Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kartanzjan — benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26525 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'benefiċċji għandhom l-anzjani li jippreżentaw il-Kartanzjan li jipprovdilhom l-Istat?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema benefiċċji qed jirreferi.

operazzjonijeit li saru fl-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċifra ta' 41,795 ta' operazzjonijiet hijiex iċ-ċifra u l-massimu ta' operazzjonijiet li jiflaħ jiġu operati ġewwa l-Isptar Mater Dei? Kemm huwa kkalkulat li hija ċ-ċifra ta' operazzjonijiet li jiflaħ jopera f'sena l-Isptar Mater Dei?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju sabiex jara jekk l-Iskema tal-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek laħqitx il-miri li għaliha ġiet imfassla? Jekk sar dan l-istudju jista' jgħid x'kien fih? Issa li din l-iskema bdiet taħdem x'inhu l-pass li jmiss?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] bdiet bħala progett-pilota f’Diċemberu 2007. F’Lulju 2008, ir-rollout ġiet temporanjament sospiża, filwaqt li l-POYC baqgħet tagħti servizz lil dawk il-pazjenti li kienu diġa bdew jibbenefikaw mill-Iskema. F’temp ta’ madwar sena u nofs sar studju ntensiv tal-andament tal-Iskema, li ġab miegħu diversi inizjattivi u miżuri ġodda li riedu jiddaħħlu sabiex ikun aċċertat servizz effiċjenti u effettiv li jaqdi l-pazjenti, filwaqt li jissalvagwardja l-akkontabilita’ u r-responsabilita’ tal-immaniġjar tal-Iskema. Ta’ min jgħid li r-rakkomandazzjonijiet huma ta’ natura dinamika u prinċiparjament jinkludu: - Żieda fin-numru ta’ ħaddiema fil-POYC, - Refurbishment intensiv tas-sit, - Introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tal-operat, - Titjieb u tisħieħ fis-sistemi komputerizzati, Ir-rollout tal-Iskema tal-POYC reġa’ beda’ f’Lulju 2010, kif ġej: Lulju 2010 - Għawdex kollu Ottubru 2010 - Sliema u Iklin Frar 2011 - Birkirkara u Sta. Venera Fl-aħħar ta’ Settembru 2011 tħabbret l-estensjoni tal-iskema għal dawn il-lokalitajiet: Fgura, Paola, Vittoriosa, Cospicua, Senglea u Kalkara. Bħalissa qedin jinġabru l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni mal-iskema tal-POYC mill-pazjenti ta’ dawn il-lokalitajiet biex fil-ġejjieni qarib l-iskema tkun tista’ tibda topera. Skont il-POYC Scheme Rollout Plan, l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek tkun infirxet ma’ Malta u Għadwex kollha sal-aħħar tas-sena 2012.

persuni li għandhom id-dimensja — pjanijiet biex jgħixu fil-komunità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjanijiet ġodda sabiex jgħin lill-persuni li għandhom id-dimensja fil-komunità? Jekk iva, jista' jgħid x'inhuma dawn il-pjanijiet u meta se jibdew joperaw?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qed ifassal pjan ta’ servizzi għal persuni li jbatu bid-dimensja biex jiġi estiż is-servizz eżistenti. Mix-xahar ta’ Ġunju is-Servizz tal- Activity Centre ġewwa San Vinċenz de Paule li kien jiftaħ għan-nies fil-komunità mit-Tnejn sal-Ġimgħa, beda jiftaħ ukoll nhar ta’ Sibt biex b’hekk ikun jista’ jagħti iktar serħan lill-familjari ta’ anzjani li għandhom id-dimensja.

Air Malta — biljetti b'xejn lill-Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu jiġu jiswew flus lil-linja nazzjonali Maltija Air Malta t-tickets b'xejn li kienet toffri lill-Membri Parlamentari? Jista' jgħid allura kemm nefqet jew ma daħħlitx flus l-Air Malta matul is-snin 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010 għaliex tat biljetti b'xejn lill-Membri Parlamentari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta hija entità kummerċjali , din l-informazzjoni hija kummerċjalment sensittiva.

