Legislature:
Category:
Reset
Active:

noti ta' ammonizzjoni lin-negozji li se jinqata' is-servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu noti ta' ammonizzjoni lin-negozji Għawdxin u Maltin li kien se jinqata' s-servizz tad-dawl minħabba li dawn in-negozji ma kenux ħallsu l-kont tad-dawl tagħhom matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26635.

kampanja dwar il-ħsara li jista' jagħmel it-telefon ċellulari

Question

Fid-dawl tal-aħħar rapporti li dehru anki fil-ġurnali lokali fuq il-ħsara li jistgħu jagħmlu t-telefonati ċellulari lill-bniedem li jagħmlu użu minnhom, jista' l-Ministru jgħid jekk għandux f'moħħu li jibda kampanja edukattiva iktar intensiva sabiex jeduka lill-poplu Malti u Għawdxi iktar dwar il-ħsara fil-ġisem tal-bniedem li dan is-servizz jista' jikkawża?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li peress li r-risku huwa minimu u tali riskju għadu mhux ippruvat li jagħmel il-ħsara, id-Direttorat għall-Prevenzjoni tal-Mard u l-Promozzjoni tas-Saħħa ma għandu l-ebda pjan biex jagħmel kampanja speċifka f’dan ir-rigward.

għajnuna biex jinkisru u jinxtraw laneċ ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25375 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ingħata sussidju u għajnuna fis-snin 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 sabiex sajjieda jkunu jistgħu jkissru l-laneċ u l-opri tal-baħar tagħhom? Jista' jgħid jekk is-sajjieda li jkunu ħadu s-sussidju biex ikissru l-laneċ tagħhom jistgħux jerġgħu jixtru laneċ ġodda ħalli jkomplu jistadu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-iskemi ta’ għajnuna għal dawk li għażlu jkissru l-laneċ u l-opri tal-baħar tagħhom mill-2003 sa’ llum kienu fis-snin u ammonti relatati kif ġej: 2006 €497,492 2009 €377,437 2010 €654,015 Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bażi tal-iskema hija l-liċenzja marbuta mal-lanċa jew opra tal-baħar partikolari. Għalhekk nikkonferma li s-sajjieda li jkunu ħadu din l-għajnuna taħt dawn l-iskemi mhumiex esklużi li jerġgħu jixtru bastimenti oħra diġa liċenzjati jew japplikaw għal liċenzja ġdida f'każ li tinfetah il-parti professjonal tar-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd għal liċenzji ġodda, ħalli jkomplu jistadu. F’każli jiġri hekk, ovvjament dan iwassal għall-immodernizzar tal-flotta.
Leg 11 PQ #26567 Sitting 376 2011-07-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mosta — żona tal-Blata l-Għolja - bini ta' ċint madwar għalqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25372 u jgħid meta se jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji ħalli kif suppost bil-liġi għalqa kbira, inti u dieħel il-Mosta quddiem il-Housing Estate tal-Blata l-Għolja, tiddawwar b'ħajt nadif u li permezz ta' hekk ma jkomplix jagħti dehra ta' telqa u abbandun lil din ż-żona?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25374.

annimali li daħlu l-biċċerija b'emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu annimali ġewwa l-biċċerija b'emergenza biex jinqatlu matul is-snin 2005 sa 2010 separatament? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' bhejjem daħlu u għamlu użu minn dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz ta' emergenza fil-biċċerija huwiex se jibqa' jingħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li s-servizz tal-emergenza bħalissa għaddej minn fażi ta’ transizzjoni fejn is-servizz li kien qiegħed jingħata ġewwa l-biċċerija inbidel f’servizz li jingħata direttament fl-irziezet, u dan skont kif jitolbu r-regolamenti tal-“Animal Welfare”. Dan qed isir ukoll fuq kollox biex ir-raħħal jingħata sevizz aħjar u b’anqas skomdu u skariġġ għalih. Barra hekk inaqqas b’mod qawwi t-tbatija lill-annimali

studju ta' trends ta' importazzjoni fuq affarijiet agrikoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed isir studju ta' trends ta' importazzjoni fuq affarijiet agrikoli? Jista' jgħid kemm allura daħlu prodotti agrikoli matul is-sena 2005, 2006, 2007,2008,2009, 2010 u jekk kienx hemm importazzjoni li żdiedet? F'liema settur u kemm żdiedet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni fuq x’jiġi mpurtat f’Malta tista’ tinkiseb mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-MInstru konċernat.

