Jista' l-Ministru jgħid liema bajjiet huwa permessibbli li fihom delettanti jkunu jistgħu jieħdu l-pet tagħhom jgħum magħhom, anki jekk dan il-pet ikun kelb, żiemel jew xi pet ieħor kbir? Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux regoli li jirregolarizzaw l-għawn ta' pets?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-restrizzjonijiet fuq għawm ta’ pets mhux parti minn xi liġi li għaliha huwa responsabbli dan il-Ministeru. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għas-Saħħa. Infakkru wkoll li huwa possibbli li dan jista’ jkun soġġett għal by-laws maħruġa mill-kunsill tal-lokalità konċernata.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-prezzijiet tal-affarijiet kollha li għolew matul ix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April 2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kopja tan-News Release 076/2011 maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studji f'idejh li juru jew jindikaw jekk il-persentaġġ ta' nies li jgħixu fir-riskju jew fil-faqar innifsu huwiex jiżdied jew jonqos? Fuq liema studji qed jibbaża r-risposta tiegħu u x'passi se jieħu biex jekk m'għandux studji, jkollu studji aġġornati f'idejh? Jekk m'għandux, meta jaħseb li se jkollu studji aġġornati?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock fix-xhur ta’ Jannar, Frar, Marzu u April 2011? Liema raġuni ngħata il-Ministru għaliex dawn il-pilloli kienu out of stock?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kien hemm 37 pillola fuq il-Formularju li xi darba jew ohra f’xi ġurnata bejn Jannar u April 2011 kienu out of stock mill-main store. Ir-raġunijiet għaliex xi mediċina partikolari tkun out of stock ivarjaw kif jidher hawn taħt:
a) Supplier
ma jwassalx il-mediċina fil-perjodu rikjest mid-Dipartiment tal-Kuntratti, jiġifieri
late delivery
;
b) Il-Kuntrattur identifikat ikun ikkontestat minn xi
bidder
ieħor u għaldaqstant kien hemm proċedura ta’ appell u l-kuntratt il-ġdid ma jingħatax;
c) Sejħiet għal
tenders
li għal xi raġuni ma jinħarġux fil-ħin;
d) Nuqqas ta’ manifattura ta’
item
partikulari. F’dan il-każ ikun hemm skarsezza fis-suq internazzjonali;
e) Sejħiet ta’
tenders
li ġew kanċellati minħabba raġunijiet varji, bħal per eżempju il-
bidders
ma jkunux issodisfaw ir-rekwiżiti mitluba fit-
tender
.
Is-sistema eżistenti ma tippermettix li tinħareġ informazzjoni dwar kemm damet
out of stock
kull tip ta’ pillola separatament. Fil-parti l-kbira dawn il-pilloli kienu dawk relatati mal-mard tal-qalb u l-pressjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta’ kemm żdidet l-importazzjoni tal-majjal matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010? Jekk hemm, jista’ jgħid kif inbidlet din il-figura?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24448.
Statistika dwar importazzjoni ta' prodotti agrikolu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika ta’ kemm żdiedet l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli? Liema kienu dawn il-prodotti u kemm żdiedet l-importazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fadal flus żejda minn dawk li ġabru f'liċenzji u permessi tal-kaċċaturi u nassaba matul is-sena 2011 għal liema proġett jew liema skop se jużahom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li dawn il-flus qed jintużaw biex jitħallsu s-servizzi t’infurzar mill-Pulizija, l-ispejjeż relatati ma’ stampar ta’ avviżi, posta,fornitura ta’ armbands, spejjeż relatati mas-sistema tal-sms, studju fuq il-migrazzjoni tal-għasafar u spejjeż oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk inqabdux kaċċaturi u nassaba li kienu qed jipprattikaw b'mod ħażin id-delizzju tagħhom matul l-istaġun tar-rebbiegħa tas-sena 2011? Jista' jgħid kemm kien hemm minn dawn u x'kienu qed jagħmlu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ta' din is-sena kien hemm 53 persuna li nqabdu jiksru xi provvedimenti tar-Regolamenti dwar il-Kaċċa u l-Insib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm barranin li ġew hawn Malta u iżżewġu bir-reġistru u bil-Knisja matul is-snin 2000 sas-sena 2010? Kemm kien hemm barranin u Maltin li żżewġu bil-Knisja u biċ-ċivil jew b'xi mod iehor f'dan il-perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni partikolari għaliex statistikament qed jindika li l-figura tat-tfal reġistrati bħala tfal b'unknown father naqset matul l-aħħar figura miġbura?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
impatt fuq is-socjetà minħabba żieda fuq ċerti prodotti
Question
