pazjenti li daħlu fl-emergenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta' pazjenti li daħlu fl-emergenza u li dawn faċilment setgħu jiddewwew f'xi ċentru tas-saħħa matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont l- Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-30 ta’ Ġunju 2011, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei li ġew minn rajhom mingħajr ma kienu ġew irreferuti minn tabib, u li kienu ikklassifikati bħala priority 3 (l-iktar priorita’ baxxa) kienu 6,108.
Ta’ min jinnota li l-istess persuna tista’ tattendi d-dipartiment tal-Emerġenza iktar minn darba fl-istess perjodu. L-istatistika għal Ġunju ma ngħatatx peress li x-xahar għadu ma spiċċax u għalhekk l-istatistika ta’ dan ix-xahar għadha qed tinġabar.