li minnhom jgħaddi l-human waste
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inspection saret u kemm allura kien hemm ħsarat li ġew imsewwija matul is-sena 2010 fil-pajpijiet li hemm taħt it-toroq Maltin li minnhom jgħaddi l-human waste?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2010 għamlet 817 spezzjoni bis-CCTV għal total ta’ 60km ta’ mains.
Instabu 967 il-ħsara li kollha ġew imsewwija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post f'Malta u Għawdex għadhom jinqdew bil-fossa biex iżommu l-human waste? Jista' jgħid kemm-il inspection saret matul is-sena 2010 sabiex tara li dawn l-fosos ma jiskulawx l-ilma li jkun fihom għal ġewwa l-blat ? X'irriżulta minn dawn l-inspections li saru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta’ fosos f’Malta u Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tbattal dawn il-fosos b’mod regolari.
Rigward spezzjonijiet ta’ dawn il-fosos nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għar-riżori u affarijiet rurali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn irziezet li għandhom sistema biex jiġbru l-animal waste u li dan qiegħed jittieħed ġewwa xi post biex jiġi trattat? Jista' jgħid fejn qiegħed jiġi trattat dan l-animal waste u kemm hawn irziezet li għad m'għandhomx din is-sistema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum li l-produtturi tal-annimali għandhom sistemi biex l-animal waste jinġabar u jinħażen fi strutturi u b’ sistemi approvati mill-MEPA. Din il-ħażna tikkonissti f’demmiela u/jew fossa. Infakkru ukoll li dan l-animal waste eventwalment jiġi utilizzat għal skop agrikolu skont il-‘Code of Good Agricultural practice’.
Fil-preżent għad m’hemmx ċentru li jagħmel trattament speċjali fuq id-demel.
Fid-dawl tal-fatt li għadu għaddej il-proċess ta’ ristrutturar ta’ dawn l-irziezet, għad hemm numru li għadhom ma temmex il-proċess u ma jistgħux jkunu ċertifikati, għalkemm jistgħu diġa għandhom kemm id-demmiela u/jew il-fossa lesta skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-permess. Dan ifisser li l-lista ta’ min għandu dawn il-faċilitajiet skont ir-regola mhix eżawrjenti u allura l-lista tal-irzizet kollha li huma ċertifikati ma tirriflettix in-numru ta’ dawk li diġa għandhom faċilità adekwata fuq ir-razzett.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw il-bord tal-warranting tal-periti? Kemm ilhom f'dan il-bord u fuq liema kriterji intgħażlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-membri li jiffurmaw il-bord tal-warrant tal-periti huma magħżula skond il-proċeduri u l-kriterji stipulati fl-Att dwar il-Periti, Art.6.1.: Preżentement dawn huma:
Chairman:
Dr.Ramon Rossignaud, - mis-sena 2000.
Membri appuntati mill-Gvern:
Prof. Alex Torpiano - mill-2009
Perit Joseph Galea - mill-2008
Membri appuntati mill-Kamra tal-Periti:
Perit David Pace - mill-1999
Perit Edgar Rossignaud - mill-2009
Membri eletti minn fost detenturi ta' warrant:
Perit Josianne Vassallo - mill-2007
Perit Anthony Bezzina - mill-2010
bord tal-warranting tal-periti — warrants lil periti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jagħmel użu minnhom il-bord tal-warranting tal-periti sabiex jinħarġu warrants lil periti ġodda? Xi kwalifiki għandu jkollha persuna sabiex tilħaq perit, minn liema università hija aċċettata d-degree li jkollha u jekk jeżistux qualifications li l-Università ta' Malta ma tirrikonoxxix allura min ikollu degree minn din l-università partikolari ma jiġix rikonoxxut?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji użati mill-Bord għall-għoti tal-Warrant tal-Periti huma dawk li huma definiti fl-Att dwar il-Periti, Art 3 u 4, f'legislazzjoni sussidjarja u f'avviżi legali relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mill-kwalifikazzjonijiet li għandu bżonn individwu sabiex jingħata warrant ta' perit huwiex l-esperjenza fil-lokal u kemm irid ikollu esperjenza fil-qasam lokali qabel ma jingħata l-warrant?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perjodu ta' esperjenza lokali għal gradwati ġodda huwa definit fil-Att dwar il-Periti, Art. 3 u 4, u elaborat fl-Experience Record Book li kull gradwat ġdid irid jimla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn farm advisory services f'Malta u Għawdex? Liema huma u kemm kellhom talbiet għall-pariri fl-2008, 2009 u 2010 li fl-aħħar immaterjalizzaw fi proġetti tanġibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi fil-preżent hawn żewġ entitajiet rikonoxxuti bħala “Farm Advisory Services”. Dawn huma l-APS Consult, irreġistrata fit-2 ta’ April 2008 u l-FAS Consortium irreġistrata 23 ta’ Frar 2011.