Jista' l-Minstru jgħid jekk sarx xi studju matul Jannar, Frar, Marzu u April 2011 biex jindika l-impatt fuq is-soċjetà Maltija taż-żidiet li kien hawn tal-fuels essenzjali li jużaw il-karozzi ta' kuljum, tal-ħalib, l-irkotta, il-gas u l-affarijiet l-oħrajn kollha li għolew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impatt fiċ-ċaqlieq fil-prezzijiet ta’ firxa wiesa’ ta’ prodotti u servizzi jitkejjel kull xahar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Minbarra dan, il-gvern ippubblika l-Inflation Report tiegħu ftit tal-ġimgħat ilu. Dan ir-rapport huwa ntiż sabiex janalizza dak li qiegħed isemmi l-Onorevoli Interpellant. Ir-rapport ġie diskuss ukoll fl-MCESD.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn fl-aħħar 10 snin, jiġifieri mill-2001 sal-2011 sena b'sena, anzjani li għandhom bejn 60 u 74 sena? Kemm kien hawn anzjani minn 75 sena 'l fuq fl-istess perjodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-maximum state pension kull ġimgħa għal persuni rġiel li jaqbżu l-61 u nisa li jkollhom iktar minn 60 sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-rata massima ta’ pensjoni taż-żewġ terzi li tista’ titħallas din is-sena lill-irġiel li jilħqu l-età ta’ 61 u lil nisa li jilħqu l-età ta’ 60 hi ta’ €220.20 fil-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-average weekly income tal-persuni li għandhom iktar minn 60 sena u minn liema source qed jikkwota l-figura tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-‘average weekly income’ ta’ persuni li għandhom aktar minn 60 sena hija €202 fil-gimgħa. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi din it-tweġiba tista’ tkun biss waħda parzjali minħabba l-fatt li l-informazzjoni disponibbli għad-dipartiment tat-Taxxi Interni hija wkoll parzjali. Fil-fatt din il-figura ġiet ikkalkolata wara li ġew ikkunsidrati dawn li ġejjin:
a) l-informazzjoni hija bbażata fuq iċ-
chargeable income
għas-sena bażi 2009;
b) id-dħul minn imgħaxijiet li minnhom tinżamm il-
final withholding tax
ta’ 15% mhumiex inklużi;
c) it-
taxpayers
kollha ġew ikkunsidrati fuq bażi individwali skont il-
marital status
tagħhom;
d) ġew ikkunsidrati biss dawk it-
taxpayers
li kellhom
chargeable income
akbar minn zero u li kellhom 61 fis-sena bażi 2009;
e) ġew esklużi wkoll dawk it-
taxpayers
li baqgħu ma bagħtux formola tat-taxxa avolja kienu obbligati li jibagħtuha;
f) l-
average weekly wage
hija riżultat tat-total globali taċ-
chargeable income
diviż bin-numru tat-
taxpayers
li jikkwalifikaw u jerġa’ diviż bi 52.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ġew ivvotati flus biex jitħallsu l-arretrati li għandhom jieħdu l-Pulizija mill-2003 sal-2010? Jista' jgħid kemm hija din is-somma vvotata? Jista' jgħid jekk l-arretrati humiex se jingħataw lil kull persuna li serviet fil-korp f'dan il-perjodu jew inkella jista' jispjega kif u lil min se jingħataw dawn l-arretrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26114.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet il-kwota tas-sajd li għandna llum il-ġurnata fejn tidħol il-kwestjoni tat-tonn? Jista' jgħid jekk din il-kwota tistax terġa' tiġi negozjata? Jista' jgħid jekk din il-kwota tistax tinbidel minħabba raġunijiet li aħna bħala pajjiż m'għandniex kontroll fuqhom, bħal ngħidu aħna li tkompli tonqos minħabba li jiġi deċiż hekk mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-qabda totali għall-qbid tat-tonn tkun deċiża waqt il-laqgħa annwali ta l-ICCAT (International Commission for the Conservation of Atlantic Tunas) maqsuma fi kwoti bejn il- Membri ta’ din l-organizzazjoni. Dan l-ammont f’qabda totali tkun ddeterminata abbażi ta’ studju xjentifiku li jwassal għal parir mogħti lill-ICCAT. L-allokazjoni tal-kwota bejn il-Membri hija bbażata fuq l-qabdiet tat-tonn irregistrati mill-pajjizi konċernati fil-passat u s-sena bażi originali kienet il-qabda rrapurtata fl-1993 jew 1994 skond liema kienet l-aħjar qabda.
F’dan il qafas. l-UE tigi allokata kwota waħda li fiha tiġbor lill-pajjiżi membri u li wara tigi maqsuma bejn il-Membri tagħha abbazi tal-qabdiet tat-tonn f’kull pajjiz membru skond tabella ta’ stabbilita relattiva ibbazata fuq il-qabdiet storiċi rrapurtati; skond l-istess linji mħaddma mill-ICCAT. Malta daħlet f’din it-tabella fl-2006 u abbażi tal-qabda rrekordjata, l-kwota li ġiet allokat lill-Malta dak inhar kienet tifforma 1.16% tal-kwota totali tal- Unjoni Ewropea.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-kwota ma tistax terġa’ tigi negozjata fl-ebda stadju ħlief fil-laqgha annwali tal-ICCAT. Id-decizjoni li tonqos il-kwota ma hijiex f’idejn l-Unjoni Ewropea iżda tiġi deċiza fil-laqgha annwali tal-ICCAT. Ir-reviżżjoni mill-ICCAT tal-qabda totali permessibbli hija msejsa biex filwaqt li tiżgura l-andament tal-industrija fl-istess ħin ikun hemm ħarsien tal-ispeċi kontra sfruttament żejjed li jista’ jwassal għall-qerda tal-ispeċi u l-kollass tal-istess industrija tas-sajd. Għaldaqstant wieħed jispera li l-Onorevoli Interpellant jifhem li huwa diffiċli li tiżdied il-kwota tal-qabda meta il-pariri mogħtija fuq xhieda xjentifika jibqgħu jindikaw ħtieġa ta’ aktar tnaqqis.