Tista' l-Ministru tgħid jekk biex tingħata s-servizz tal-home help iridx ikollok iktar minn 60, 61 u 62 sena jew le? Tista' tgħid jekk dan is-servizz huwiex maħsub għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, anke jekk ikollhom inqas minn din l-età stabbilità? Tista' tgħid x'jistgħu jagħmlu persuni li jkollhom diversi kundizzjonijiet li jimpedixxuhom milli jagħmlu diversi attività fiżika u għalhekk ma jkunux jistgħu jagħmlu x-xogħol personali tagħhom imma jkunu għadhom ma għalqux din l-età, jekk dan is-servizz jistgħux japplikaw għalih u jekk jeżistix xi servizz ieħor simili li jistgħu japplikaw għalih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar sal-lum kemm ingħataw tenders għall-bini ta’ toroq? Liema huma dawn it-toroq? Kemm se tiswa kull triq? Kull triq lil liema kumpanija ngħatat biex tagħmel ix-xogħol? Liema huma t-toroq li se jitħallsu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha l-kartuna r-roża u allura hija intitolata għal servizz tal-oftalmologija b'xejn miċ-ċentri tas-saħħa bħal kull ċittadin ieħor u jekk tkun fil-bżonn anke n-nuċċali jsir b'xejn, jista' jispjega jekk din il-persuna għandhiex tħallas xi ħaġa għall-frame jew il-ħġieġ tan-nuċċali, jew jekk għandhiex tħallas ta' xi servizz, jew inkella jekk dan is-servizz jingħatax kollu b'xejn jiġifieri n-nuċċali, l-ħġieġ u l-vista li ssir f'xi berġa jew ċentru tas-saħħa? Hemm xi postijiet partikolari fejn dan is-servizz jista' jingħata anke minn ġo ħwienet li jbiegħu n-nuċċalijiet? Jista' l-Ministru jsemmi liema huma dawn il-ħwienet li jagħtu dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull ċittadin Malti huwa intitolat għall-vista tal-għajnejn u riċetta għan-nuċċali b’xejn bħala parti mis-servizzi tas-saħħa li jipprovdi l-Gvern. Dawk il-klijenti li għandhom il-kartuna r-roża valida huma wkoll intotolati għall-lenti u frame mingħajr ħlas. Dan isir billi l-klijent jirċievi dettalji mid-Dipartiment tal-Procuerment dwar l-outlets privati tan-nuċċalijiet li jkunu ntgħażlu permezz ta’ tender.
Id-Dipartiment tal-
Procurement
bħalissa għandu kuntratt għal dan is-servizz mal-Cathedral Group Ltd. Il-kuntratt jistipula fost affarijiet oħra li l-klijent jingħata n-nuċċali komplut b’xejn. F’kaz li l-klijent jippreferi
frame
ta’ nuċċali mhux inkluż fl-għażla offruta fil-kuntratt, il-klijent jista’ jagħżel li jieħu l-
frame
li jixtieq hu u jkollu jħallas id-differenza tal-prezz kuntratttat bejn il-Gvern u l-kuntrattur u l-prezz tal-
frame
li jkun intagħżel.
Dan is-servizz jistgħa jingħata mit-13-il ħanut tal-Cathedral Group Ltd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni Maltija, kemm minnhom huma irgiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm minn din l-istatistika hemm persuni li l-post oriġinali tat-twelid tagħhom ma kienx Malta u li dawn ukoll għandhom xogħol f'Malta, kemm minn dawn huma irgiel u kemm minn dawn huma nisa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li għandhom 'il fuq minn 60 sena? Kemm minnhom huma irgiel u kemm minnhom huma nisa? Kemm huwa kkalkolat dan bħala persentaġġ mill-popolazzjoni Maltija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2009, kien hemm 84,696 anzjani ‘l fuq minn 60 sena (jew 20.5 persentaġġ mill-popolazzjoni totali) li minnhom 37,550 kienu rġiel u 47,146 nisa. Il-persentaġġi ta’ rġiel u nisa anzjani mill-popolazzjoni totali huma 9.1 u 11.4 rispettivament.
Dawn iċ-ċifri għall-2010 għadhom qed jiġu ikumpilati u jkunu jistgħu jingħataw aktar tard.