produzzjoni  u l-konsum tal-laħam tal-prodotti lokali

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm inqatlu u kemm kienet il-produzzjoni u l-konsum tal-laħam tal-prodotti lokali? Jista' jgħid x'tip ta' produzzjoni ta' laħam kien dan u kemm kienet il-produzzjoni ta' dan il-laħam matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008. 2009,2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-qtil ta’ bovini, majjal, nagħaġ, mogħoż u żwiemel isir kollu fil-Biċċerija tal-Gvern, dak tat-tiġieġ isir f’biċċeriji privati. Fil-każ tal-fniek, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma teżistix statistika kif mitluba. Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni miġbura.

siġar tal-palm attakkati mill-bumunqar — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' fiex waslet il-problema li kienet qed tiġi iffaċċjata mis-siġar tal-palm li jiġu attakkati mill-Bumunqar? Hija kkontrollata s-sitwazzjoni issa u kemm intilfu jew inħarqu u nqatlu siġar tal-palm minħabba dan il-każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26053

pjanijiet biex l-industrija tal-biedja f'Malta tibqa' tagħti servizz

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux f'moħħu xi pjanijiet biex l-industrija tal-biedja f'Malta tibqa' tagħti servizz lill-poplu tagħna u tipproduċi prodotti għas-suq lokali mingħajr ma jkollha żżarma minħabba l-importazzjoni kbira ta' prodotti agrikoli, fid-dawl tal-effetti li din l-importazzjoni qed tħalli fuq dan l-istess settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Gvern preżenti f’dawn l-aħħar snin dejjem ta importanza lil dan is-settur ibda mill-fondi li nnegozja b’suċċess waqt it-taħdidiet li waslu għad-dħul fl-Unjoni Ewropea u għall-pjan tat-twettieq tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali fis-sena 2004 sa l-2006 segwit mit-tieni pjan imniedi fl-2007 li jwassal sas-sena 2013. B’dawn il-fondi stajna nsaħħu dan is-settur billi ngħatat l-opportunità li l-operaturi jimmodernizza ruħhom kif ukoll jingħatalhom sostenn kontinwu. Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant, bħala l-kelliem ewlieni min-naħa tal-Oppożizzjoni rigward dan is-settur, huwa familjari sew mal-Programm għall-Iżvilupp Rurali, x’inhuwa l-oġġettiv ta’ dan il-pjan u kif dan il-Ministeru miexi skond dan il-pjan biex jintleħaq l-iskop li dwaru qed jistaqsi l-Onorevoli Interpellant. Dan il-Ministeru jemmen li l-prodott tal-biedja lokali ghandu sehmu fis-suq speċjalment dak lokali, u għalhekk , permezz tad-Direttorat ta’ l-Agrikoltura, qiegħda ssir enfasi fejn jidħol support fuq prodotti Maltin bħalma huwa l-inbid, għasel, żejt taż-żebbuġa, ħalib, ġbejniet, u prodotti tal-laħam. Il-kampanja Naturalment Malti hija waħda mill miżuri ta’ promozzjoni mmirata biex tiżgura li prodotti Maltin jingħataw importanza xierqa u biex il-konsumatur jkun mgħarraf dwar il-prodott lokali. Ma nistax ma nsemmix ukoll is-Suq tal-Bdiewa li kien milqugħ b’suċċess mill-pubbliku Malti Ovvjament jibqa il-fatt li aħna nemmnu f’suq fejn id-dritt tal-għażla jibqa’ f’idejn il-konsumatur u għalhekk l-Istat m’għandux jintroduċi miżuri li jfixklu l-għażla ħielsa tal-konsumatur

ħaxix infettat f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħa d-dipartiment tiegħu biex jara li ħaxix infettat (bħal ħjar) li kkawża mwiet fil-pajjiżi tal-Ewropa fil-ġranet li għaddew ikun ċert li ma jidħlux f'Malta u fil-każ li jidħlu dawn ikunu distrutti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26534.

każ ta' ħajr u ħxejjex ikkontaminati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux kuntatti ma' min huwa responsabbli fl-Unjoni Ewopea jew jekk dawn in-nies għamlux kuntatt ma' min huwa responsabbli f'Malta u x'kordinament isir ħalli sitwazzjoni bħal fil-każ tal-ħjar u ħxejjex oħra li jistgħu jikkawżaw problemi ta' saħħa lill-poplu jiġu kontrollati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26528.