Ħabs għaż-żgħażagħ — first offenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'faċilitajiet għandna biex nibagħtu liż-żgħażagħ tagħna fihom jekk dawn jeħlu ħabs bħala first offenders? Fejn jintbagħtu bħala bini u xi trattament jingħata b'mod differenti u kif jingħataw għajnuna ħalli ma jaqbdux il-vizzju tal-kriminalità?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Priġunieri ta’ taħt l-età ta’ wieħed u għoxrin sena ġeneralment ikunu allokati fil-YOURS (YOUNG OFFENDERS UNIT REHABILITATION SERVICES). Dan isir billi tkun ikkunsidrata il-qagħda ġudizzjarja u legali tagħhom fejn jinżammu il-bogħod minn influenzi ħżiena fil-limiti ta’ prattikabilita'. Priġunieri zgħażagħ ikollhom l-opportunita’ jitgħallmu suġġetti edukattivi u li jibbenefikaw minn taħrig fi snajja kemm fil-Faċilita' kif ukoll f’ xi istituzzjonijiet barra l-faċilità. L-Unita' tal-YOURS għandha għalliema dedikati li jmorru jgħallmu u jħarrġu lill-priġunieri f’din is-sezzjoni. F’din is-sezzjoni hemm ukoll kċina mgħammra b’kull m’hemm bżonn, fejn esperti mill-ITS jagħmlu korsijiet sħaħ biex b’hekk min jispiċċa b’suċċess dawn il-korsijiet jingħata ċertifikat. Dan iservi biex, kif diġa ġara ma' uħud, ikunu jistgħu jkomplu b’aktar korsijiet wara li jtemmu ż-żmien tagħhom il-ħabs, jew jagħmilha aktar faċli biex isibu impjieg. Hemm ukoll arranġament mal-ETC. Permezz ta’ dan jiġu offruti korsijiet tal-kompjuter u oħrajn, kemm fil-faċilità kif ukoll barra mill-faċilità. Hemm ukoll il-fakultà tal- leave għal tul ta’ żmien, hekk kif stipulat mil-liġi, sabiex priġunieri żgħażagħ ikunu jistgħu jgħaddu parti jew iż-żmien kollu tal-priġunierija tagħhom f’ istituzzjoni ta’ tagħlim jew taħriġ, fejn dawn iwasslu wkoll għal ksib ta’ ċertifikati jew impjieg wara li jtemmu iż-żmien tagħhom fil-Faċilita’. Matul iż-żmien il-faċilità dejjem offriet possibiltajiet sabiex wieħed ikun jista jirriforma ruħu. Il-liġi l-ġdida dwar il-Ġustizzja Riparatriċi se tkompli fuq din il-linja billi toffri aktar opportunitajiet u inċentivi għar-riforma tal-persuna. Ta’ min wieħed jgħid li din il-liġi tinkludi provvedimenti speċjali dwar iż-żgħażagħ u first time offenders , billi dawn ser ikollom il-possibilità li joħorġu fuq parowl iktar kmieni. Fl-aħħar, irid jingħad li qed issir ukoll riforma fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li tinkludi l-ħatra ta’ manager responsabbli mill-kura u r-reintegrazzjoni, kif ukoll ta’ education coordinator responsabbli mill-amministrazzjoni tal-edukazzjoni u taħriġ fil-ħabs.

persons admitted to Karin Grech Hospital

Question

Can the Minister say in the year 2010, how many persons aged 60 plus were admitted to Karen Grech Hospital? Can the government provide a breakdown of the Karen Grech figures by age, gender, and reasons for admission?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persons using services provided by the government

Question

Can the Minister say in the year 2010, how many older persons were recipients of the following services: day centres, handyman service, telecare, incontinence service, home-help service, night shelters, meals on wheels, kartAnzjan, telephone rebate, social work unit, domiciliary nursing services by the Malta Memorial District Nursing Association? Can the government give a break down of these recipients by gender?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persons residing in state community homes

Question

Can the Minister say how many persons reside in state community homes during the last 6 months of this year? Can the government give a breakdown of residents for each community home by age and gender?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ċentru ġdid tal-onkoloġija — kwestjoni dwar numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex waslu għall-konklużjoni li ċ-ċentru ġdid tal-onkoloġija għandu jkollu 94 sodda u mhux numru ieħor ta' sodod? Wara li s'issa għandna 27 sodda għal dan t-tip ta' trattament, jista' jgħid jekk dawn is-sodod il-ġodda humiex sejrin jipprovdu trattament in patient li issa qed jingħata bħala out patient jew inkella għaliex il-kanċer u t-trattament tiegħu qed jiżdied?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kif kelli l-okkażjoni li ngħid drabi oħra, iċ-Ċentru tal-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei ġie mfassal wara li sar dak li jissejjaħ Medical Brief & Schedule of Accommodation. Dan huwa dokument li jispjega fid-dettal is-servizzi li se jingħataw minn dan iċ-ċentru; kif dan iċ-ċentru se jkun mgħammar; l-apparat mediku li se jkollu fiħ; u kif ser jitħaddem. Il-proċess ta’ Medical Brief & Schedule of Accommodation jinkludi wkoll dak li jissejjaħ Bed Modeling Exercise. Minn dan tal-aħħar joħroġ in-numru ta’ sodod, kemm inpatient u outpatient, li jkun hemm bżonn ibbażat fuq l-inċidenza tal-marda tal-kanċer maħduma fuq mhedda ta’ żmien - f’dan il kaz sas-sena 2025. Infakkar lill-Onor. Interpellant li s-servizzi li ser joffri ċ-ċentru ta’ l-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei jinkludu servizzi ta’ (i) radiotherapy (ii) chemotherapy (iii) haematology (iv) paediatric oncology u (v) palliative care. Ħafna minn dawn is-servizzi jingħataw fuq bażi ta’ in-patient kif wkoll ta’ out-patient.