Jista' l-Ministru jissuġerixxi lid-dipartiment responsabbli biex jieħu azzjoni ħalli titnaddaf l-area bejn it-Triq Karlo Darmanin u Dun Anġ Dingli, Mosta, liema area hija mimlija b'materjal tal-ġebel u trab ieħor li barra li tagħti dehra ta' telqa u ħmieġ, qed tkun il-post fejn tikkawża diversi problemi lir-residenti tal-madwar? Jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-post jitnaddaf? Din it-talba diġà ġiet proposta diversi xhur ilu u l-Ministeru qal li kien se jieħu passi iżda mid-dehra din id-direzzjoni ma ġietx segwita mill-awtoritajiet konċernati.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Dipartiment tal-Agrikultura u Sajd — postijiet ta' promozzjonijiet ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fetħu postijiet ġodda ta' promozzjonijiet fid-Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd matul iż-żmien ta' bejn Awwissu 2010 u April 2011? Kemm kien hemm applikanti għal dawn il-postijiet u fuq liema mertu ttieħdu dawn il-postijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat illi bejn Awwissu 2010 u April 2011, inħarġu 29 sejħa għal promozzjonijiet ġodda fid-Dipartimenti tal-iŻvilupp Rurali u Akwakultura, Regolazzjoni tal-Biedja u s-Sajd u fl-Aġenzija għall-Pagamenti li qabel kienu magħrufa bħala Dipartiment tal-Agrikoltura u Sajd.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ sejħiet u n-numru tal-applikanti għal kull sejħa. Il-postijiet jimtlew wara li ssir intervista minn Bord tal-Għażla kif approvat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Il-Bord jimxi fuq proċeduri ffissati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet li tagħti l-linja nazzjonali l-Air Malta humiex imfassla minn xi dipartiment tal-gvern jew minn dipartimenti li għandha l-linja tal-ajru stess? Jekk hemm regoli aħjar minn dawk li huma qed jintużaw issa, fejn ċittadin irid jitkellem ħalli jsemma u joffri dawn l-alternattivi?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal-liema kundizzjonijiet qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid xi jrid jkun hemm sabiex jinħareġ permess għal-loading u unloading bay quddiem ħanut? Dawn il-kundizzjonijiet huma għal-loading u unloading bay il-ġurnata kollha u hemm kundizzjonijiet differenti għal dawk is-sidien tal-ħwienet li jridu jagħmlu loading u unloading bay b'ħin ristrett ngħidu aħna kuljum għall-10.00am u mhux iktar mill-10.00am?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ħwienet li jikkwalifikaw sabiex ikollhom un/loading bays huma kif gej:
- ħwienet li jbiegħu
white goods
;
- ħwienet li jbiegħu l-għamara;
- ħwienet li jbiegħu jew jikru makkinarju ta' ċertu piż; u
- fil-kaz ta' ħwienet oħra, jistgħu jiġu allokati
un/loading bays
għal numru ta' ħwienet (madwar 6) viċin ta' xulxin, jew żoni kummerċjali, biex jagħmlu użu minnhom bejniethom.
L-
un/loading bays
normalment jiġu approvati għal massimu ta' tmien sigħat matul il-ġurnata, waqt li fil-kumplament tal-ħin ikun jista' jipparkja il-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk biex tagħmel loading/unlaoding bay ta' min hija r-responsabiltà jekk huwiex tal-kunsill lokali jew jekk hijiex ta' xi awtorità oħra? Jista' jsemmi liema awtorità hija responsabbli biex toħroġ dawn il-permessi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permessi għal un/loading bays jinħarġu minn Transport Malta. Nitlob ukoll lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 21060.
Dipartiment tal-Biedja u Sajd — diretturi ġenerali, diretturi u managers
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni konċernati li għandhom pożizzjoni ta' tmexxija bħala diretturi ġenerali u diretturi u managers fid-Dipartimenti tal-Biedja u Sajd? Min huwa responsabbli għal liema settur u jekk sarux xi tibdil fil-posts li kienu okkupaw xi diretturi dan l-aħħar tliet xhur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda il-lista ta’ diriġenti għal dak li kien id-Dipartiment tal-Biedja u Sajd fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, kif mitluba fil-mistoqsija parlamentari.
Matul dawn l-aħħar tliet (3) xhur kien hemm Direttur wieħed li rriżenja għal raġunijiet personali, u minfloku ġie assenjat uffiċjal ieħor biex jagħmel xogħol ta’ Direttur
deputising
.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ tal-poplu b’mod ġenerali li jinsabu f’riskju ta' faqar f’Malta u Għawdex, raħal raħal u belt belt? Jista' jgħid minn liema studju/statistika qed tikkwota l-figura tagħha u meta nġabru dawn il-figuri? Liema metodoloġija ntużat biex waslu għal dawn il-konklużjonijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 25530. L-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-prodotti taż-żejt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx sutdju biex jara kif ġie affettwat il-poplu Malti u Għawdxi biż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt u l-prodotti li joħorġu minnu minn Jannar, 2011sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Diviżjoni għall-Politika Ekonomika, kif kien tħabbar fil-Baġit 2011, wettaq studju dwar l-impatt tal-inflazzjoni li ġie preżentat u diskuss fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). Dan l-istudju kien ħares lejn l-impatt ta’ prodotti essenzjali li jinkludu, iżda ma kinux limitati biss għalihom, għaż-żejt u l-prodotti li joħorġu minnu. Dan l-istudju li minkejja dawn iż-żidiet, li fil-parti l-kbira kienu riżultat ta’ żidiet fis-swieq internazzjonali, l-impatt f’termini ta’ inflazzjoni ma kienx straordinajru.