Peress li dawn l-entitajiet huma privati, il-Ministeru ma għandux informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom u wisq anqas liema kienu l-proġetti li kienu involuti fihom li mmaterjalizzaw ruħhom fi’ proġetti tanġibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm s'issa ttieħdu fondi mill-Rural Development Plan u kemm suppost kien hemm fondi vvutati li ma ntużawx u li ma jistgħux jintużaw issa għaliex għadda ż-żmien biex isir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Taħt il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali għal Malta għas snin 2007-2013 hemm allokazzjoni ta’ 101 Miljun Ewro f’ fondi pubblici. Dawn il-fondi huma mqassmin fuq perjodu ta’ 7 snin u l-allokazzjoni ta’ sena partikulari tista’ tintefaq sa’ massimu ta’ sentejn wara. F’dan ir-rigward Malta kienet obbligata li tonfoq l-allokazzjoni tas-snin 2007, 2008 sas-sena 2010. Dawn kienu jammontaw ghal € 31,949,529. Filfatt l-Agenzija ghal Pagamenti rnexxiela tonfoq € 33,154,529 li huwa 3.7% aktar milli kien obbligat u li tnaqqsu mill-ammont li kellhu jkun minfuq fis-sena 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pixkerija l-ġdida hijiex fuq xi mudell ieħor li jintuża f'xi pajjiż partikolari bħala pixkerija jew jekk hijiex se tkun magħmula għall-bżonnijiet tagħna bħala pajjiż u li dan il-mudell ta' kif se tinbena f'Malta qatt ma ġie użat barra l-pajjiż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema eżistenti, matul is-snin, uriet li tilħaq il-ħtiġijiet tas-suq u għaldaqstant il-l-pixkerija l-ġdida hija ppjanata skont l-istess sistema biex tibqa taqdi dawn l-istess ħtiġijiet filwaqt li toffri opportunità għal titjib fil-faċilitajiet ġeneral
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-gvern jibni mħażen bħal cold stores li fihom jkunu jistgħu jinħażnu surplus ta' laħam u ħut, jew jekk dan il-qasam huwiex se jerħilu purament f'idejn il-privat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma għandux ħsieb li jidħol fis-settur tal-ħażna u kummerc tal-ikel kemm laħam jew ħut.
Issa li għaddiet sena minn meta ġew maħtura l-assistenti parlamentari, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jara jekk dan ir-rwol għandux jinżamm mill-Parlament Malti jew għandux jitneħħa?
Jista' l-Prim Ministru jispjega għaliex l-assistenti parlamentari m'għandhomx salarju u onorarja bħalma għandhom is-Segretarji Parlamentari u l-Ministri u dan skont l-argument ta' xi uħud li għandhom żewġ rwoli ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-premessa tal-mistoqsija hija żbaljata għax-xogħol l-Assistent Parlamentari huwa marbut partikolarment mal-ħidma parlamentari. Ninnota li l-Onor.Interpellant ma jagħmilx differenza bejn membru tal-eżekutiv li hu marbut li jieqaf mill-eżerċizzju ta’ professjoni u li jirreżenja mill-impjieg tiegħu u Membru Parlamentari bħalu u bħal l-Assistenti Parlamentari kollha li jistgħu jżommu l-impjieg tagħhom, waqt li jiffunzjona bħala Deputat u jieħu l-onorarja sħiħa. Nirreferi ukoll lill-Onor.Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15499.