Can the Minister say what quality controls (by the public health) are being taken to ensure that the sprinklers are not spreading Legionnaires Disease?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-sprinklers li jintużaw fil-beraħ, dawn ma jaqawx taħt il-provedimenti tar-Regolamenti. tal-2006 dwar il-Kontroll tal-Leġjonella iżda sprinklers oħra bħal dawk użati għal kontra n-nirien, jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-persuna responsabbli mill-fond sabiex isir il-monitoraġġ neċessarju skont l-istess liġi.

Jista’ l-Ministru jara li jsiru sleeping policeman f'Main Street Mosta għaliex f'din it-triq jgħaddu karozzi b’veloċità kbira u għalhekk qed jikkawżaw periklu għat-tfal tar-residenti tal-akkwati? Jekk jiġu approvati dawn is-sleeping policeman,jistgħu jsiru qrib il-culverts ħalli huma stess jiggwidaw l-ilma għal ġol-culverts li hemm fl-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq il-Kbira Mosta hemm approvati erba’ road humps bejn Pjazza Rotunda u l-limiti tan-Naxxar. Minn spezzjoni li saret fuq il-post hemm biss road hump waħda nstallata. Madanakollu is-sena li għaddiet, waslet talba mingħand resident għand il-Unit tal-Immaniġġjar tat-Traffiku sabiex jiġu mplimentati miżuri ta’ sigurta` fi Triq il-Kbira Mosta minħabba sewqan eċċessiv fi Triq il-Kbira bejn Pjazza Rotunda u Vjal Indipendenza.
Il-Kunsill Lokali rispettiv ġie ikkonsultat permezz ta’ ittra datata 28 ta’ Mejju, 2010, iżda sal-lum il-Kunsill għadu ma bagħatx risposta. Għaldaqstant, peress li l-kunsill lokali baqa’ ma rrispondix għall-ittra tal-awtorità, dan il-każ intbagħat għad-deċiżjoni tal-Unit għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fi ħdan Transport Malta, liema deċiżjoni se tittieħed fil-ġimgħat li ġejjin u sussegwentament id-deċiżjoni tintbagħat lill-kunsill lokali rispettiv sabiex jiġu mplimentati il-miżuri meħtieġa

Jista’ l-Ministru jispjega xi jfisser meta pazjent li jkun rikoverat l-Isptar jgħidu li sar social case? Kemm ilha tintuża din il-frażi għal każijiet bħal dawn? Xi jfisser għall-pazjent meta jibdew jgħidu li issa waqa’ social case, kemm mil-lat ta’ responsabilità kif ukoll minħabba pensjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-Isptar Mater Dei ma jintużax it-terminu social case. Meta pazjent ma jkollux aktar bżonn ta’ kura medika, iżda għal xi raġuni ma jkunx jista’ jmur lura fir-residenza tiegħu, dan jissejjaħ Intermediate Care Patient. Dawn il-pazjenti jinqasmu f’żewġ kategoriji: (1) dawk li jkunu qed jistennew biex jiġu trasferiti fl-Isptar tar-Rijabilitazzjoni Karen Grech u (2) dawk li jkunu qed jistennew biex jiġu trasferiti f’sodod long term care. Sakemm dawn il-pazjenti jkunu għadhom fl-Isptar Mater Dei, jibqgħu taħt ir-responsabbilità tal-konsulent mediku tagħhom.
Ser jibdew jittieħdu passi sabiex pazjenti dikjarati
long term care
, filwaqt li jkunu għadhom fl-Isptar Mater Dei, tibda tinqatalgħhom persentaġġ mill-pensjoni kif jiġri f’kull każ ieħor li jingħata kura f’sodda
long term care
fis-servizz pubbliku tas-saħħa.

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew identifikati bħala social cases matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 fl-Isptar Ġenerali ta’ Malta? Jekk dawn il-każijiet żdiedu, x'jaħsbu li kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista’ l-Ministru jgħid il-każijiet ta’ pazjenti li ġew reġistrati bħala social case fl-Isptar Ġenerali tagħna matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 minn liema parti ta’ Malta kienu ġejjin u kemm kellhom żmien? Jista’ jgħid ukoll jekk dan in-numru jirriflettix il-lokalità li jkunu ġejjin minnha dawn l-anzjani?

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota l-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-figuri kkwotati hawn taħt ġew ikkalkulati permezz ta’ l-Istħarriġ dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (Survey on Income and Living Conditions, SILC) ta’ l-2009. Dan l-istħarriġ ilu jsir f’Malta kull sena mill-2005 u jkopri kampjun ta’ persuni li jgħixu f’residenzi privati f’Malta u Għawdex. Il-metodoloġija użata mill-NSO hija skond ir-regolamenti tal-Eurostat.
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ ta’ anzjani li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota il-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’Mistoqsija Parlamentari numru. 25530.
L-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jista' l-Prim Ministru jara li l-awtoritajiet konċernati jieħdu passi neċessarji sabiex jinbena ħajt li jdawwar lit-Triq Gio Maria Camilleri fiż-żona tal-Blata l-Għolja, Mosta liema ħajt ikun ta' benefiċċju kbir jekk jinbena għaliex ikun jista' jżomm diversi affarijiet milli jinżlu minn ġol-għalqa għat-triq, speċjalment fix-xitwa meta x-xita tkaxkar kollox?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-art in kwistjoni mhix ikkunsidrata illi taqa' taħt l-iskema fejn is-sid ikun obbligat itella' ħajt ta' 8 filati mal-fetħa ta' plots vojta li jkunu maħmuġin. L-art in kwistjoni fiha primarjament veġetazzjoni li telgħet weħidha. Intant riċentement, fil-5 ta' Mejju, ġiet aċċettata Notifikazzjoni ta' żvilupp - DN 4/11, li ġiet sottomessa lill-MEPA mis-sidien sabiex jittella' boundary wall.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata sussidju u għajnuna fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 sabiex sajjieda jkunu jistgħu jkissru l-laneċ u l-opri tal-baħar tagħhom? Jista' jgħid jekk is-sajjieda li jkunu ħadu s-sussidju biex ikissru l-laneċ tagħhom jistgħux jerġgħu jixtru laneċ ġodda ħalli jkomplu jistadu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jsemmi liema kumpaniji jew individwi ħadu għajnuna għaliex kellhom lanċa ikbar minn 12-il metru u li dawn issa jridu jibdew jistadu iktar 'il barra minn 25 mil?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn permessi ta' laneċ u qxur oħra tal-baħar li għandhom il-permess biex jistadu fil-25 mil madwar Malta? Jista' jgħid jekk din iż-żona tiflaħx għal iktar sajjieda u għal kemm sajjieda tiflaħ iktar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu ż-żoni ta' konservazzjoni madwar l-ibħra Maltin u Għawdxin, liema żoni ma jistax isir sajd fihom minn fuq il-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat responsabbli mill-MEPA. Irrid ngħid li matul tali proċess, dan il-Ministeru jkun ikkonsultat.