Fir-rapport ħareġ li l-Gvern għandu jibqa' jirrikorri għall-mekkaniżmu tal-COLA biex jiġi kkalkulat il-kumpens tal-għoli tal-ħajja kull sena u li jiġi ppreżentat fil-baġit.
Can the Minister provide a breakdown of the cost of landscaping in Malta by the Eviromental Landscapes Consortium? How much money is going into the landscaping of roundabouts and turf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Environmental Landscape Consortium Limited hija kumpaniji li ġiet imwaqqfa bħala kumannija kumerċjali bħala Public Private Partnership mill-Gvern ma’ numru ta’ kumpaniji li jispeċjalizzaw fis-settur.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għadda s-somma ta’ € 9,297,589
għas-sena
2010 kemm bħala sovvenzjoni li tagħmel tajjeb għal numru ta’ ħaddiema li qabel kienu jaħdmu mal-Gvern kif ukoll bħala ħlas kemm għat-tisbieħ, għaż-żamma tas-soft area allokati lilhom kif ukoll għall-iżvilupp kapitali kemm ta’ kostruzzjoni u infrastruttura relatata.
Nittama li l-Onorevoli interpellant ma jsibx problema li wegibtu bil-lingwa Maltija

Can the Minister say what is the source and cost of the water being used by the Eviromental Landscapes Consortium? Does the Eviromental Landscapes Consortium own any groundwater boreholes? Can the Minister confirm that groundwater is not being used for lanscaping?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat li l-Environmental Landscape Consortium Limited tagħmel użu primarjament minn ilma li ġej minn ġwiebi tagħha u oħrajn li nbnew għal dan l-iskop meta nbnew toroq ġodda arterjali, minn dak li jinġabar f’ilqugħ fil-widien, u meta tinħass il-ħtieġa minn borehole li għandhom u li hija reġistrata għall-użu agrikolu kif ukoll permezz ta’ xiri mingħand fornituri registrati
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Environmental Landscape Consortium Limited hija kumpanija kumerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni dettaljata kif mitluba hija waħda kummerċjalment sensittiva.

Can the Minister say if he considers it appropriate that so much water is being used extravagantly when it is clear that Malta is facing a water crisis? Shouldn't we be rethinking our landscaping policies, if there are any?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li t-tisbieħ tal-ambjent għandu valur kemm fil-kwalità ta’ ħajja inġenerali għall-pubbliku Malti kif ukoll huwa investiment fil-pajjiż mill-lat turistiku. B’sodisfazzjon ngħid li l-esperiment li għamilna meta waqqafna l-ELC kien suċċess għax barra li tajna dehra ġdida lill-Malta, tajna inċentiv lill-dawk il-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur.
Nista’ niżguraħ lill-Onorevoli Interpellant li t-tisqija qed issir bl-aktar mod effiċjenti fejn tintuża wkoll teknologija biex din it-tisqija issir bl-akbar għaqal u qis. Din it-teknoloġija tinkudi sistemi komputerizzati bl-użu ta’ kontroll remot li mhux biss jirregolaw l-ammont u d-drabi, iżda wkoll l-effettività tal-istess tisqija.
L-għażla tal-pjanti u siġar hija bbażata skont l-ambjent klimatiku ta’ dawn il-gżejjer u ma’ jitħawwlux pjanti li jirrikjedi ħafna tisqija iżda jifilħu għal-perjodi ta’ nixfa. Preżentement qed isir stħarriġ ta’ kif tista’ tkun applikata fuq firxa wiesgħa is-sistema ta’
zeriscaping
biex b’hekk tkompli tonqos il-ħtieġa ta’ tisqija. Ninsab informat li qed isiru esperimenti biex jitkattru pjanti lokali u anki endemiċi li jifilħu ferm aktar għan-nixfa. F’dawn l-aħħar snin saru żviluppi kbar u nteressanti ħafna fl-ortikultura fl-iżvilupp ta’ varjetajiet dekorattivi li jifilħu għas-sħana u nixfa bħal ma hawn Malta. Dan jinkludu anki varjetajiet ta’
turf
li barra li jifilħu aktar għax-xemx qawwija fuqhom, jagħmlu għeruq aktar fil-fond u għal daqshekk jinħtieġu anqas tisqija.