Żmien ta' stennija fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ħin ta' stennija li damu jistennew pazjenti minn x'ħin jirreġistraw isimhom għal x'ħin jgħajtilhom biex jarahom it-tabib matul is-sena 2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-A&E module tal-Patient Administration System, wieħed jista’ jiddetermina biss il-ħin minn meta persuna tirreġistra fir-reception tad-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm l-istess persuna tkun liċenzjata mill-istess dipartiment, jew tiddaħħal l-isptar jekk ikun hemm bżonn. Madankollu, mill-istatistika li tiġi miġbura mhuwiex possibbli li wieħed jikkalkula ż-żmien ta’ stennijja minn meta persuna tirreġistra fir-reception tad-Dipartiment tal-Emerġenza sakemm tiġi msejjħa biex jaraha t-tabib.

każi ta' cancer minħabba telefonija ċellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'Malta kellniex każijiet ta' cancer li s-sors li wassal għal dan il-cancer kienu raġġi ġġenerati minn telefonija ċellulari jew minn xi tip ta' raġġi oħra? Kif nafu li dan huwa minnu? Kemm kienu dawn il-każijiet u jekk hijiex issir ricerka biex naraw jekk din il-probabbiltà teżistix jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li r-Reġistru tal-Kanċer m’għandu l-ebda informazzjoni rigward kanċer li setgħa kien ikkaġunat bir-raġġi ġġenerati minn telefonija ċellulari jew xi tip ta’ raġġi oħra. Fir-Reġistru tal-Kanċer m'hemmx irrekordjat l-ebda riċerka għaddejja għar-rigward jekk din il-probabilità teżistix jew le.

Pazjenti jistennew fi swali transitorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm damu l-pazjenti jistennew fi swali transitorji fuq stretcher matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u t-22 ta’ Ġunju 2011, il-medja ta’ żmien li l-pazjenti għaddew fi swali transitorji sakemm ġew trasferiti għal sala oħra jew ġew liċenzjati mill-isptar huwa bħal ma jidher hawn taħt: Ward Average Length of Stay (days) AREA 2/PAED AREA 0.8 EMERGENCY WARD AREA 1.2

prekawzjonijiet dwar il-cancer

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-każijiet ta' cancer f'Malta jiġux moniterjati u tinżammx statistika ta' koinċidenza ta' dan il-mard? Jista' jidentifika liema cancer f'Malta huwa on the increase li jinsab biex ġie kkawżat? Kemm qed inżidu prekawzjonijiet biex dan il-cancer jitnaqqas u x'inhuma l-pjanijiet tad-Dipartiment tas-Saħħa biex ikollna jekk jista' jkun numru inqas ta' koinċidenza ta' dan il-mard?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li għamlu użu mill-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' pazjenti li nqdew bis-servizzi tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fiċ-ċentri tas-saħħa matul il-perjodu ta' Jannar u Ġunju 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li skont l-Accident and Emergency Module tal-Patient Administration System, bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Mejju 2011, in-numru ta’ attendenzi fid-dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kien 45,300. Ta’ min jinnota li l-istess persuna tista’ tattendi d-dipartiment tal-Emerġenza iktar minn darba fl-istess perjodu. L-attendenzi fiċ-Ċentri tas-Saħħa kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt: Ċentru tas-Saħħa Numru ta’ Pazjenti MOSTA 8114 RABAT 907 B’KARA 159 FURJANA 8341 ĦAL-QORMI 1773 GŻIRA 2211 RAĦAL ĠDID 14821 BORMLA 771 TOTAL GLOBALI 37079 Dwar il-pazjenti li nqdew bis-servizzi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

persons admitted to Mater Dei Hospital

Question

Can the Minister say, in the year 2010, how many persons aged 60 plus were admitted to Mater Dei Hospital compared to St. Lukes Hospital in 2000? Can the government provide a breakdown of the 2010 figures by age, gender, and reasons for admission?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pazjenti fuq stretcher waqt li qegħdin rikoverati fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed isir studju biex jara jekk pazjenti li jdumu ħin twil rikoverati ġewwa swali transitorji tal-emerġenza fuq stretcher għal sigħat sħaħ humiex jikkawżaw iktar bed sores jew le?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mhux qiegħed isir studju formali dwar jekk pazjenti li jkunu fi swali transitorji fid-Dipartiment tal-Emerġenza hux qed ikollhom iktar bed sores. Infurmat wkoll li nxtraw saqqijiet speċjali magħmulin apposta biex jevitaw li pazjent jiżviluppa pressure sores.