Arranġament fit-toroq minħabba s-sistema l-ġdida tat-trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġu jiswew lill-poplu Malti l-arranġamenti li qed isiru fit-toroq u bankini minħabba s-sistema ġdida tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet infrastrutturali li qed isiru sal-bidu ta’ Lulju b’rabta mar-riforma tat-trasport pubbliku huma stmati li se jammontaw għal ftit iktar minn 7 miljun Ewro.
Leg 11 PQ #26531 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

spiża għar-referendum dwar id-divorzju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-poplu Malti f'termini finanzjarji l-proċess tar-referendum fuq il-liġi dwar divorzju responsabbli li l-poplu Malti u Għawdxi ntalab jivvota fuqu f'Mejju 2011?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li rendikont tal-ispejjeż marbuta mal-proċess tar-referendum li sar f’Mejju 2011 jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta dawn l-ispejjeż jiġu mħallsa, skont sub-artikolu(2) ta’ artikolu 4 tal-Att dwar l-Elezjonijiet Ġenerali (Kap 354).
Leg 11 PQ #26565 Sitting 375 2011-06-28 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar sistema solari

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25104 u jgħid jekk xi ħadd jagħmel sistema solari fuq il-bejt tiegħu u li dan ikollu aċċess għax-xemx, imma wara ftit il-ġirien tiegħu jingħataw permess sabiex jtellgħu iktar sulari ta' bini madwaru bil-konsegwenza li dan ma jibqax ikollu aċċess għax-xemx? Il-persuna li tkun waħħlet is-sistema solari li issa spiċċat bla aċċess għax-xemx hija intitolata għal xi kumpens/għajnuna jew xi drittijiet oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-Mistoqsija 22347.

Full-time farmers — policy dikjarata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25269 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għadux qiegħed iħaddem il-policy dikjarata tiegħu li artijiet li jkunu tal-gvern iżda li jkunu mikrija għal skop ta’ biedja lill-persuni reġistrati bħala full-time farmers, jerġgħu jinkrew lill-istess bdiewa meta jintemm il-kuntratt viġenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi normalment, ir-raba hija mikrija bi qbiela, jiġifieri minn sena għal sena u għalhekk il-kirja qatt ma jkollha terminu li jiskadi. Fejn ikun hemm terminu meta il-kirja tiskadi il-policy hija li l-kerrej jerġa' jingħata kirja taħt l-istess kundizzjonijiet imma b'kera tal-lum. Il-kera tal-lum hija dik il-kera li qiegħda tiġi applikata fl-iskema. Fil-każ ta' ċens meta ċ-ċens jiskadi, il- policy hija li jiġi jew jiġu rikonoxxut/rikonoxxuti l-bidwi jew bdiewa li jkunu qegħdin jaħdmu r-raba dakinhar li jiskadi ċ-ċens.

Dħul ta' prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex jidħlu prodotti agrikoli fil-pajjiż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea? Kif din l-importazzjoni affettwat il-produzzjoni lokali u x’inhi l-politika tal-gvern dwar dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nikkonferma li prodotti agrikoli minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjizi barra mill-Unjoni Ewropea qed jiġu importati f’Malta. Għar-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabli mill-Agrikoltura.

Enemalta — promozzjonijiet lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew promoted ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta għall-grad ta' coordinators? Xi grad kienu fih qabel il-promozzjoni u xi grad spiċċaw issa fih wara li ħadu l-promozzjoni? Allura x'salarju kienu qed jieħdu qabel il-promozzjonijiet u issa x'salarju għandhom? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati ma' din il-kumpanija? Fuq liema ġustifikazzjoni ħadu l-promozzjonijiet u kemm hemm minnhom dawk li saru coordinators li qed jaħdmu bit-teleworking scheme?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li ġew promossi għall-grad ta’ coordinator huwa ta’ sebgħa (7) kif jidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għoti taċ-ċavetta tal-lifts lir-residenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet konċernati milli jagħtu ċ-ċavetta tal-lift li huwa diġà stallat u kollox jaħdem fil-post li d-dettalji tiegħu qed jingħata separatament, lir-residenti biex dawn jibdew jagħmlu użu mill-istess lift?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar lestiet ix-xogħlijiet kollha marbuta mal-istallazzjoni tal-lift f’Mejju 2010 iżda għadha mhix f’pożizzjoni li tapplika għas-servizz tal-elettriku minħabba proċeduri tal-MEPA li qegħdin jieħdu iktar żmien mill-previst. L-Awtorità tad-Djar qed tagħmel il-pressjoni kollha meħtieġa sabiex il-proċeduri neċessarji jiġu pproċessati malajr kemm jista’ jkun, u dan bl-iskop ewlieni li r-residenti jibdew jinqdew mis-servizz tal-lift li ġie pprovdut mill-awtorità mill-aktar fis.

Kartanzjan — benefiċċji mit-trasport

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'benefiċċji se jkollhom fit-trasport l-anzjani meta jippreżentaw il-Kartanzjan, kemm fuq servizzi tal-art bħal trasport bix-xarabanks u anke fuq il-vapur ta' Għawdex?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.